Sunday, June 24, 2012

Jintremew mal-€5.6 miljun ta’ pilloli fis-sena


Bookmark and Share



Il-kwistjoni tal-pilloli ‘out of stock’ tikkawża uġigħ ta’ ras għal ħafna familji. Minħabba dan, huma ħafna dawk li qegħdin jirritornaw il-mediċini żejda lill-istess spiżeriji għax mingħalihom li b’hekk jista’ jgawdi ħaddieħor. Minn dan mhu jiġri xejn. Dan għax l-awtoritajiet qegħdin jordnaw lill-ispiżjara biex il-mediċini mogħtijin b’xejn mill-gvern u li jkunu rritornati jintremew. 
Minn riċerka tal-Professur Anthony Zammit jirriżulta li din il-prattika, li mediċini tajbin jintremew, qiegħda tiswa lill-pajjiż €5.6 miljun. L-istess professur irnexxielu jiġbor borża kbira mimlija mediċini tajbin        li kienu rritornati lil spiżerija waħda.
It-TORĊA  tkellmet mal-Professur Zammit li spjegalna li minħabba l-mod kif inhi mħaddma din l-iskema, f’ġimgħa qegħdin jintremew għadd ta’ pilloli li jkunu rritornati għand l-ispiżeriji minn nies li għal xi raġuni jkunu naqqsu d-doża li jkunu jieħdu. 
Meta dawn il-pilloli jkunu rritornati u l-ispiżjar jikkuntattja lill-awtoritajiet, dawn qegħdin jgħidulhom biex jarmuhom. Filfatt, minn riċerka li għamel l-istess professur, jirriżulta li f’ġimgħa dawn il-pilloli jammontaw għas-somma ta’ bejn €1,200 u €1,600. Meta tqis li hemm mat-83 spiżerija f’din l-iskema u tikkalkula li kollha jarmu din is-somma f’mediċini kull ġimgħa allura tasal għas-somma ta’ €5.6 miljun f’sena.
Il-Professur Zammit spjegalna li l-problema hija li l-pazjenti li għandhom il-kartuna s-safra jkunu preskritti l-mediċini u minn żmien għall-ieħor iridu jmorru għand it-tabib biex jiċċekkjalhom id-doża li jridu jieħdu. Il-problema hija li jistgħu jagħmlu dan billi jmorru fiċ-ċentri tas-saħħa, fejn ħafna drabi jkollhom jistennew għal tul ta’ ħin. Minħabba f’hekk, in-nies jaħsbuha darbtejn, u minflok jagħżlu li jmorru għand tabib privat biex jagħmlilhom riċetta u anke jinvistahom. 
Meta jmorru għand tabib privat, dan joħdilhom xi €4 kull darba tar-riċetta u wisq aktar għall-viżta kompluta. Għalhekk, bosta huma dawk li jagħżlu li jmorru biss  biex jingħataw riċetta mingħajr ma jkunu nvistati, b’konsegwenza li jingħataw preskrizzjoni għal aktar mediċini milli filfatt ikollhom bżonn. 
Il-Professur Zammit, li qajjem dan l-argument f’aġġornament tal-parlament, qalilna li b’dan il-mod, il-gvern qed jaġevola lill-importaturi tal-mediċini, bid-dannu għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Sostna, li jekk tara x’ikun qed jiġri, tinduna li peress li n-nies imorru għand tobba privati biex jinqdew huma jkunu qegħdin jixtru aktar pilloli milli jkollhom bżonn, b’konsegwenza li jkunu qegħdin inaqqsu mill-ammont ta’ mediċini disponibbli għal dawk li jużaw l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. 
Minħabba f’dan, il-gvern ikollu jordna iżjed pilloli, ladarba dawn ikunu ‘out of stock’. Għalhekk, meta jsir hekk il-gvern ikun qed jerġa’ jaġevola lill-importaturi tal-mediċini pe-ress li dawn ikollhom jimportaw aktar, filwaqt li fl-istess ħin jintremew ammont kbir ta’ pilloli li jkunu preskritti żejda.

Wara li baqgħu ma ħallsux il-kontijiet…



195 familja bid-dawl u l-ilma maqtugħin
Bil-prezz taż-żejt jinżel għal $85 il-barmil u bil-Gvern jibqa’ ma jikkommettix ruħu dwar tnaqqis fir-rati tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, f’pajjiżna hemm 14-il kumpanija, fabbriki u lukandi li jinsabu bis-servizzi tad-dawl u l-ilma maqtugħin għax ma ħallsux il-kont. Fejn jirrigwardja l-familji f’pajjiżna hemm 195 familja li tinsab bla servizz tad-dawl u l-ilma.
Bejn Settembru tal-2011 u April ta’ din is-sena kienu 36 kumpanija, lukandi u fabbriki li nqatagħlhom is-servizz tad-dawl u l-ilma mill-Gvern hekk kif dawn ma ħallsux il-kontijiet. Fost dawn hemm 14 li għadhom la ħallsu l-kontijiet jew inkella rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. 
Magħhom hemm ukoll numru sostanzjali ta’ kontijiet domestiċi li wkoll inqatagħatilhom il-provvista tal-elettriku u tal-ilma minħabba kontijiet li kienu għadhom pendenti bejn l-is­tess perjodu msemmi qabel.
Dawn jammontaw għal 398 kont domestiku, iżda fosthom 203 ħallsu jew inkella rregolarizzaw il-pożizzjoni. Dan ifisser li għad hemm 195 dar li tinsab mingħajr is-servizz tad-dawl u l-ilma.
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru Tonio Fenech hekk kif kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari li għamillu d-deputat Laburista Joe Mizzi. 
Intant, ta’ min isemmi li bejn Mejju tal-2011 u April li għadda, il-kumpanija ARMS Ltd bagħtet 54,380 notifika uffiċjali li fihom il-klijenti ġew imwissijin li s-servizz tad-dawl u l-ilma seta’ jiġi sospiż. 
Barra minn hekk, fl-istess perjodu nħarġu wkoll 4,342 notifika lil konsumaturi li għalihom kienet it-tieni waħda. 
Dan ifisser li dawn ġew imwissijin li jekk ma jħallsux il-kont kienu se jispiċċaw bla dawl u ilma.

