…zgur
mhux il-kaz minkejja li dejjem ipprova jpingi lilu nnifsu bhala
s-salvatur li kien qed jigi disprezzat
Is-sena
2011 ghalqet bil-mewt tal-qassis-fundatur tal-Isptar San Raffaele ta’
Milan, Don Luigi Verzè. Huwa miet b’attakk tal-qalb lejliet
l-ewwel tas-sena fl-età ta’ 91 sena. Kien il-president
tal-Fondazzjoni Monte Tabor li kienet tmexxi l-istess sptar.
Fl-istess
sena, l-Isptar San Raffaele spicca fallut b’dejn ta’ biljun u
nofs ewro u l-kaxxier tal-istess sptar, Mario Cal, ikkommetta
suwicidju f’Lulju. Ghaldaqstant dahal responsabbli l-Vatikan biex
imexxi dak li fadal minn San Raffaele.
Minkejja
li fl-ahhar waqtiet ta’ hajtu Verzè pprova jpingi lilu nnifsu
bhala gesù hekk kif qal li “spiccajt fuq il-kurcifiss bhal Gesù”,
mill-investigazzjonijiet li saru dwar il-hofra finanzjarja fi hdan
il-Fondazzjoni Monte Tabor sar maghruf li fil-fatt ma kienx.
Verzè
involut fil-falliment ta’ San Raffaele ta’ Milan
Sar
maghruf li kien inholqot sistema biex jisparixxu miljuni ta’ ewro
fi flus kontanti mill-kotba finanzjarji tal-Fondazzjoni u li
d-destinazzjoni taghhom kienet bhala flus lejn politici ta’ kull
kulur, investimenti fittizji fl-Azerbaijan, ajruplan personali ghal
Verzè u anke appartament shih li sewa ¢650,000 ghall-habiba ta’
Verzè, Raffaella Voltolini.
Wara
li sar maghruf dan kollu, Verzè ceda kull poter li kellu
fil-fondazzjoni wara 42 sena ta’ tmexxija fejn irnexxielu johloq
kolonna fir-ricerka u l-kura, izda wkoll sensiela ta’ investimenti
paralleli bi gwadann personali.
Konnessjoni
ma’ Malta
Lura
lejn is-snin 90, Dun Charles Vella li kien ghamel xi zmien jahdem
mal-Isptar San Raffaele ta’ Milan bhala ufficjal
ghar-relazzjonijiet pubblici rnexxielu jhabbeb lill-Gvern
Nazzjonalista, immexxi minn Eddie Fenech Adami u Louis Galea bhala
Ministru tas-Sahha, ma’ Don Verzè.
Kienet
harget l-idea li f’Malta jinbena sptar specjalizzat li jhabbatha
mal-Isptar San Raffaele ta’ Milan u li jkun centru ta’ ricerka
medika. Dan l-isptar kellu jkun immexxi mill-Fondazzjoni ta’ Don
Verzè.
Meta
gew ghall-ghazla ta’ min kellu jibni dan l-isptar il-gdid, il-gvern
Nazzjonalista ta’ dak iz-zmien qabad u ghazel lill-Fondazzjoni San
Raffaele minghajr ebda sejha ta’ tenders. Dan kollu sar bejn ftehim
bejn il-kbar ta’ San Raffaele, f’dan il-kaz Don Verzè u l-gvern
Malti ta’ dak iz-zmien.
Il-gvern,
flimkien mal-Fondazzjoni San Raffaele dddecidew li jibnu sptar li
jesa 450 sodda. Ghazlu wkoll li jaqsmu s-servizzi medici f’Malta fi
tnejn: uhud f’San Raffaele f’Tal-Qroqq u l-kumplament fl-Isptar
San Luqa. B’dan il-mod kienu se jirdoppjaw ir-rizorsi li kien hemm
bzonn u anke l-infiq.
Sar
maghruf li kellu jkun il-gvern li jhallas ghall-bini tal-isptar izda
kollox skont kif jiddeciedu ta’ San Raffaele. Barra minn hekk,
il-gvern ried ukoll ihallashom tas-servizzi li jaghtu lill-pazjenti.
Kien proprju hawnhekk meta l-Gvern Nazzjonalista beda jahsibha jekk
il-pazjenti kellhomx jibdew ihallsu parti mill-flus ghas-servizzi
medici li jiehdu.
