Thursday, December 29, 2011

L-Arċisqof Pawlu Cremona jżur il-ħabs l-għada tal-Milied

Jekk hu Alla li jagħtikom id-dinjità, allura ħadd ma jista’ jeħodhielkom – l-Arċisqof Pawlu Cremona
Fi żjara li kellu l-Arċisqof ta’ Malta Pawlu Cremona, l-għada tal-Milied fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, dan qal li l-ħabs huwa żmien ta’ bidla għall-priġunieri. Żmien li wara li jgħaddi jridu joħorġu u jagħtu sehemhom fis-soċjetà skont id-dinjità li tahom Alla l-imbierek. Ħadd ma tahielhom id-dinjità ħlief Alla nnifsu. Għaldaqstant, ħadd ma jista’ jiħodhielhom.
Din kienet is-sitt darba mill-2006 li l-Arċisqof mar iżur il-ħabs l-għada tal-Milied. Mal-wasla tiegħu, ġie milqugħ mid-Direttur tal-Ħabs Abraham Zammit, mill-Viċi Direttur, James Catania, mill-Kappillan tal-ħabs, Patri Franco Fenech Franġiskan Kapuċċin, flimkien ma’ uffiċjali għoljin oħrajn.
L-Arċisqof iffirma wkoll il-kartolina kbira li ħejjew il-pri­ġunieri u li ngħatat fl-Istrina flimkien ma’ għotja ta’ flus li nġabret mill-priġunieri u mill-uffiċjali. 
Imbagħad l-Arċisqof żar il-kappella tal-ħabs, akkumpanjat minn Jackson’s Pipe Band, fejn sab ammont kbir ta’ pri­ġunieri jistennewh. 
Patri Franco ta messaġġ ta’ merħba u apprezzament u introduċa d-drama li kienu se jippreżentaw il-priġunieri infushom bl-isem ta’ “Min? Jien?”. Din inkitbet u nħadmet mill-priġunieri nfushom u tinkludi messaġġ qawwi ta’ kif persuna, għalkemm tkun il-ħabs, xorta waħda għandha tingħata ċ-ċans li terġa’ tirnex­xi fis-soċjetà għax il-bidla hi possibbli għal kulħadd. Din is-silta qajmet ħafna kommozzjoni fl-Arċisqof, tant li waqt li ġie mistieden biex jit­kellem kien jidher bi tbissima iżda fl-istess ħin kellu d-dmugħ nieżel ma’ wiċċu.
Fi kliemu spjega li kulħadd għandu bżonn ta’ konverżjoni u d-differenza bejnu u bejn il-ħabsin hi li hu jitlob maħfra f’qalbu u fih innifsu, filwaqt li għall-priġunieri huma jridu jieħ­du dan iċ-ċans f’kuntest ta’ soċjetà li mhux dejjem tagħraf id-dinjità tagħhom, f’kuntest li mhux dejjem ikun favur li jagħmlu din il-mixja ta’ konverżjoni.
Talab li Alla jidħol f’qalb kulħadd, dawk ġewwa u anke dawk barra l-ħabs biex ikollna l-paċi f’qalbna. 
Barra minn hekk talab li l-atmosfera tal-ħabs tkun waħda li tgħinhom biex iż-żmien li jqattgħu hemm ġew ma jkunx moħli.
Ma naqasx ukoll li jsemmi li Ġesù nnifsu daħal il-ħabs. L-Arċisqof qal li Ġesù ried jagħ­mel it-triq kollha għalihom u meta sar bniedem ma għex ħajja normali u daqs­hekk, iżda wasal sal-ħabs. U għamel dan biex il-ħabsin iħos­suh magħhom f’dan iż-żmien u jaslu għal dak li wasal għalih Ġesù.
Wara dawn il-kelmiet min-naħa tal-Arċisqof, il-priġunieri telgħu jkellmuh u jawgurawlu. Iż-żjara kompliet lejn kappella oħra fil-faċilità fejn jil­taqgħu tliet diviżjonijiet oħ­rajn għat-talb. 
Hemmhekk sa­ret ċeleb­razzjoni u l-Arċisqof iltaqa’ mal-priġunieri wkoll. Barra minn hekk, l-Arċisqof żar ukoll is-sezzjonijiet tan-nisa u taż-żagħżagħ u għalaq iż-żjara tiegħu b’laqgħa mal-uffiċjali. 
 
Inkunu ġenerużi mad-Dar tal-Providenza

Resqin lejn il-bidu ta’ sena ġdida u m’hemm xejn isbaħ milli nibdewha b’mod ġe­ne­ruż billi ngħinu lid-Dar tal-Provi­denza li b’ħidma mill-aktar professjonali u mimlija b’ris­pett u b’imħabba tgħin lill-persuni b’diżabilità.
Fl-ewwel ġurnata tas-sena 2012, jiġifieri nhar il-Ħadd li ġej, id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi se tkun miftuħa għall-pubbliku waqt ‘open day’ li se ssir f’dan l-istess kum­­pless. Hi opportunità taj­ba biex il-poplu Malti jara x-xogħol siewi li jsir f’din id-dar u mar-residenti li jgħixu fiha.
Għal dawn l-aħħar 15-il sena Radju RTK ħa ħsieb li bl-għajnuna tal-APS Bank jorganizza din l-‘open day’ fejn ikun hemm maratona ta’ kant, żfin u maġija taħt it-tinda li tiġi armata apposta għal din l-okkażjoni fil-parkeġġ tal-kumpless. Matul din l-‘open day’ jagħtu sehemhom aktar minn 600 vo­lon­tier. 