Għenet raġel ferut fi sparatura…imma spiċċat f’kontroversja



Mara ta’ nazzjonalità Maltija li tgħix fl-Istati Uniti spiċċat f’kontroversja bla ħsieb wara li waqfet tagħti l-għajnuna lil raġel li kien ferut f’idejh u li kien qed ixejjer il-ġakketta mal-ġenb ta’ triq biex xi ħadd jieqaf jgħinu. 
Il-mara għenitu iżda wara saret taf li dan ir-raġel kien spara lilu nnifsu. Ingħad li r-raġel seta’ għamel dan bl-għan li jippromwovi l-ktieb il-ġdid tiegħu, “Kindness in America”.
Ir-raġel, li jismu Ray Dolin u li hu awtur ta’ 39 sena minn West Virginia fil-bidu kien qal mal-awtoritajiet li safa vittma ta’ aggressjoni meta xi ħadd riekeb vann waqaf ħdejh u sparalu f’idejh. 
Minkejja dan, nhar il-Ħamis li għadda hu ammetta max-Xeriff Glen Meiser li kien gideb u li kien spara lilu nnifsu. 
B’konnessjoni ma’ dan il-każ, l-awtoritajiet kienu arres­taw lil Lloyd Christopher Danielson III ta’ 52 sena li kien jikkorrispondi mad-deskrizzjoni li ta Dolin tal-agg­ressur. 
Wara li Dolin ammetta li kien spara fuqu nnifsu dan ir-raġel ġie meħlus.
Intant, il-mara ta’ nazzjona­lità Maltija, Sherry Alveson li waqfet tgħin lil Dolin qalet li hi ma kellha l-ebda suspett li r-raġel seta’ kkawża l-ferita tiegħu stess. 
Hi waqfet tagħtih l-għajnuna wara li t-tifla tagħha ratu jxejjer il-ġakketta fil-ġenb tat-triq. 
Tiftakar li kellu d-demm ma’ jdejh u fuq ħwejġu. Qalet ukoll li kif ratu jitriegħed u bid-demm għadu ħiereġ iddeċidiet li tgħinu. 
Alveson bdiet tissuspetta biss meta qrat fil-gazzetta li Danielson kien inħeles. 
Bdiet taħseb jekk min spa­ralu kienx għadu ħieles jew inkella jekk Dolin kienx ikkawża l-ferita tiegħu stess. 
Minkejja dan, il-mara qalet li kien x’kien il-każ hi xorta kienet terġa’ tieqaf tgħinu għax kien jidher li kellu bżonn l-għajnuna. 

Pajjiżna bl-inqas rata ta’ ilma disponibbli fl-UE



Id-domanda għall-ilma hi d-doppju tal-provvista
Filwaqt li d-domanda ta’ ilma f’paj­jiżna hi ta’ 60 miljun metru kubu, il-provvista hi biss tan-nofs. Din hi l-inqas rata ta’ ilma disponibbli fl-Ewropa. Id-differenza jkollha tiġi minn impjanti ta’ disalinazzjoni li jipproduċu bejn 26 u 30 miljun metri kubu. 
Dan ġie spjegat mill-Idrologu Manuel Sapiano min-naħa tal-Awtorità Maltija tar-Riżorsi (MRA) waqt il-Konferenza Nazzjonali tal-Ilma organizzata mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Business Bureau (MBB). 
Tkellem ukoll l-Idrologu Marco Cremona li ġie mqabbad mill-MBB biex iwettaq awditjar fuq numru ta’ kumpa­niji u lukandi. Ir-riżultati wrew li ħafna mill-kumpaniji u l-lukandi jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma billi jerġgħu jużawh jew inaqqsu l-konsum permezz ta’ proċessi sempliċi iżda effettivi. Fost l-oħrajn, Cremona semma li titnaqqas il-pressa fil-vitien, li jinġabar l-ilma tax-xita u li tiġi rregolata l-pressa tal-ilma. 
Min-naħa tagħhom, il-lukandi u n-negozji li pparteċipaw fil-koferenza qablu dwar il-mira li jnaqqsu l-konsum tal-ilma b’10%. Dwar dan, il-lukanda Hilton Malta u l-Bank APS spjegaw x’miżuri ħadu biex jaslu għal tnaqqis fil-konsum. 
L-Inġinier Joseph Restall qal li l-ewwel pass li għamlet il-lukanda Hilton kien li wettqu kampanja edukattiva fost l-impjegati tal-lukanda. Biex tiżgura li l-ilma jerġa’ jintuża, Hilton biddlet is-sistema tal-chlorine għal waħda li tuża ilma ta’ klassi inferjuri li jinġabar mir-reċipjenti tal-ilma. Barra minn hekk, fl-2006 introduċew sistemi li jnaqqsu l-konsum tal-ilma u anke bnew impjant li jnaddaf l-ilma. Din is-sistema tant hi effiċjenti li l-ilma żejjed qiegħed jinbiegħ bi prezz inqas minn dak li jinxtara mingħand tal-‘bowsers’.
Min-naħa l-oħra, APS ħadu ħsieb li ma jinħeliex ilma u li jkun hemm sistemi effiċjenti sa minn meta nbnew l-uffiċċji tagħhom fis-Swatar. Raw li s-sistemi kienu effiċjenti u ma kinux jitolbu ħafna manutenzjoni.