Il-gvern,
flimkien mal-Fondazzjoni San Raffaele, ghazlu lil Ortesa bhala
d-disinjaturi tal-isptar. Ghal darb’ohra ma hargux sejhiet
ghall-kuntratti. Il-pjanti damu ma waslu u gieli waslu bi zbalji li
kellhom jigu rrangati. Fil-fatt, il-kumpanija tal-kostruzzjoni
Svediza Skanska, li ntaghzlet din id-darba b’sejha ta’ tenders
minkejja li kien process li holoq kontroversja peress li l-qrati
kienu qalu li l-Ministru tal-Finanzi kien qabez il-limiti li kellu,
kienet qalet li madwar nofs il-pjanti mekkanici ta’ Ortesa kellhom
bzonn jigu rrangati.
Skanska
ma kellhomx problema biex jirrangaw il-pjanti peress li kienu
jithallsu ta’ kull bicca xoghol li kienu jaghmlu zejda. Ix-xoghol
beda u sa Ottubru tal-1996, meta l-isptar suppost kellu jkun qrib li
jibda jopera u meta kienu ntefqu digà diversi miljuni ta’ liri,
kienu ghadhom inbnew zewg sulari taht l-art.
Mal-qalba
tal-gvern
Fl-1996,
kien hemm qalba fil-gvern u Partit Laburista mmexxi minn Alfred Sant
ra li l-kuncett ta’ dan l-isptar ma kienx dak li kien jemmen fih
hu. Il-Ministru tas-Sahha ta’ dak iz-zmien, Michael Farrugia,
ikkummissjona numru ta’ rapporti u kellu diskussjonijiet
mal-istakeholders fis-settur tas-sahha. Ir-rapporti kollha
tal-istakeholders kienu kollha kontra l-kuncett li s-servizzi
tal-isptar ikunu maqsumin u rrimarkaw ukoll li taht amministrazzjoni
Nazzjonalista qatt ma kienu gew ikkonsultati dwar l-Isptar San
Raffaele. Dan kien ifisser li kien qed jinbena sptar li l-esperti
medici lokali ma kinux jaqblu mieghu.
Intant,
gie deciz li tintemm ir-rabta ma’ Don Verzè.
Verzè
minn dejjem ihossu s-salvatur
F’kontribuzzjoni
ricenti fuq it-TORCA, Sant kien irrakkonta l-laqgha li kellu ma’
Verzè f’Kastilja. Irrakkonta kemm kien persuna zorra u minkejja
t-tahwid li gab fil-progett ipprova jpingi lilu nnifsu bhala
“salvatur li qed jigi disprezzat”.
Verzè
kien ukoll wasal biex jispjega dwar kif kien jahdem. Kien qal lil
Sant li jekk il-gvern Malti jithajjar biex jitlob self mill-fond
socjali tal-Kunsill tal-Ewropa, hu kellu l-hbieb hemm u kien jista’
jghin.
Wara
li twarrab Verzè, il-gvern Laburista pprova jaddatta l-isptar skont
l-esigenzi medici tal-poplu. gie deciz li jinbena sptar li jesa bejn
800 – 1,000 sodda. Il-kuntratt ma’ Ortesa twaqqaf u harget sejha
ghal tenders ghad-disinjaturi. Il-kuntratt inghata lil Norman and
Bawburn. Dawn kienu stmaw li l-prezz tal-kostruzzjoni, tal-mekkanika
u l-elettriku kienu se jammontaw ghal madwar Lm70 miljun u kellu jsir
sal-2001.
Meta
mbaghad fl-1998 tela’ gvern Nazzjonalista, dan waqqaf il-kuntratt
tad-disinjaturi Norman and Bawburn u minflok iffirma kuntratt gdid
ma’ Skanska ghad-disinn, bini u supervizjoni tal-isptar. Dan sewa
Lm93 miljun u kellu jinfetah fl-2003 u jitlesta sal-2005. Izda
fl-2004 gie ffirmat kuntratt iehor ta’ Lm145 miljun bil-patt li
l-isptar jitlesta sa Lulju tal-2007.
melvindelsol@hotmail.com
No comments:
Post a Comment