Bzonn ta' madwar €10,000 kuljum
l-orizzont tkellem mal-organizzaturi ta’ din l-‘open day’ fejn spjegawlna li din id-dar tiġi bżonn madwar €10,000 kuljum biex tieħu ħsieb li l-mitt resident f’din id-dar jingħataw l-attenzjoni u l-kura kollha meħtieġa biex jgħixu ħajja dinjituża u kemm jista’ jkun mill-aktar indipendenti. 
Sfortunatament, is-sena l-oħra d-Dar tal-Providenza spiċ­ċat b’defiċit ta’ €100,000 u għaldaqstant ikun għaqli li tingħata iżjed għajnuna ħalli din id-dar tkun tista’ tkompli bix-xogħol importanti li ilha twettaq.

Progetti ppjanati ghas-sena d-diehla
L-organizzaturi qalulna wkoll li għas-sena d-dieħla hu ppjanat li jinbnew ‘swimming pool’ terapewtiku għar-residenti, bandli, ‘multi sensory room’ u trid tinbidel magna tal-ħasil. Barra minn hekk, se tinfetaħ ukoll it-tieni dar fil-komunità. Wara Dar Żerniq fis-Siġġiewi, issa mistennija tin­fetaħ ukoll dar oħra fil-Qaw­ra li se tkun tospita fiha ħames residenti.
Għaldaqstant, se tkun opportunità tajba għal min jattendi biex jara fejn se jsiru dawn il-proġetti. Fil-fatt, se jkun hemm anke gwidi li jdawru lil dawk preżenti mal-kumpless.

Aktar dwar l-'open day'
L-‘open day’ tibda fid-9.00 a.m. ta’ nhar il-Ħadd, 1 ta’ Jannar permezz ta’ quddiesa li tixxandar ‘live’ mill-kappella tal-kumpless u li se titmexxa mid-Direttur tad-dar, Fr Martin Micallef.
Imbagħad mill-10.00 a.m. ’il quddiem isir spettaklu ‘live’ ta’ kant u żfin minn fost l-aqwa talenti f’paj­jiżna. Fosthom jieħdu sehem Freddie Portelli, Klinsman, Claudette Pace, J Anvil, Claudia Faniello, il-Hooligan, Fr Karm Debattista, Benny u Tonia u l-Greenfields.
Barra minn hekk, se jattendu għal din l-‘open day’ persuni distinti bħall-Arċisqof Pawlu Cremona, l-Isqof t’Għaw­dex Mario Grech u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mer­cieca. Barra dawn se jattendu wkoll il-President ta’ Mal­ta, George Abela, il-Prim Ministru, Lawrence Gonzi u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat. 
Fl-‘auditorium’ tad-dar se jkun hemm ukoll irkant li se jkun jinkludi bosta xogħlijiet ta’ pittura minn artisti magħ­rufin Maltin.
Biex tiġi evitata konġestjoni tat-traffiku, se jkun hemm ser­vizz ta’ Park & Ride mill-Pjazza tas-Siġġiewi u mit-Triq ta’ San Niklaw (il-mitjar l-antik) dirett għad-Dar tal-Providenza u lura.

Donazzjonijiet
Għal dawk li ma jistgħux jattendu personalment, l-‘open day’ li se tagħlaq wara nofsillejl, se tiġi trażmessa ‘live’ fuq l-istazzjonijiet televiżivi. 
Donazzjonijiet jistgħu jsiru fl-istess Dar tal-Providenza, fl-istudios ta’ RTK il-Blata l-Bajda, fuq www.rtk.org.mt, fuq in-netwerk soċjali Facebook permezz ta’ RTK 4 Charity jew permezz tat-telefon.
Għal donazzjonijiet ta’ €10 ċempel fuq 51602012, għal donazzjoni ta’ €15 ċempel fuq 51702013, u min jixtieq jagħti €25 jista’ jċempel fuq 51802014. Min jixtieq jagħti l-kontri­but tiegħu permezz ta’ SMS jista’ jagħti €7 billi jibgħat messaġġ fuq 50618922.

Messagg
Id-Dar tal-Providenza tgħix fuq id-donazzjonijiet tagħ­kom. Għinuha!
 

Tuesday, December 27, 2011

Kif ikun il-Milied fil-ħabs u x’iħossu l-priġunieri f’dawn iż-żminijiet tas-sena?