L-SMSs li jirrapportaw id-dħaħen mill-vetturi







Fi żmien tliet snin jistgħu jgħibu r-rapporti fuq vetturi li jdaħħnu
Is-sistema fejn il-pubbliku hu mħeġġeġ li jirrapporta jekk jara xi vettura ddaħħan tidher li mhix tkun effettiva daqskemm kien ippjanat hekk kif il-proċeduri min-naħa ta’ Transport Malta biex jiġu ċċekkjati dawn il-vetturi qegħdin jieħdu wisq fit-tul. B’konsegwenza ta’ dan, diversi vetturi li ma jkunux skont il-livelli meħtieġa qegħdin jibqgħu jduru fit-toroq, b’detriment għall-kwalità tal-arja f’pajjiżna. Fl-2005 kienu 41,364 l-am­mont ta’ SMSs li ntbagħtu, filwaqt li dawn żdiedu għal 54,095 fl-2008. Minn dik is-sena ’l hawn in-numru ta’ SMSs li ntbagħtu beda jonqos b’mod drastiku kull sena. Fl-2009 intbagħtu 32,563 SMS u fl-2010 komplew jonqsu għal 19,568. Is-sena l-oħra komp­lew jonqsu hekk kif intbagħtu biss 13,951 SMS. B’kalkolu sempliċi, u jekk tkompli x-xej­ra tat-tnaqqis fl-SMSs, fi żmien tliet snin oħrajn din l-iskema tista’ tispiċċa għal kollox. 
L-Awditur Ġenerali analizza l-iskemi li jikkontrollaw l-emissjonijiet tal-vetturi, f’rap­port li jġib l-isem ta’  “Vehicle Emissions Control Schemes Follow-Up”.
Mir-rapport jirriżulta wkoll li n-numru ta’ spezzjonijiet fit-toroq, li jinkludu anke testi­jiet tal-emissjonijiet, naqsu drastikament matul is-snin. Fil-fatt kien hemm tnaqqis minn 3,165 test fil-perjodu bejn Ottubru tal-2006 u Ġunju tal-2007 għal 1,979 test bejn l-2009 u l-2011. 
L-Awditur Ġenerali jindika li l-mira tal-kampanja ta’ SMS mill-pubbliku jekk jaraw xi vettura ddaħħan hi li titqaj­jem kuxjenza dwar l-impatt negattiv tal-emissjonijiet velenużi. Fl-istess ħin, din tgħin fl-inforzar kontra l-emissjonijiet eċċessivi tal-vetturi.
Skont il-proċeduri ta’ Transport Malta (TM), jittieħdu passi meta vettura tiġi rrapportata għal tliet darbiet, minn tliet numri tal-mowbajl differenti u f’perjodu ta’ tliet xhur. Dawn il-vetturi jintalbu jagħ­mlu test tal-emissjonijiet fil-faċilitajiet ta’ TM.
Iżda, ir-rapport tal-Awdi­tur juri li l-ammont ta’ rapporti li ntbagħtu mill-pubbliku naqsu b’mod drastiku b’74% bejn l-2008 u l-2011. F’dan il-kuntest, Transport Malta kienet uriet interess biex ikollha sistema awtomatika li tħaddem il-proċess tar-rapporti bl-SMS. Minkejja dawn l-isforzi li saru, ma kienx hemm biżżejjed fondi disponibbli għal din l-awtorità.
Minħabba dawn iċ-ċirkos­tanzi, qed jiġri li jkun hemm każi li jdumu anke sa  sitt  xhur  qabel ma jiġu ttestjati u dan b’detriment għall-kwalità tal-arja f’paj­jiż­na. Dan id-dewmien seta’ ġie wkoll minħabba l-fatt li TM naqqsu l-ammont ta’ testijiet li jwettqu minn medja ta’ 241 fix-xahar fl-2009 għal madwar 11 fix-xahar fl-2011. 
Dawn iċ-ċirkostanzi oriġi­naw minħabba l-fatt li TM kellha prijoritajiet oħrajn, b’mod prinċipali dawk li kell­hom x’jaqsmu mar-riforma fit-tras­port pubbliku. 
Is-sitwazzjoni marret iżjed għall-agħar hekk kif kien hemm sidien ta’ karozzi li ma ħadux il-vetturi tagħhom għat-testijiet, fosthom anke wħud li kienu mitlubin biex imorru jagħmlu t-testijiet. 
  
