195 familja bid-dawl u l-ilma maqtugħin
Bil-prezz taż-żejt jinżel għal $85 il-barmil u bil-Gvern jibqa’ ma jikkommettix ruħu dwar tnaqqis fir-rati tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, f’pajjiżna hemm 14-il kumpanija, fabbriki u lukandi li jinsabu bis-servizzi tad-dawl u l-ilma maqtugħin għax ma ħallsux il-kont. Fejn jirrigwardja l-familji f’pajjiżna hemm 195 familja li tinsab bla servizz tad-dawl u l-ilma.
Bejn Settembru tal-2011 u April ta’ din is-sena kienu 36 kumpanija, lukandi u fabbriki li nqatagħlhom is-servizz tad-dawl u l-ilma mill-Gvern hekk kif dawn ma ħallsux il-kontijiet. Fost dawn hemm 14 li għadhom la ħallsu l-kontijiet jew inkella rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom.
Magħhom hemm ukoll numru sostanzjali ta’ kontijiet domestiċi li wkoll inqatagħatilhom il-provvista tal-elettriku u tal-ilma minħabba kontijiet li kienu għadhom pendenti bejn l-istess perjodu msemmi qabel.
Dawn jammontaw għal 398 kont domestiku, iżda fosthom 203 ħallsu jew inkella rregolarizzaw il-pożizzjoni. Dan ifisser li għad hemm 195 dar li tinsab mingħajr is-servizz tad-dawl u l-ilma.
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru Tonio Fenech hekk kif kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari li għamillu d-deputat Laburista Joe Mizzi.
Intant, ta’ min isemmi li bejn Mejju tal-2011 u April li għadda, il-kumpanija ARMS Ltd bagħtet 54,380 notifika uffiċjali li fihom il-klijenti ġew imwissijin li s-servizz tad-dawl u l-ilma seta’ jiġi sospiż.
Barra minn hekk, fl-istess perjodu nħarġu wkoll 4,342 notifika lil konsumaturi li għalihom kienet it-tieni waħda.
Dan ifisser li dawn ġew imwissijin li jekk ma jħallsux il-kont kienu se jispiċċaw bla dawl u ilma.

No comments:
Post a Comment