L-ispirtu tal-Milied fil-ħabs għadu ħaj
Lil hinn mit-tlellix u mit-tiżjin fit-toroq, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin il-Mi­lied huwa wieħed differenti u li jġib miegħu ħafna ħsibijiet u rif­lessjoni fost dawk li b’xi mod żbaljaw u qegħdin ipattu għal dak li għamlu. Minkejja dan, l-ispirtu tal-Milied jinżamm ħaj minn nies bħall-Kappillan tal-Ħabs, Patri Franco Fenech Fran­ġiskan Kapuċċin, li dejjem jipp­rova jisma’ lill-ħabsin u x-xew­qat tagħhom u jaħdem biex ikisser il-ħajt kbir li hemm bejn id-dinja ta’ hemm ġew u barra.
l-orizzont tkellem ma’ Patri Franco biex naraw x’jiġri fi żmien il-Milied fil-ħabs u kif iħossuhom il-priġunieri f’dan iż-żmien tas-sena. Din is-sena dan il-patri, b’kollaborazzjoni mal-Maġġur Charles Cachia, ħej­ja programm varjat li beda fis-17 ta’ Diċembru. Fost l-oħrajn kien jinkludi kunċert mużiko-let­terarju, drama, kant, tħejjija għall-funzjonijiet reliġjużi u pre­parazzjoni ta’ ikel u ħlewwiet bl-għajnuna ta’ Suor Adele Baldacchino, soru tal-Karità li għal dawn l-aħħar 20 sena ma naqset qatt li tkun preżenti u tagħti sehemha fil-ħabs. Ħafna minn dawn l-attivitajiet tħejjew mill-priġunieri nfushom.
Meta tkellimna ma’ Patri Fran­co, hu qalilna li waqt is-serata nqraw xi ħsibijiet ta’ wħud mill-ħabsin, li esprimew x’inhi d-differenza tal-Milied meta tkun il-ħabs u għalhekk illum qegħdin inwassluhomkom. Barra minn hekk, ġabrilna wkoll kummenti oħrajn minn diversi priġunieri li wkoll taw il-ħsibijiet tagħhom f’dawn iż-żminijiet.

Michael Micallef - ufficjal tal-habs u eks-stampatur
Micallef ta ħarsa lejn meta kien jaħdem mal-gazzetta u spje­ga li fil-ġurnata tal-Milied u l-għada ma kinitx toħroġ il-gaz­zetta, bħalma ma toħroġx ukoll fil-Ġimgħa l-Kbira. Għaldaqs­tant, fil-gazzetta tal-24 ta’ Di­ċembru kienu jidhru tliet skedi tat-televiżjoni u l-aħbarijiet kie­nu jiġu ppubblikati jumejn wara. Semma wkoll il-preparazz­joni ta’ supplimenti tal-Milied u anke kalendarji, djarji u kartolini.
Irrefera wkoll għall-qalba importanti li saret minn 30 sena ilu ’l hawn minn meta daħal il-kompjuter u x-xogħol sar aktar faċli biex tibdel u tirranġa. Fil-fatt qal li din kienet “differenza enormi minn dik ta’ żmieni, fejn żball fiċ-ċomb kien jista’ jis­wilek li trid iżżarma paġna sħi­ħa”.

Charles Bonnici - Maggur tal-habs
Tkellem ukoll Charles Bonnici li hu maġġur fil-ħabs u ta ħar­sa lejn meta kien għadu żgħir f’familja ta’ ħaddiema u flimkien mal-familja tiegħu kien jogħxa jarma għall-Milied. Kien il-kbir fost ħutu u allura kien iħossu responsabbli li jrid jarma hu. Semma s-sagrifiċċju li kienu jagħmlu l-ġenituri tiegħu biex jixtrulhom, lilu u lil ħutu, tibdila biex imorru għall-festin tal-iskola. Ma naqasx ukoll li jsemmi l-presepju li kienu jingħataw mis-soċjetà tal-Museum u kemm kien jgħożż il-bambin tal-fosfru, tant li kien anke jraqqdu mie­għu. Kiber u beda joħroġ u aktar sar jistenna lejliet l-Ewwel tas-Sena milli l-Milied.
Meta daħal jaħdem il-ħabs fl-1989, kien hemm biss mas-70 priġunier. Kien ġie mwissi li fi żmien il-Milied ikun hemm tensjoni akbar u għalhekk kellu joq­għod aktar attent kif jitkellem u jaġixxi. Tiżjin kien isir mill-inqas, l-aktar meta kien imur l-Isqof u ġieli l-President.
Kien iħoss li l-Milied li kien jiftakar meta kien tfajjel kien qisu spiċċa u miet għal kollox. Għalhekk iddeċieda li jibda jie­ħu l-inizjattiva li jagħmel xi ħaġa. Dan minkejja li sħabu għaj­ruh miġnun u wissewh li se jqajjem l-inkwiet. Beda jżejjen b’xi ftit karti kkuluriti u llum baqa’ jikber dan l-ispirtu.
Fl-aħħar tal-ħsieb tiegħu l-Maġ­ġur appella biex ħadd ma jħalli li jibred l-ispirtu tal-Milied u ħeġġeġ biex dejjem niftakru li “elfejn sena ilu, inxtegħlet ħuġ­ġieġa li żgur mhux se nkun jien li ngħin biex tintefa”.

Roderick Brincat - eks-drogat fil-habs
B’differenza minn dak li jfis­ser il-Milied għall-Maġġur, għal Brincat il-Milied kien biss stennija biex jaqla’ r-rigali u forsi xi flus mingħand qrabatu biex ikun jista’ jieħu d-droga.
Iħoss li ħafna drabi l-Milied nistennewh biex naqilgħu r-rigali u din it-tentazzjoni kbira tal-istennija materjali tilgħab logħba kbira.
Jiftakar meta kien żgħir u l-bewsa t’ommu fil-Milied kienet tkun waħda speċjali u li ma nsiha qatt. Għalkemm id-droga rikbitu u ħakmitu kollu kemm hu, xorta kien jieħu gost jara lin-nies kuntenti fil-Milied.
Kien jiddejjaq jipprepara għall-Milied u li jara lil ħaddieħor kuntent kienet taqsamlu qalbu. Kien jgħir għal dawk li ma kinux mirkubin mill-vizzju tad-droga.
Għalkemm il-kuxjenza kienet tniggżu meta kien jara t-tfal ferħanin ma’ familthom, hu kien iħoss li qatt ma jista’ jħoss dak l-ispirtu ta’ għaqda.
Minkejja l-effett qawwi tad-droga xorta kien jinnota l-ferħ fuq in-nies l-oħra. Iżda hu ħinu kien iqattgħu jipprova jsib minn fejn se jixtri d-droga bil-flus li jkun qala’.
Illum il-ġurnata jħoss li famil­tu tista’ torqod b’moħħha mistrieħ għax jinsab fil-ħabs u m’hemmx iċ-ċans li jkiddhom bl-aħbar ta’ mewtu. Barra minn hekk, jittama li l-esperjenza tiegħu fil-ħabs tgħinu jibdel il-mod kif iħares lejn il-Milied.