Tnaqqis fl-emissjonijiet
Minkejja li l-ammont ta’ vetturi f’Malta bejn l-2008 u l-aħħar tal-2011 żdied b’24,827 vettura, ir-rapport tal-Awditur juri li kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ emissjonijiet. Kien hemm tnaqqis fid-Diossidu tan-Nitroġenu, fl-NMVOC (li fosthom hemm emissjonijiet minn magni li jaħdmu bil-petrol) u fid-Dios­sidu tal-Kubrit. Madankollu, l-ammont ta’ emissjonijiet għas-sena 2011 se jkunu disponibbli fl-aħħar ta’ din is-sena skont mhu indikat mill-uffiċjali tal-MEPA.
Ir-rapport tal-awditur jikkonkludi li kien hemm titjib fil-kwalità tal-arja f’Malta. Parti minn dan kien minħabba li kien hemm inqas tniġġis mill-emissjonijiet tal-vetturi peress li ttieħdu miżuri regolatorji u fiskali li għenu fil-proċess. 
Minkejja dan, it-tnaqqis sostenibbli tal-emissjonijiet tossiċi jiddependi fuq diversi mekkaniżmi ta’ inforzar li huma implimentati permezz ta’ kontrolli fuq l-emissjonijiet bħall-VRT, is-sistema tal-SMS u l-ispezzjonijiet fit-toroq.
Ħafna mir-rakkomandazz­jonijiet li kienu ġew proposti f’rapport tal-Awditur fl-2009 ġew implimentati.
Fosthom ġew inforzati iżjed il-kontrolli fuq il-postijiet li jagħmlu t-testijiet tal-VRT. Dan wassal biex dawn l-operaturi sabu aktar vetturi li ma kinux konformi mal-livelli mitlubin. Iżda minkej­ja t-titjib li sar, xorta għad hemm differenza fir-rati bejn id-diversi operaturi.
Ir-rapport jgħid li għad hemm opportunità biex jiġi żgurat li l-iskemi ta’ kontrolli tal-emissjonijiet tal-vetturi jiġu ddisinjati u implimentati bħala parti ħolistika u b’mod strateġiku bil-għan li jindirizza l-emissjonijet eċ­ċessivi mill-vetturi. 
Biex dan ikun effettiv hemm bżonn li jittieħdu miżuri li jedukaw lis-sidien tal-vetturi biex jagħmlu manutenzjoni regolarment fuq il-vetturi, bħall-inizjattiva ta’ eko-sewqan.

Friday, June 22, 2012

Haddiem jiżloq minn fuq trakk u jsofri ġrieħi ħfief


Sewwieq ta’ trakk, li lbieraħ filgħodu kien qed jgħatti t-terrapien li għabba fil-kaxxa tat-trakk tiegħu żelaq u waqa’ għal isfel, b’konsegwenza li sofra ġrieħi ħfief f’idejh u f’rasu. 
Dan kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni qrib il-Bajja ta’ San Ġorġu ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post. Wara hu ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn sarulu testijiet mediċi. Irriżulta li r-raġel kellu jdejh miksura u kellu bżonn xi punti f’rasu. Rigward il-ksur li sof­ra f’idejh, dan ir-raġel mistenni jiġi operat għada.

Min jibda ħajja ġdida u min ifittex futur aħjar








Filwaqt li lbieraħ għad-9 ta’ filgħodu ddaħħal grupp ta’ 20 Somalu rekbin fuq ‘dinghy’ li kienu ġejjin mit-Tuneżija, grupp ieħor ta’ 19-il persuna mis-Somalja, l-Eritrea u s-Sudan ħallew pajjiżna biex jibdew ħajja ġdida fl-Istati Uniti.
Fl-ewwel każ, grupp ta’ 20 immigrant, li qalu li huma Somali, ġew interċettati nhar l-Erbgħa fid-9.20 p.m. mill-Forzi Armati ta’ Malta (FAM). Dan il-grupp kien jikkonsisti fi 17-il raġel u tliet nisa, li kienu rekbin fuq ‘dinghy’. 
Meta l-patrol boat P32, li hi stazzjonata Għawdex, marret biex tagħti l-assistenza tagħha lill-immigranti, dawn irrif­ju­taw li jitilgħu iżda finalment spiċċaw jiġu skortati lejn Xatt it-Tiben. 
It-temp sabiħ u l-baħar kalm qisu żejt kienu jagħmluha inqas ikkomplikata għall-immigranti li jkomplu bil-vjaġġ tagħhom u kien għalhekk li ma ridux li jingħataw l-għajnuna. 
Min-naħa l-oħra, permezz tal-US Refugee Resettlement Program (USRRP), grupp ta’ 19-il persuna mis-Somalja, l-Eritrea u s-Sudan telqu lbieraħ lejn l-Istati Uniti fejn se jiġu milqugħin minn għaqdiet mhux governattivi Amerikani biex jitwasslu għad-destinazzjoni finali tagħhom f’diversi stati. Fost dawn id-19-il persuna hemm ‘single mother’, tarbija u 17-il raġel.
Fl-aħħar ħames snin kienu 1,024 l-immigranti li bbenefikaw minn dan il-proċess li jintbagħtu lejn l-Istati Uniti. Minnhom kienu 213 ħallew Malta din is-sena. Oħrajn mis­­tennijin iħallu pajjiżna fil-ġimgħat li ġejjin.

