.jpg)

Wara 42 sena ta’ tmexxija minn Gaddafi kien wasal żmien għal bidla fil-Libja. Gaddafi kien dittatur, appoġġja ħafna kawżi li mhux dejjem forsi kienu ġusti u żamm il-poter għal wisq fit-tul. Minkejja dan, hu wettaq bosta għeġubijiet li biddlu lil-Libja għall-aħjar u li ma jistgħu qatt jintesew.
Tant kemm hu hekk li anke l-aġenzija tal-aħbarijiet BBC irrapportat li waqt it-tmexxija ta’ Gaddafi, il-Libja għamlet passi kbar ’il quddiem, kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi.
Barra minn hekk, meta wieħed ifittex fuq l-internet dwar il-ġid li għamel Gaddafi waqt li kien fit-tmexxija ta’ pajjiżu, jitilgħu diversi siti li fihom jelenkaw 16-il punt li kellha l-Libja taħt Gaddafi u li llum għadhom ma jafux jekk hux se jerġa’ jkollhom.
It-TORĊA llum qiegħda twassal dawn il-punti, mhux biex b’xi mod nagħtu xi stampa sabiħa ta’ Gaddafi, iżda biex inkunu wassalna ż-żewġ naħat tal-istorja u nuru wkoll dak li seta’ għamel tajjeb.
X’kellha l-Libja taħt Gaddafi
• Taħt Gaddafi, l-Libjani ma kinux iħallsu kontijiet tad-dawl, l-elettriku kien b’xejn għaċ-ċittadini kollha.
• M’hemmx interessi fuq self mill-banek; il-banek fil-Libja huma tal-Istat u s-self li jingħata liċ-ċittadini ma jkunx b’interessi hekk kif inhu speċifikat bil-liġi.
• Li jkollok dar hu dritt tal-bniedem fil-Libja.
• Il-koppji ġodda kollha li jiżżewġu jirċievu $50,000 mill-gvern biex jixtru l-ewwel appartament tagħhom, pass li jgħinhom biex jibdew familja.
• L-edukazzjoni u t-trat-tament mediku huma b’xejn fil-Libja. Qabel it-tmexxija ta’ Gaddafi kienu biss 25% tal-Libjani li kienu litterati. Illum il-ġurnata, din il-figura żdiedet għal 83%.
• Jekk il-Libjani jkunu jridu jibdew karriera fl-agrikoltura, huma jingħataw l-art agrikola, razzett fejn jgħixu, l-għodda, iż-żrieragħ u l-bhejjem biex jibdew l-irziezet. Dan kollu jingħata b’xejn.
• Jekk il-Libjani ma jkunux jistgħu jsibu l-edukazzjoni jew il-faċilitajiet mediċi li jkollhom bżonn, il-gvern iħallashom biex isiefru barra mill-pajjiż. Mhux talli jħallsilhom talli anke jagħtihom somma ta’ $2,300 fix-xahar għall-akkomodazzjoni u għall-ispejjeż ta’ karozza.
• Jekk Libjan jixtri karozza, il-gvern jissussidja nofs il-prezz.
• Il-prezz tal-petrol fil-Libja hu ta’ $0.14 għal kull litru.
• Il-Libja m’għandhiex dejn barra l-pajjiż u r-riservi tagħha, li jammontaw għal $150 biljun, issa huma ffriżati globalment, anke f’Malta.
• Jekk Libjan ma jkunx jista’ jsib xogħol wara li jiggradwa, l-Istat iħallas salarju medju tal-professjoni bħallikieku dak jew dik li jkun ikun impjegat sa ma jsib xogħol.
• Porzjon tal-flus għall-bejgħ taż-żejt tal-Libja titpoġġa fil-kontijiet bankarji taċ-ċittadini Libjani.
• Omm li twelled tarbija tingħata $5,000.
• 40 ħobża fil-Libja jiswew $0.15.
• 25% tal-Libjani għandhom degree tal-Università.
• Gaddafi wettaq l-akbar proġett ta’ irrigazzjoni fid-dinja. Dan hu magħruf bħala l-akbar xmara magħmula mill-bniedem u sar biex ikun hemm l-ilma madwar il-pajjiż li jinsab fid-deżert.

No comments:
Post a Comment