Jose' Gauci - negozjant fil-habs
Minn lenti differenti, Gauci rrefera għall-mod kif iħares lejn dawn il-festi bniedem li jkun imdaħħal fin-negozju, fl-industrija jew inkella li jħaddem in-nies.
Għalih kien żmien li jqabbel kif ikun sejjer in-negozju mas-snin ta’ qabel. Kien ukoll iċ-ċans meta jiltaqa’ mal-ħaddiema għall-ikliet tal-Milied u jgħidilhom kif ikunu marru matul is-sena biex iġiegħlhom iħossu­hom parti minn dak li jsir.
Spjega li mhux kulħadd jifhem kif iħarsu lejn dawn il-festi l-ħaddiema u min iħaddimhom. Għall-ħaddiem, il-festi huma ġranet ta’ tgawdija mal-familja, filwaqt li għal min iħaddem jistgħu jkunu ġranet ta’ ħsieb kif jista’ jtejjeb in-negozju. Iżda l-Milied hu wkoll ok­każjoni għan-negozjant biex iqat­ta’ ġurnata sħiħa mal-familja u għalhekk jipprova jagħmel din il-ġurnata waħda importanti.
Qal li fix-xogħol kulħadd hu importanti. Il-ħaddiem jinsisti għall-familja tiegħu u l-istess jagħ­mel min iħaddmu. Għalhekk it-tnejn huma vitali għal xulxin.
Awgura li kull ħaddiem jifhem li min iħaddmu qed joffrilu servizz u li min iħaddem ma jinsiex li l-ħaddiema huma l-aqwa għodda li wieħed jista’ jkollu.

Sandro Schembri Adami - eks-politiku fil-habs
Fi żmien il-Milied il-politiċi ħafna drabi jkollhom diversi im­penji. Hu żmien fejn juru rikonoxximent lejn il-kostitwenti tagħhom u anke jżuru istituzzjonijiet, sptarijiet u kunventi fejn jieħdu ħsieb it-tfal orfni. Barra minn hekk, jattendu għal diversi festini li l-każini tal-ba­ned, tal-politika taż-żewġ partiti, l-ispeaker tal-Parlament u l-President jorganizzaw. Ġieli anke tliet festini f’lejla. Hekk spjega Scembri Adami, hekk kif qal ukoll li barra minn hekk kien imur personalment jagħti l-awguri minn bieb għall-ieħor lin-nies.
Minkejja dan, staqsa liema Milied huwa l-aħjar, jekk hux dak fil-ħabs fejn jista’ jsib lil Kristu jitwieled fih jew inkella dak li kien iqatta’ jdur u jidher sabiħ man-nies. Awgura wkoll li dan ikun l-aħjar Milied għalih minkejja li fil-ħabs.

Walid Mohammed Ibrahim - Musulman fil-habs
Ibrahim spjega li ilu hawn Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin. Dan it-tieni Milied tiegħu fil-ħabs. Għalihom il-Musulma­ni, Ġesù huwa l-profeta, l-istess bħal Mohammed.
Meta ma kienx il-ħabs, flimkien ma’ sħabu l-Musulmani u anke xi Maltin ħbieb tagħhom kienu jgawdu l-Milied fil-ħruġ u d-divertiment, iżda b’mod spi­ritwali ma kien ifisser xejn.
Fl-Eġittu, fejn kien jgħix, il-Milied mhix festa bħal hawn Malta. Minkejja dan, meta kie­nu tfal kienu jiċċelebraw bil-mod tagħhom. Kienu jiltaqgħu mat-tfal l-oħra u kienu jilagħbu flimkien. Kienet ukoll tradizzjoni għalihom li jpinġu l-bajd tal-ikel. Jiżbgħu l-qoxra u kompe­tizzjoni ta’ min se juża l-aktar im­maġinazzjoni fid-disinni u l-kuluri.
Hu jħoss li l-Milied hi festa kbira. Għalihom Ġesù hu profeta li jilgħab parti importanti fil-pjan tas-salvazzjoni t’Alla għall-bniedem.
Awgura Milied tajjeb lil kulħadd u wera t-tama li l-ispirtu ta’ ferħ jirrenja bejn il-gruppi varji u t-twemmin differenti li jeżistu madwar id-dinja kollha.