Ma jiqfux l-inkonvenjenti kkawżati mill-proġett tal-Baċir Numru 1 f`Bormla



Issa anke infestazzjoni ta’ nemus
Minħabba l-ħafna tkaxkir tas-saqajn li sar fil-proġett tal-Baċir Numru 1 f’Bormla, ir-residenti qegħdin ibatu minn diversi inkonvenjenzi. Barra t-telqa u t-tkissir li jkollhom jesperjenzaw kuljum, jidher li issa qegħdin ikollhom problema kbira oħra x’jif­faċċjaw hekk kif qegħdin ikunu infestati b’ammont ta’ nemus u insetti oħrajn li qegħdin jinġabru fl-istess baċir kawża ta’ ilma qiegħed. 
Bosta residenti minn dawn l-inħawi fl-aħħar jiem ilmentaw ma’ l-orizzont minħabba l-ammont ta’ nemus li kien hemm fiż-żona u li kienu qegħdin joħolqu inkonvenjent kbir lil min joq­għod f’dawk l-inħawi, fosthom lit-tfal. Residenti lmentaw kif f’dawn il-jiem ta’ sħana l-awtoritajiet ħallew dan l-ilma qiegħed għal diversi ġimgħat, liema ilma hu l-ambjent ideali biex fih ibejjet in-nemus u insetti oħrajn.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva diversi lmenti minn residenti li joqogħdu qrib tal-Baċir Numru 1. Minn spezzjonijiet li saru minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali ġie kkonfermat li r-residenti kellhom raġun u nstab li possibilment il-kawża ta’ dan kienet ħofra kbira bl-ilma fil-baċir stess. 
Dwar din il-kwistjoni ġew informati l-uffiċjali fil-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u minn hemm sar kuntatt mal-Project Leader tal-Grand Harbour Regeneration Corporation plc, li hi responsabbli għall-proġett tal-iżvilupp tal-baċir.
Fl-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju tbattal l-ilma qiegħed. Jidher li l-kawża kienet ġejja minn ilma li kien qed inixxi minn taħt it-triq u fil-baċir. 
F’nofs Ġunju reġgħet saret spezzjoni oħra fejn ġie nnotat li l-problema tan-nemus kienet naqset. Dan seħħ hekk kif beda jiġi ppompjat ilma baħar b’mod frekwenti u beda jiġi ċċirkolat l-ilma ħalli ma jitħalliex joqgħod. 
Kollox jindika li l-Korporazzjoni għas-Servizz tal-Ilma fl-aħħar jiem kie­nu fuq il-post jinvestigaw it-tnixxija ta’ ilma minn taħt it-triq lejn il-baċir. Jidher li ttieħdet id-deċiżjoni biex ftit jiem oħra parti kbira mill-ħofra tintradam. 
L-inkonvenjenti maħluqin minn dan il-proġett issa ilhom għaddejjin għal tul sew ta’ żmien u qegħdin jurtaw bil-kbir lin-nies li jgħixu fl-inħawi. Minn mindu beda dan il-proġett kien hemm ħafna tkaxkir tas-saqajn li wassal biex anke twaqqaf kuntrattur Taljan li kien imqabbad biex iwettaq dan il-proġett. Fil-Parlament, il-Ministru Austin Gatt kien qal li l-kuntrattur Taljan Marinelli Costruzione Spa waqa’ ħafna lura fix-xogħol u li dan id-dewmien ma kienx wieħed ġustifikabbli. Għaldaqstant, il-proġett għadda f’idejn grupp ta’ kuntratturi li ngħaqdu f’konsorzju biex ilestu dan il-proġett li qajjem kontroversji u inkonvenjenzi kbar.

Ilment mal-MEPA dwar tniġġis minn Palumbo


“Jgħosfru” diversi ritratti ta’ ‘grid blasting’ mill-MEPA
Persuna li f’Awwissu u f’Set­tembru tal-2011, ilmentat mal-Pu­lizija u anke mal-MEPA dwar tniġġis li ġie kkawżat mit-Tarzna ta’ Pa­lum­bo minħabba l-‘grid blas-ting’ fuq il-vapuri Eurocargo Islambul ta’ Grimaldi u l-Baltimore tal-Maersk Lines ba­qgħet b’xiber imnieħer hekk kif il-fajl li bagħtet lill-MEPA, b’ritratti li jikkonfermaw l-ilmenti tagħha, ġie mħassar.
Minkejja li tqajjem l-ilment li r-ritratti għosfru, sa issa jidher li ma ttieħdet l-ebda azzjoni mill-MEPA u lanqas ma ngħata sodisfazzjon dwar dan lil min għamel l-ilment.
Din il-persuna kienet waslet biex tkellem liċ-Ċermen tal-MEPA li min-naħa tiegħu qa-lilha biex tibgħat imejl bil-fatti. L-imejl ġie mibgħut lil uf­fiċjal tal-MEPA u wkoll ikkopjat liċ-ċermen. L-imejl kien fih madwar 15-il ritratt li kie­nu juru dak li fil-fehma tal-persuna li lmentat kien id-di­żastru li kien hemm fil-baħar u fl-arja.
Dan il-każ tqajjem fil-Parlament minn Leo Brincat, iżda sa issa kien hemm biss skiet mill-awtoritajiet. 
Wara din l-imejl, il-persuna ġiet avżata li l-ilment tagħ-  ha kien daħal għand il-MEPA u li din l-awtorità kienet se tinvestiga l-każ u żżommha in­for­mata dwar dak li   jkun għad­­dej. Sfortunatament, mhux talli ma sarux investigazzjonijiet u ttieħdu l-passi meħtieġa, talli r-ritratti li bagħtet din il-persuna tħassru.

