Thursday, February 23, 2012

Il-Pulizija Ingliża arrestat persuna b’konnessjoni mal-każ



L-aċċident li fih miet żagħżugħ b’dixxendenza Maltija
Il-Pulizija Ingliża arrestat persuna hekk kif qiegħda tinvestiga dwar il-mewt tas-sewwieq tal-iscooter, Anthony Saliba, li nhar it-Tnejn tilef ħajtu f’aċċident tat-traffiku f’Ponders End. Ir-raġel qiegħed jiġi mistoqsi mill-pulizija b’konnessjoni ma’ dan l-aċċident.
Bħalma rrapporta l-orizzont nhar it-Tlieta, Saliba hu minn Herthfordshire iżda hu dixxendenti minn familja Maltija.
Il-vittma kellu 45 sena u miet fuq il-post tal-aċċident. Hu kien qed isuq scooter u kien involut f’ħabta ma’ vann abjad f’salib it-toroq bejn Meridian Way u Pickett’s Lock Lane. Dan l-aċċident seħħ fis-6.30 a.m.
Allegatament, Saliba ttajjar minn fuq l-iscooter minn karozza li baqgħet sejra. Sadanittant, min-naħa l-oħra tat-triq għadda vann li tajru u b’hekk Saliba tilef ħajtu.

....

No comments:

Post a Comment