Michael Diala - barrani fil-habs
Minkejja li huwa min-Niġerja, Diala jħoss li ċ-ċelebrazzjoni tal-Milied hi simili għal Malta.
Fin-Niġerja tingħata atten­zjoni kbira lill-quddiesa ta’ nofsillejl u ħafna nies jattendu għaliha. Wara jiltaqgħu fil-pjazza, fejn ikun hemm atmosfera ta’ festa. Ikun hemm il-mużika u ż-żgħażagħ anke jiżfnu. Barra minn hekk, ikun hemm ħafna nies li jieħdu l-opportunità li jitkellmu dwar Kristu u l-miġja tiegħu.
Ikun lejl fejn kulħadd jinsa l-problemi u d-differenzi ta’ bej­niethom.
Diala spjega wkoll li fejn joq­għod hu ħafna familji jkunu kompluti għax dawk li jaħdmu ’l bogħod mill-pajjiż jirritornaw għall-vaganzi. Jirritornaw anke dawk li jagħżlu li jibnu familja ’l bogħod mir-raħal tagħhom. Tkun okkażjoni fejn in-nanniet jerġgħu jaraw lin-neputijiet għall-unika darba matul is-sena. L-ispejjeż u d-distanzi jagħmluha diffiċli li jaraw lil xulxin aktar spiss.
Fil-ġurnata tal-Milied, dawk li ma jkunux marru bil-lejl jibdew il-ġurnata bil-quddies. Għall-quddies tattendi l-familja kollha.
B’differenza minn Malta, il-platt tradizzjonali fin-Niġerja mhuwiex id-dundjan. Dawk il-familji li jirnexxilhom joqtlu tiġieġa jew mogħża iqisu lilhom infushom iffortunati. L-aktar komuni hu platt ross b’dak li hu magħruf bħala “Nyam”, tip ta’ patata li tikkumplimenta tajjeb.
Barra minn hekk, peress li l-Milied jgħaqqad lill-familji għal darba f’sena, ħafna jagħżlu li jorganizzaw it-tieġ jew inkella l-magħmudija ta’ wliedhom.

Habs aghar milli vera hu
Fil-preżent, il-priġunieri qegħ­din iħossu li qegħdin f’ħabs agħar minn dak li realment hu. L-istejjer negattivi li joħorġu fil-midja jagħmlu l-ħabs agħar milli fil-fatt hu. Dawn l-istejjer ne­gattivi jweġġgħu ħafna lill-istess priġunieri u jkomplu jtaqqlu ż-żmien diffiċli li jkunu għaddej­jin minnu.
Fil-fatt priġunier milli tawna kumment qal li “s-soċjetà qiegħda tbeżżagħni! Il-mod negattiv kif tħares lejna jagħmilha diffiċli għalina. Kważi nippreferi nibqa’ hawn. Jekk jien żbaljajt u tiegħi qed jidher, u ta’ ħaddie­ħor le, għaliex għandi nkun ittrattat hekk?”
Ma’ dan kompla priġunier ieħor li qal li “l-maġġuri u l-uf­fiċjali għandhom rispett lejna. Ovvja, kif timxi magħhom jim­xu miegħek. Imma dan in-negat­tiviżmu kollu fuq il-ħabs iweġġa’ lilna u lilhom. Iweġġa’ wkoll lill-familji tagħna u tagħhom. Dawk li qegħdin joffru s-sehem tagħhom biex jgħinuna qegħdin jiskoraġġuhom bil-kummen­ti negattivi. Huma qegħdin iku­nu deskritti bħala falliment f’xogħolhom, meta dawn fil-fatt jagħmlu l-almu tagħhom, tal-in­qas ħafna minnhom. Anke għalina l-priġunieri hu reklam ħa­żin. Qisu aħna qatt ma nis­tgħu nirriformaw. L-isbaħ rigal għali­na hu li verament tħobbuna kif irid Alla li twieled għalina, bit-tajjeb u l-ħażin tagħna.”
Fuq nota differenti, priġunier ieħor ikkummenta li “ħadd ma jista’ jiċħad li dan hu żmien diffiċli. Mhux faċli li nhar il-Milied ma tistax tgħaddih mal-familja.”
Kien hemm ukoll priġunier ieħor li qal li “jien għalija l-ħabs din is-sena hu akbar. Se ntemm is-sentenza tiegħi f’Jannar, imma ftit tal-ġimgħat ilu tlift lil ommi, l-unika persuna li kelli f’ħajti.”

Kontribuzzjoni mill-habsin
Minbarra l-kunċert li ttella’ kien hemm ukoll attività oħra, fejn il-priġunieri ħadu sehem fil-purċissjoni tal-bambin. Dan ġie mgħolli fuq spallejn il-pri­ġunieri waqt li kienu akkum­panjati mill-banda tal-Iscouts ta’ Ħ’Attard.
Wara dan ġiet iffirmata kartolina enormi li se tiġi ppreżentata fiċ-ċelebrazzjoni tal-Istrina flimkien mal-kontribuzzjoni li se jagħ­tu l-ħabsin!
melvindelsol@hotmail.com

....

Tuesday, December 13, 2011

Kemm hi kbira l-problema tal-faqar u kemm qiegħda tkun miġġielda bis-serjetà?

Il-faqar hu r-riżultat tal-inġustizzji u m’għandna qatt naċċettawh
Il-faqar globali hu ta’ toqol enormi – l-istatistika biss għand­ha tallarma l-umanità kollha kemm hi għax jien inħoss li kull wieħed u waħda min­na, b’xi mod jew ieħor, iġorr ir-responsabbiltà li jagħ­mel li jista’ biex din il-pjaga tittaffa jekk ma titfejjaqx għal kollox. Bil-kelma faqar infissru mhux biss nuqqas ta’ dħul finanzjarju imma wkoll analfa­betiżmu, mard, inugwaljanza u ġuħ li jiġi mill-faqar. 
Hekk beda biex jgħidli l-E.T. il-President ta’ Malta, Dr George Abela, li minkejja l-ħafna impenji li jkollu f’dawn iż-żminijiet tas-sena xorta aċċetta li jitkellem miegħi dwar din il-proble­ma hekk kbira li għandna fid-dinja. 
Il-President spjegali li kważi nofs il-popolazzjoni tad-dinja tgħix fuq inqas minn $2.50 kul­jum filwaqt li 80% tgħix fuq inqas minn $10 kuljum. L-ifqar 40% tal-popolazzjoni dinjija għand­ha dħul ta’ 5% tad-dħul globali filwaqt li l-aktar 20% sin­jura tgawdi 75% tad-dħul globa­li. Dan ifisser li l-ġid planetari hu mqassam b’mod inġust. Ħafna mid-dħul ekonomiku hu ri­żultat tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-pjaneta u dan hu patrimonju tal-umanità kollha. Minkejja dan, mhux kulħadd igawdi minnu l-istess u min jiflaħ l-iżjed, jaħtaf l-aktar.
George Abela spjega wkoll li l-faqar iġib il-miżerja, il-ġuħ u l-mewt. Skont il-UNICEF, 22,000 tifel jew tifla jmutu kuljum min­ħabba l-faqar. Dawn l-imsejknin imutu f’xi villaġġ mill-ifqar tad-dinja bla ma jurihom ħadd fl-aħbarijiet, ’il bogħod minn għaj­nejna u mill-kuxjenza tagħna. Huma mwiet inviżibbli bħalli­kieku l-bnedmin kienu dubbien. Il-kawżi ta’ mewthom huma l-faqar, il-ġuħ, mard li jista’ jitfejjaq faċilment u kawżi oħrajn mar­butin ma’ dawn. Madwar 27-28% tat-tfal f’pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw huma taħt il-piż normali minħabba malnutrizzjoni. Dan hu l-aktar komuni fl-Asja t’Isfel u l-Afrika taħt is-Sahara.
Dwar dan il-President iħossu ddiżapuntat li minkejja li din il-katastrofi tiġri kuljum, rari naraw l-aħbar fil-mezzi tal-komuni­kazzjoni. Qisha l-enormità ta’ din it-tbatija tremenda ta’ tant bnedmin indrat u m’għadhiex denja biex tieħu l-ħin jew post fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni. Vera li mhux divertenti li tara stampa ta’ xi tifel magħkus bil-ġuħ u bil-mard filwaqt li jieħu l-aħħar nifs ta’ ħajtu, iżda skont il-President “dan għandu l-istess dritt għall-istess dinjità u li jgħix daqs xi ċermen ta’ kumpanija multinazzjonali jew xi president ta’ xi pajjiż. Wieħed ma jistax jib­qa’ indifferenti f’sitwazzjoni bħal din”.

Il-faqar f'Malta
Rigward pajjiżna, Abela qal li l-faqar jeżisti anke f’pajjiżi żvi­luppati, bħal Malta. Ma jħossx li hu faqar li jasal għall-estremitajiet li semmejna qabel iżda hu faqar relattiv li wkoll għandu jiġ­bed l-attenzjoni tagħna. Iħoss li f’pajjiżna teżisti xibka, li sa ċertu livell, tipproteġi mill-faqar estrem. Dawn huma s-servizzi soċjali.
F’pajjiżna jeżisti l-faqar u skont statistika uffiċjali tal-Uf­fiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2009, f’Malta għandna 15% tal-popolazzjoni, jiġifieri ’l fuq minn 61,000 persuna, li jinsabu f’riskju ta’ faqar. Dan ifisser li għandhom dħul inqas minn 60% tad-dħul medju. Il-President jifhem it-terminu “riskju ta’ faqar” bħal li huma fqar, tal-inqas skont il-kriterji li wieħed jadotta fiċ-ċirkostanzi tal-lum. 
L-aktar kategoriji li jinsabu fil-faqar huma l-anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena (19%) u l-minorenni taħt is-17-il sena (20.7%). 15% hi perċentwali għolja u wie­ħed irid jara r-raġunijiet għaliex daqstant Maltin u Għawdxin waqgħu lura fil-kundizzjoni soċjali tagħhom. Hu ta’ tħassib il-fatt li l-faqar jinsab ukoll ikkonċentrat l-iżjed f’ċerti żoni tal-gżej­jer tagħna li huma wkoll milqutin minn problemi li għand­hom x’jaqsmu ma’ nuq­qas ta’ parteċipazzjoni fis-sistema edukattiva. Abela qal ukoll li jista’ jkun ukoll li mindu nħadmet l-istatistika, il-faqar kompla żdied, iżda wieħed irid jistenna li tiġi ppubblikata statistika ġdida.

Aktar minn 400 familja bla dawl

Fattur ieħor li hu ta’ tħassib kbir hu l-fatt li hawn iżjed minn 400 familja li m’għandhomx elettriku f’darhom. Skont Geor­ge Abela, wieħed irid jara għa­liex dawn il-familji jinsabu bla dawl għax jista’ jkun hemm diversi raġunijiet. Jekk jiġi kkonfermat li xi familja nqatagħlha s-servizz tal-elettriku meta hi ma tinsabx f’qagħda li tħallas mhux minħabba traskuraġni, użu bla qies tal-elettriku jew min­ħabba użu mhux xieraq tad-dħul finanzjarju tagħha, allura wieħed għandu jagħmel minn kollox li ħadd ma jiġi mċaħħad minn servizz essenzjali bħal dan. 
Irrefera għall-iskema li teżisti, fejn isir arranġament ħalli kon­tijiet mhux imħallsin jitħallsu gradwalment. Iżda jekk lanqas dan ma jkun possibbli u l-każ ikun wieħed ġenwin, allura hu jaħseb li trid tinstab soluzzjoni inqas drastika mill-qtugħ tas-ser­vizz. Iħoss ukoll li fis-soċjetà tagħna, mhux possibbli li wie­ħed jgħix ħajja diċenti mingħajr elettriku.

Ħidma kontra l-faqar
X’qed isir kontra l-faqar? Il-Pre­sident spjega li jeżistu tmien miri msejħin il-Millenium Development Goals li 193 pajjiż membru tal-Ġnus Magħquda flim­kien ma’ għadd ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali qab­lu li jilħqu sas-sena 2015. Dawn it-tmien għanijiet huma t-tmiem tal-faqar u l-ġuħ; l-edukazzjoni universali; l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; is-saħħa tat-tfal; is-saħħa tal-ommijiet, speċjalment waqt il-ħlas; il-ġlie­da kontra l-HIV/AIDS; is-sostenibilità ambjentali u s-sħubija globali.
Qabel il-kriżi ekonomika, il-faqar kien qed jonqos kważi fir-reġjuni kollha tad-dinja. Il-kriżi globali naqqset ir-rittmu tal-prog­ress imma hu ttamat li xorta waħda jibqa’ jkun hemm tnaq­qis fil-faqar. Inkwetanti l-fatt li l-problemi ekonomiċi ġabu deterjorazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-qgħad żgur li jżid il-possibilità tal-faqar fost il-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Fil-każ tal-Ewropa, aktar minn għaxar snin ilu, il-mex­xejja Ewropej wegħdu li bħala mira tal-pjan ta’ tkabbir u ħol­qien tax-xogħol – ’l hekk imsej­ħa Strateġija ta’ Liżbona – jelimi­naw il-faqar sas-sena 2010. Dan ma seħħx. L-2010 kienet is-Sena Ewropea għall-Ġlied Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali maħ­suba biex isservi ħalli żżomm ħajja l-ġlieda kontra l-faqar sa­kemm tintlaħaq il-mira mixtie­qa. Saru kampanji biex joħolqu kuxjenza fil-pajjiżi tal-UE dwar il-problema. 
Fuq livell Ewropew, il-metodi u strateġiji kif wieħed jiġġieled kontra l-faqar huma mħallijin f’idejn l-Istati Mmembri individwalment. Li tipprova tagħ­mel l-UE hu li tipprova tiġġene­ra aktar kuxjenza, tagħrif u skambju ta’ strateġiji u esperjen­zi bejn l-Istati Membri tagħha dwar kif tista’ tiġi ffaċċjata l-problema tal-faqar.

Il-kriżi tal-ewro
Il-kriżi ekonomika u finanzjarja li laqtet l-Ewropa ma kellhiex l-effett li jonqos il-faqar imma li jiżdied. Il-President qal li dwar kemm l-Ewropa tista’ tgħin biex jonqos il-faqar fuq li­vell globali, aktarx li l-problemi ta’ ħafna Stati Membri mhux se jħallu li l-għajnuna lill-pajjiżi ekstra-komunitarji tkun għolja fil-lista ta’ prijoritajiet. Il-problemi finanzjarji huma riżultat ta’ deċiżjonijiet politiċi li ttieħdu mingħajr wisq ma ngħata kas tal-konsegwenzi inevitabbli meta jsir infiq mhux sostenibbli mill-Istati. L-effetti ta’ deċiżjo­nijiet żbaljati ma jiġux solvuti mingħajr uġigħ. Qalilna wkoll li għad irridu naraw x’soluzz­jonijiet se jinstabu biex jiġi salvat u msaħħaħ l-Ewro.
Irridu naraw kif miżuri ġodda li qegħdin jittieħdu u jistgħu jittieħdu fil-futur fl-Istati taż-Żona Ewro, x’effett jista’ jkollhom fuq id-dħul tal-familji u jistax ukoll jaffettwa l-livell ta’ faqar.