Telf ta 10miljun ewro f`ħames snin fit-turiżmu




Bil-lukandieri Maltin jesper­jenzaw tnaqqis ta’ 10.9% tat-turisti u tnaqqis ta’ 2.5% fl-infiq fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, qed jirriżulta wkoll li fl-aħħar ħames snin, l-industrija tat-turiżmu għamlet telf ta’ madwar €10 mil­jun. 
Dan irriżulta waqt pre­żen­tazz­joni mill-Assoċjazzjoni Mal­tija għal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) dwar ir-riżul­tati tal-ewwel kwart tas-sena fl-industrija tat-turiżmu li sa­ret ilbieraħ filgħodu. 
Il-President tal-MHRA, Tony Zahra fid-diskors tiegħu enfasizza fuq it-telf ta’ €10 miljun f’ħames snin u qal li dan se jiġi rifless fis-snin li ġej­­jin meta jkun hemm bżonn li jsir tiġdid u rinnovazzjoni f’dan is-settur. Dan it-tiġdid ikun hemm bżonnu kull għaxar snin jekk mhux anke qabel. Għaldaqstant hemm bżonn li s-settur tat-turiżmu jkun wieħed soste­nibb­li.
Zahra qal li s-sostenibbiltà ta’ dan is-settur ma taffettwax biss lill-investitur iżda lill-ekonomija kollha. Jekk ma jkollniex lukandi jew inkella dawn ikunu foqra, allura ma jkun hemm l-ebda industrija tat-turiżmu, la impjiegi u lanqas qligħ għall-gvern. Għal­daqs­tant, dan iħalli impatt fuq kulħadd.
Il-President tal-MHRA ma kienx sorpriż bit-tnaqqis fl-ammont ta’ turisti li waslu f’pajjiżna hekk kif qal li sa minn Novembru tas-sena l-oħra hu kien wissa li t-tnaqqis ta’ 50,000 fil-kapaċità ta’ kemm jistgħu jinġarru passiġġieri setgħet tirriżulta li fil-fatt jaslu inqas turisti. Zahra qal ukoll li dan jikkonferma dak li tgħid l-MHRA, li l-aċ­ċessibbiltà hija l-aktar ħaġa importanti biex nagħmlu suċ­ċess.

L-aċċident fil-kamra tan-nar ta Santa Marija tal-Qrendi





Qed nimxu ġurnata b’ġurnata… imma jista’ jkun ma naħarqux – Feliċ Zerafa, licensee
Għalkemm għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni finali dwar jekk hux se jinħaraq nar fil-festa ta’ Santa Marija tal-Qrendi, id-dilettanti tan-nar Qrendin qegħdin isegwu l-kundizzjoni taż-żagħżugħ Joseph Mifsud u jaraw xi progress qed jagħmel ġurnata b’ġurnata. Kemm-il darba Mifsud jibqa’ fl-ITU, mhux se jinħaraq nar fil-festa b’turija ta’ rispett lejn seħibhom. Dan stqarru ma’ l-orizzont Feliċ Zerafa, li hu l-persuna li għandu l-liċenzja tal-Kamra tan-Nar ta’ Santa Marija tal-Qrendi.
Fl-aħħar ta’ Mejju, iż-żagħ­żugħ ta’ 27 sena li hu magħruf ma’ sħabu bħala “d-dudu” kien involut f’inċident fil-kam­ra tan-nar ta’ Santa Marija, fejn sofra ħruq estensiv u kien anke fil-periklu tal-mewt. 
Zerafa sostna li l-kundizzjoni taż-żagħżugħ qalbet xi ftit għall-aħjar u qiegħed juri prog­ress. Minkejja dan, xorta għadu jinsab fl-ITU. F’kuntatt li għamilna mal-Pulizija dawn ikkonfermaw li ż-żagħżugħ għadu fil-periklu tal-mewt.
Lura lejn l-aħħar ta’ Mejju, Joseph Mifsud ta’ 27 sena mill-Qrendi kien involut f’in­ċident fil-Kamra tan-Nar fejn kien sofra ħruq estensiv. Minn stħarriġ li kienet għamlet il-Pulizija fuq il-post kien ir­riżulta li Mifsud kien qiegħed jippostja xi nar fil-kamra meta għal xi raġuni dan ħa n-nar u b’hekk iż-żagħżugħ sofra ġrieħi gravi, tant li spiċċa fil-periklu tal-mewt. 
Dan il-ġurnal kien ġie informat li r-raġel sofra ħruq f’sidru u f’dahru. 
Intant, il-komunità tal-Qren­di qiegħda torganizza diversi attivitajiet ta’ talb għall-bżonnijiet ta’ Mifsud. Fost l-oħrajn, organizzaw laqgħa ta’ talb fil-Kappella tas-Salvatur fil-Qrendi biex jitolbu għall-bżonnijiet taż-żagħżugħ u tal-familja tiegħu f’dan il-mument hekk diffiċli għalihom. 
Barra minn hekk, qegħdin ukoll jgħaddu messaġġi ta’ kuraġġ lil Joseph u lil familtu.

