F’aċċident tat-traffiku li seħħ f’Ponders End f’Londra, iż-żagħżugħ Anthony Saliba tilef ħajtu waqt ħabta serja bejn scooter u karozza. Iż-żagħżugħ hu mwieled minn koppja Maltija, għalkemm hu mwieled f’Londra.
Il-vittma, li kellu mat-30 sena, ġie ddikjarat mejjet fuq il-post fejn seħħ l-aċċident għall-ħabta tas-6.30 a.m. f’Meridian Way, ’il barra minn Lea Valley Leisure Centre.
It-triq baqgħet magħluqa miż-żewġ direzzjonijiet bejn Lea Valley Road u n-North Circular Road hekk kif il-pulizija kienu qegħdin jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Minkejja l-investigazzjonijiet, ħadd ma ġie arrestat.
Dan l-aċċident ikkawża ammont sostanzjali ta’ traffiku, tant li s-servizz tat-trasport kellu jgħaddi minn triqat oħrajn.
A collection of all the articles I write, and which are usually published in the local newspapers: It-Torca and l-Orizzont. There are also other articles which you can only find on this blog, so please keep coming back! Enjoy your visit
Tuesday, February 21, 2012
żagħżugħ b’dixxendenza Maltija jitlef ħajtu f’aċċident f’Londra
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment