Friday, June 22, 2012

Ilment mal-MEPA dwar tniġġis minn Palumbo


“Jgħosfru” diversi ritratti ta’ ‘grid blasting’ mill-MEPA
Persuna li f’Awwissu u f’Set­tembru tal-2011, ilmentat mal-Pu­lizija u anke mal-MEPA dwar tniġġis li ġie kkawżat mit-Tarzna ta’ Pa­lum­bo minħabba l-‘grid blas-ting’ fuq il-vapuri Eurocargo Islambul ta’ Grimaldi u l-Baltimore tal-Maersk Lines ba­qgħet b’xiber imnieħer hekk kif il-fajl li bagħtet lill-MEPA, b’ritratti li jikkonfermaw l-ilmenti tagħha, ġie mħassar.
Minkejja li tqajjem l-ilment li r-ritratti għosfru, sa issa jidher li ma ttieħdet l-ebda azzjoni mill-MEPA u lanqas ma ngħata sodisfazzjon dwar dan lil min għamel l-ilment.
Din il-persuna kienet waslet biex tkellem liċ-Ċermen tal-MEPA li min-naħa tiegħu qa-lilha biex tibgħat imejl bil-fatti. L-imejl ġie mibgħut lil uf­fiċjal tal-MEPA u wkoll ikkopjat liċ-ċermen. L-imejl kien fih madwar 15-il ritratt li kie­nu juru dak li fil-fehma tal-persuna li lmentat kien id-di­żastru li kien hemm fil-baħar u fl-arja.
Dan il-każ tqajjem fil-Parlament minn Leo Brincat, iżda sa issa kien hemm biss skiet mill-awtoritajiet. 
Wara din l-imejl, il-persuna ġiet avżata li l-ilment tagħ-  ha kien daħal għand il-MEPA u li din l-awtorità kienet se tinvestiga l-każ u żżommha in­for­mata dwar dak li   jkun għad­­dej. Sfortunatament, mhux talli ma sarux investigazzjonijiet u ttieħdu l-passi meħtieġa, talli r-ritratti li bagħtet din il-persuna tħassru.

No comments:

Post a Comment