Sunday, June 17, 2012

Kundizzjonijiet œÿiena u kimika qerrieda fl-impjanti ta’ Samsung


Œaddiema jisfaw “ikkundannati gœall-mewt”
 
Phil ma joqgœodx jomgœodhielek. Kif issemmilu l-kum­panija Samsung mill-ewwel jgœidlek li gœandu jsir bojkott u jekk jista’ jkun ma jinxtrawx prodotti Samsung. Bojkott jew le, il-fatt hu, li gœaddejja ælieda kbira biex œaddiema li jaœdmu mal-kumpanija Samsung, ma jkunux esposti gœal perikli jew, agœar, mard terminali. Bil-gvern Korean jintefa’ fuq in-naœa tal-kumpanija u mhux tal-œaddiema, il-ælieda mhix façli. Sa issa f’din il-kumpaniji tal-elettronika Samsung, mietu 56 persuna, li kienu jaœdmu magœha, b’mard terminali fosthom il-kançer. Erbgœa minn dawn il-vittmi mietu din is-sena.
F’Jannar ta’ din is-sena, Lee Eun-ju ta’ 37 sena li kienet eks-impjegata fl-impjant ta’ Samsung Electronics f’Onyang, mietet kawÿa ta’ kançer fl-ovarji. Kienet saret taf li gœandha kançer meta kellha biss 25 sena u damet tiææieled gœal œajjitha gœal 12-il sena.
F’Marzu, mietet Kim Do-eun ta’ 36 sena li wkoll kienet taœdem ma’ Samsung Electronics, iÿda fl-impjant ta’ Kihung. Ta’ 30 sena kienet saret taf li kellha kançer tas-sider u wara sitt snin mietet.
Magœhom kien hemm ukoll Lee Youn-jeong ta’ 32 sena li kienet ukoll impjegata fl-impjant ta’ Onyang. Din mietet b’tumur f’moœœha.
L-aœœar vittma li nafu biha hi Yun Seul-ki. Yun bdiet taœdem ma’ Samsung fl-1999 u xogœolha kien li taqta’ l-pannelli tal-LCDs. Wara inqas minn sitt xhur f’dan ix-xogœol, saret taf li gœandha ‘aplastic anemia’. Minœabba din il-kundizzjoni kellha bÿonn li tagœmel trasfuÿjonijiet tad-demm u gœalhekk intalbet titlaq mix-xogœol. Damet sejra hekk gœal 13-il sena sakemm fit-2 ta’ Æunju mietet.

Ma jridux jagœtu kumpens

Minkejja dawn l-imwiet kollha, il-kumpanija Samsung mhix tassumi r-responsabbiltà tagœhom u lanqas ma trid tagœti kumpens tad-danni li sofrew dawn il-œaddiema. L-iskuÿa hi li œadd mill-vittmi ma jista’ jipprova li l-mard li kellhom kien relatat max-xogœol. Mhux talli hekk, talli Samsung lanqas ma trid tgœid x’inhi l-kimika li tintuÿa fil-proçess, hekk kif qiegœda ææib l-iskuÿa li dan hu tagœrif kunfidenzjali tal-kumpanija.
Intant, il-Ministeru tal-Impjiegi u x-Xogœol tal-Korea ppubblika riÿultati ta’ investigazzjoni li gœamlu l-aæenzija tas-saœœa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogœol. F’din l-investigazzjoni sar magœruf li l-produzzjoni tal-elettronika tista’ toœloq kimika tossika u li tista’ tikkawÿa l-kançer. B’konsegwenza ta’ dan, f’April ingœata kumpens lil œaddiem li kien jaœdem ma’ din il-kumpanija.
In-nies, flimkien ma’ bosta attivisti u trejdunjins qegœdin jil­mentaw mal-gvern biex jagœmel liæijiet li jirregolaw il-kumpaniji li jaœdmu ç-çipep. Minkejja dan, il-gvern œalla din l-industrija f’idejn il-pulizija u naqas milli jinforza liæijiet apposta.

Samsung jirnexxilhom jeœilsuha

B’xi mod, Samsung dejjem irnexxielhom jeœilsuha milli jagœtu kumpens lill-vittmi jew lill-fa­milji tagœhom.
Eÿempju, Lee Yunj-eong kienet applikat fid-dipartiment tal-gvern biex tingœata kumpens meta kie­net saret taf li gœandha tumur f’moœœha.
Minkejja dan, il-gvern Korean çaœad it-talba tagœha hekk kif hi ma setgœetx tipprova liema kimika kienet qiegœda tintuÿa u kienet esposta gœaliha. Ovvjament, Samsung qablu ma’ din id-de­çiÿjoni.
Gœaldaqstant, minkejja li kienet marida, fl-2011 Lee Yunj-eong fetœet kawÿa kontra l-gvern. L-avukati ta’ Samsung iææieldu kontra din il-kawÿa fuq in-naœa tal-gvern u argumentaw li Lee jew il-familja tagœha ma kellhom jingœataw xejn. Sfortunatament, Lee mietet qabel ma laœqet in­temmet il-kawÿa.
Minn dawn l-istejjer joœoræu fiç-çar ÿewæ problemi kbar. Bœal­ma jammettu s-servizzi soçjali tal-Korea nnifishom, il-pajjiÿ gœadu lura milli jammetti li çertu tip ta’ kançer hu kkaæunat minœabba çerti prattiçi tax-xogœol.
Barra minn hekk, is-sistema æudizzjarja kkonfermat li hemm konnessjoni bejn il-mard fuq ix-xogœol u l-kundizzjonijiet li joffru Samsung. Dan ifisser li jekk l-affarijiet jibqgœu sejrin hekk, sinjal li mhux qed ikun hemm biÿÿejjed kontroll tal-prattiçi tax-xogœol f’dawn il-kumpaniji u li l-gvern mhux jieœu l-miÿuri neçessarji biex iwaqqafhom.

