Jekk hu Alla li jagħtikom id-dinjità, allura ħadd ma jista’ jeħodhielkom – l-Arċisqof Pawlu Cremona
Fi żjara li kellu l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona, l-għada tal-Milied fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, dan qal li l-ħabs huwa żmien ta’ bidla għall-priġunieri. Żmien li wara li jgħaddi jridu joħorġu u jagħtu sehemhom fis-soċjetà skont id-dinjità li tahom Alla l-imbierek. Ħadd ma tahielhom id-dinjità ħlief Alla nnifsu. Għaldaqstant, ħadd ma jista’ jiħodhielhom.
Din kienet is-sitt darba mill-2006 li l-Arċisqof mar iżur il-ħabs l-għada tal-Milied. Mal-wasla tiegħu, ġie milqugħ mid-Direttur tal-Ħabs Abraham Zammit, mill-Viċi Direttur, James Catania, mill-Kappillan tal-ħabs, Patri Franco Fenech Franġiskan Kapuċċin, flimkien ma’ uffiċjali għoljin oħrajn.
L-Arċisqof iffirma wkoll il-kartolina kbira li ħejjew il-priġunieri u li ngħatat fl-Istrina flimkien ma’ għotja ta’ flus li nġabret mill-priġunieri u mill-uffiċjali.
Imbagħad l-Arċisqof żar il-kappella tal-ħabs, akkumpanjat minn Jackson’s Pipe Band, fejn sab ammont kbir ta’ priġunieri jistennewh.
Patri Franco ta messaġġ ta’ merħba u apprezzament u introduċa d-drama li kienu se jippreżentaw il-priġunieri infushom bl-isem ta’ “Min? Jien?”. Din inkitbet u nħadmet mill-priġunieri nfushom u tinkludi messaġġ qawwi ta’ kif persuna, għalkemm tkun il-ħabs, xorta waħda għandha tingħata ċ-ċans li terġa’ tirnexxi fis-soċjetà għax il-bidla hi possibbli għal kulħadd. Din is-silta qajmet ħafna kommozzjoni fl-Arċisqof, tant li waqt li ġie mistieden biex jitkellem kien jidher bi tbissima iżda fl-istess ħin kellu d-dmugħ nieżel ma’ wiċċu.
Fi kliemu spjega li kulħadd għandu bżonn ta’ konverżjoni u d-differenza bejnu u bejn il-ħabsin hi li hu jitlob maħfra f’qalbu u fih innifsu, filwaqt li għall-priġunieri huma jridu jieħdu dan iċ-ċans f’kuntest ta’ soċjetà li mhux dejjem tagħraf id-dinjità tagħhom, f’kuntest li mhux dejjem ikun favur li jagħmlu din il-mixja ta’ konverżjoni.
Talab li Alla jidħol f’qalb kulħadd, dawk ġewwa u anke dawk barra l-ħabs biex ikollna l-paċi f’qalbna.
Barra minn hekk talab li l-atmosfera tal-ħabs tkun waħda li tgħinhom biex iż-żmien li jqattgħu hemm ġew ma jkunx moħli.
Ma naqasx ukoll li jsemmi li Ġesù nnifsu daħal il-ħabs. L-Arċisqof qal li Ġesù ried jagħmel it-triq kollha għalihom u meta sar bniedem ma għex ħajja normali u daqshekk, iżda wasal sal-ħabs. U għamel dan biex il-ħabsin iħossuh magħhom f’dan iż-żmien u jaslu għal dak li wasal għalih Ġesù.
Wara dawn il-kelmiet min-naħa tal-Arċisqof, il-priġunieri telgħu jkellmuh u jawgurawlu. Iż-żjara kompliet lejn kappella oħra fil-faċilità fejn jiltaqgħu tliet diviżjonijiet oħrajn għat-talb.
Hemmhekk saret ċelebrazzjoni u l-Arċisqof iltaqa’ mal-priġunieri wkoll. Barra minn hekk, l-Arċisqof żar ukoll is-sezzjonijiet tan-nisa u taż-żagħżagħ u għalaq iż-żjara tiegħu b’laqgħa mal-uffiċjali.
Fi żjara li kellu l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona, l-għada tal-Milied fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, dan qal li l-ħabs huwa żmien ta’ bidla għall-priġunieri. Żmien li wara li jgħaddi jridu joħorġu u jagħtu sehemhom fis-soċjetà skont id-dinjità li tahom Alla l-imbierek. Ħadd ma tahielhom id-dinjità ħlief Alla nnifsu. Għaldaqstant, ħadd ma jista’ jiħodhielhom.
Din kienet is-sitt darba mill-2006 li l-Arċisqof mar iżur il-ħabs l-għada tal-Milied. Mal-wasla tiegħu, ġie milqugħ mid-Direttur tal-Ħabs Abraham Zammit, mill-Viċi Direttur, James Catania, mill-Kappillan tal-ħabs, Patri Franco Fenech Franġiskan Kapuċċin, flimkien ma’ uffiċjali għoljin oħrajn.
L-Arċisqof iffirma wkoll il-kartolina kbira li ħejjew il-priġunieri u li ngħatat fl-Istrina flimkien ma’ għotja ta’ flus li nġabret mill-priġunieri u mill-uffiċjali.
Imbagħad l-Arċisqof żar il-kappella tal-ħabs, akkumpanjat minn Jackson’s Pipe Band, fejn sab ammont kbir ta’ priġunieri jistennewh.
Patri Franco ta messaġġ ta’ merħba u apprezzament u introduċa d-drama li kienu se jippreżentaw il-priġunieri infushom bl-isem ta’ “Min? Jien?”. Din inkitbet u nħadmet mill-priġunieri nfushom u tinkludi messaġġ qawwi ta’ kif persuna, għalkemm tkun il-ħabs, xorta waħda għandha tingħata ċ-ċans li terġa’ tirnexxi fis-soċjetà għax il-bidla hi possibbli għal kulħadd. Din is-silta qajmet ħafna kommozzjoni fl-Arċisqof, tant li waqt li ġie mistieden biex jitkellem kien jidher bi tbissima iżda fl-istess ħin kellu d-dmugħ nieżel ma’ wiċċu.

Talab li Alla jidħol f’qalb kulħadd, dawk ġewwa u anke dawk barra l-ħabs biex ikollna l-paċi f’qalbna.
Barra minn hekk talab li l-atmosfera tal-ħabs tkun waħda li tgħinhom biex iż-żmien li jqattgħu hemm ġew ma jkunx moħli.
Ma naqasx ukoll li jsemmi li Ġesù nnifsu daħal il-ħabs. L-Arċisqof qal li Ġesù ried jagħmel it-triq kollha għalihom u meta sar bniedem ma għex ħajja normali u daqshekk, iżda wasal sal-ħabs. U għamel dan biex il-ħabsin iħossuh magħhom f’dan iż-żmien u jaslu għal dak li wasal għalih Ġesù.
Wara dawn il-kelmiet min-naħa tal-Arċisqof, il-priġunieri telgħu jkellmuh u jawgurawlu. Iż-żjara kompliet lejn kappella oħra fil-faċilità fejn jiltaqgħu tliet diviżjonijiet oħrajn għat-talb.
Hemmhekk saret ċelebrazzjoni u l-Arċisqof iltaqa’ mal-priġunieri wkoll. Barra minn hekk, l-Arċisqof żar ukoll is-sezzjonijiet tan-nisa u taż-żagħżagħ u għalaq iż-żjara tiegħu b’laqgħa mal-uffiċjali.
No comments:
Post a Comment