Il-petizzjoni

Dwar dak li qed iseœœ f’din il-kumpanija qiegœda tinæabar ukoll petizzjoni. Min irid jista’ jiffirmaha billi jidœol f’dan is-sit:http://www.petitiononline.com/s4m5ung/petition.html.

Sunday, June 3, 2012

‘Jeans’ qattiel!

Mis-snin tmenin daħlet il-moda li l-‘jeans’ jinbarax biex joħ­roġ l-effett bħalli­kieku l-‘jeans’ hu użat. Sfortunatament, dan il-pro­ċess li jsir permezz ta’ ‘sandblasting’ hu perikoluż ħafna għal dawk li jwettquh u jista’ anke jwassal għall-mewt tagħhom.
Il-proċess isir permezz ta’ ramel sparat bi pressa kbira. Ir-ra­mel li jintuża hu rħis u l-ħaddiema li jwettqu dan ix-xogħol m’għand­homx bżonn sengħa kbira. Għalhekk, il-prodott irendi lura qligħ tajjeb hekk kif dan it-tip ta’ ‘jeans’ jista’ jinbiegħ anke tliet darbiet iżjed mill-prezz ta’ ‘jeans’ normali.
Ir-ramel li jintuża ħafna drabi jkollu fih ki­mika naturali li tissej­jaħ ‘silica’. Meta jkun sprejjat ir-ramel, jinħoloq trab fin ta’ ‘silica’ li jibilgħuh il-ħaddiema. Dan it-trab hu fin ħafna u għalhekk il-maskri ta’ kontra t-trab mhumiex biżżejjed biex ikunu protetti l-ħaddie­ma. Agħar minn hekk, ħafna mill-ħaddiema lanqas jingħataw dawn il-maskri ta’ protezzjoni.
Dawn it-trabijiet huma peri­ko­lużi ħafna għas-sistema respiratorja u jistgħu jwasslu għal problemi fil-pulmun li m’hemm l-ebda kura għalihom u li ġieli jwasslu anke għall-mewt. Din il-kundizzjoni hi magħrufa bħala ‘silicosis’.
Li jiġri hu li l-partiċelli żgħar ta’ ‘silica’ jidħlu fil-pulmun u ma jħallux lil min ikun belagħhom milli jieħu nifs. M’hemmx kura għal din il-kundizzjoni u l-marda tibqa’ għaddejja anke jekk il-ħaddiema ma jibqgħux esposti għaliha.
L-ikbar kawża ta’ din il-marda hi l-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom dawn il-ħaddiema tas-settur tat-tessuti. Mhux talli jqattgħu aktar minn 12-il siegħa kuljum f’ambjent bla ventilazzjoni u bla protezzjoni, talli ġieli anke jorqdu f’dawn il-postijiet matul il-lejl.
Dan ir-riskju kien magħruf riċentement għalkemm kulħadd kien ilu jaf bir-riskji li joriġinaw mis-‘sandblasting’. L-ewwel każi kienu identifikati fl-2005 minn tobba fit-Turkija li kienu qegħdin jistudjaw ir-raġuni għaliex kien qed ikun hemm ħafna problemi respiratorji. Sal-2011, kien hemm 1,200 ħaddiem fit-Turkija li kienu affett­wati, fosthom 50 li anke tilfu ħaj­jithom.
B’hekk grupp ta’ persuni li raw il-periklu f’dan ix-xogħol, fosthom eks-ħaddiema, tobba, ġurnalisti, akkademiċi, trejdunjins, mużiċisti u anke artisti, bdew kampanja biex dan il-proċess jitwaqqaf mit-Tur­kija. Fil-fatt, il-gvern Tork qed jipprojbixxi li jsir ‘sandblasting’ u qed isejjaħ għall-ħaddiema li kienu affettwati biex jingħataw assistenza medika.
Minkejja dan, hu magħruf li s-‘sandblasting’ isir f’pajjiżi bħall-Bangladesh, iċ-Ċina, il-Messiku, l-Arġentina, Lesotho, is-Sirja, l-Eġittu u l-Pakistan, fejn s’issa għadha ma nħolqot l-ebda kuxjenza biex jinstabu dawk il-ħaddiema li qegħdin isofru minn din il-kundizzjoni.
Il-verità hi li eluf ta’ żgħażagħ jistgħu qegħdin isofru u jmutu filwaqt li din il-moda tkun irrekla­mata bil-kbir minn kumpaniji kbar fl-Ewropa u fl-Istati Uniti.
Sakemm dan il-proċess jibqa’ aċċettat li jsir, aktar ħaddiema se jkunu qegħdin jitpoġġew f’riskju.
Il-kampanja www.killerjeans.org qiegħda taħdem biex dan il-proċess jitneħħa mill-industrija tat-tessuti. Qegħdin jikkuntattjaw lil kumpaniji kbar tat-tessuti u jis­pjegawlhom din il-kundizzjoni u jħeġġuhom biex jieqfu milli jes­ponu lill-ħaddiema tagħhom għal dan il-periklu.
Ħafna kumpaniji qegħdin jaqblu li jwaqqfu dan il-proċess iżda xorta għad fadal triq twila biex fil-veri­tà dan il-proċess ikun eliminat għal kollox.