Il-President u l-faqar
Min-naħa tiegħu l-President iħoss li min jinsab fil-bżonn għandu jkun għal qalb kulħadd. L-umanità hi waħda, indi­vi­żibbli, u kull membru tagħha hu importanti għall-kollettività li jonqsilha xi ħaġa meta jbati xi membru tagħha. Kull bniedem għandu valur inestimabbli. Biex ifiehem aħjar dan il-kunċett il-President uża l-kitba tal-poeta Ingliż John Donne li kien kiteb: “no man is an island, entire of itself… any man’s death dimini­shes me, because I am involved in mankind; and therefore ne­ver send to know for whom the bell tolls; it tolls for thee.”
Hu bħala President m’għan­dux fil-prattika poteri eżekuttivi u ma jiddisponix mill-mezzi ma­terjali biex inaqqas il-faqar. Iżda jista’ jsemma’ leħnu fejn hemm bżonn biex ifisser xi jħoss hu u xi jħoss il-poplu dwar il-problema tal-faqar. Il-President għan­du biss awtorità morali li hi msaħħa bir-rispett li jgawdi fil-pajjiż.
Il-President ta’ Malta jippresiedi l-Malta Community Chest Fund li jippermettilu li jqassam għajnuna lil min jistħoqq skont il-fondi disponibbli. Tingħata as­sistenza materjali taħt forma ta’ oġġetti essenzjali, għajnuna finanzjarja lill-morda u lill-familji tagħhom li jkunu se jsiefru għall-kura, għajnuna lill-istituzz­jonijiet ta’ benefiċjenza. Il-President qal ukoll li huma ttrasformaw ukoll il-kunċett ta’ għaj­­nuna li jagħti l-MCCF u l-assistenza mhux dejjem tingħata f’forma finanzjarja imma wkoll b’mod li jgħallem kif wie­ħed jgħin lilu nnifsu permezz ta’ ‘self-development’. Qiegħed iħaddem anke ‘social worker’ għal dan il-għan. Iffinanzjaw ukoll studju dwar il-faqar li sar mill-Università flimkien mal-Ca­ritas u dan irriżulta f’diversi suġ­ġerimenti prattiċi. Eżempju se ssir fi ftit żmien ieħor kampanja ta’ edukazzjoni dwar kif wieħed jista’ jidentifika aħjar x’inhuma l-prijoritajiet tal-familja biex id-dħul finanzjarju jintefaq bl-aktar mod produċenti. Din ukoll hi forma ta’ għajnuna għax għandha l-mira li tgħallem kif wieħed jistad, aktar milli tin­għatalu ħuta għal darba.

Niġġieldu l-faqar
Skont il-President, is-servizzi soċjali li għandna diġà joffru ċer­tu livell ta’ protezzjoni kontra l-faqar. Iżda qatt mhu biżżejjed. Irridu naraw kif naċċertaw ruħna li l-mezzi limitati li għandna jintużaw fejn hemm l-aktar bżonn. Jeħtieġ ukoll li s-servizzi soċjali ma jiġux abbużati. Kull min jista’ jaħdem u jipproduċi għandu jiġi inkoraġġit li jagħ­mel dan u ma jistrieħx fuq is-servizzi soċjali. 
Naturalment, irridu nkomplu nkabbru l-eko­­nomija biex ikun hawn aktar opportunitajiet ta’ xogħol għal kulħadd. Kull individwu jrid jiġi mħeġġeġ biex jiżviluppa lilu nnifsu ħalli jkun jista’ jikseb livell ta’ ħajja aħjar u jikkontribwixxi lejn is-soċjetà. Il-President qal ukoll li għandna naraw għaliex iż-żgħażagħ mhux kollha qegħdin jieħdu vantaġġ mis-sistema edukattiva tagħna li skont hu toffri faċilità biżżejjed biex kulħadd jipparteċipa fiha sal-ogħla livell. Anke persuni b’diżabilità għandhom jiġu mħarrġin u inkoraġġiti biex jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol – hemm ħafna minnhom li diġà jagħmlu dan u l-ġid li joħroġ mhux biss finanzjarju imma jser­vi wkoll biex jgħollilhom id-dinjità tagħhom bħala bnedmin u membri sħaħ tal-komunità.
Abela jħoss li fejn hemm nies, li minħabba diversi raġunijiet ma jistgħux jgħinu lilhom infushom, għandna naraw li l-mezzi disponibbli jiġu użati bl-aħjar mod għall-ġid komuni u biex tkun prijorità li ħadd ma jkun imċaħħad minn livell di­ċenti ta’ għajxien.

Il-President u l-missjoni
Fil-midja qrajna u smajna li l-President se jqatta’ xi jiem fil-missjoni. Dwar dan hu qalilna li din l-idea nibtet f’moħħu żmien ilu. Qal li għandu ammirazzjoni kbira lejn il-missjunarji li jissagrifikaw ħajjithom fi spirtu ta’ altruwiżmu għall-ġid ta’ min hu fil-bżonn. Aħna l-Mal­tin tajna lid-dinja numru kbir ta’ missjunarji matul iż-żmien u ħafna jsostnu l-missjonijiet fl-Afrika u l-Amerika Latina permezz ta’ offerti finanzjarji. Dawn jintużaw biex il-missjunarji jgħinu materjalment lin-nies li jiġu fil-missjoni billi joff­ru servizzi edukattivi, mediċi u wkoll tqassim ta’ ikel. 
Il-President qal ukoll li jekk nitkellmu f’termini reliġjużi, f’kull bniedem nistgħu naraw il-figura ta’ Kristu li jbati. Waħda mill-isbaħ parabboli tal-Van­ġelu għalih hi dik tas-Sammaritan it-tajjeb. Madre Tereża ta’ Kalkutta għallmet lid-dinja aktar minn qatt qabel x’jiġifieri tagħti servizz lill-ifqar fost il-fqar.
Għalhekk l-idea tiegħu hi li jmur jara b’għajnejh ix-xogħol imprezzabbli li qed isir minn missjunarji Maltin u jittama li jkun jista’ jitkellem aħjar dwar din l-idea meta jkun il-waqt.

Ma nċedux għall-faqar
Minkejja li l-faqar ilu jeżisti minn dejjem, George Abela jħoss li dan ma jfissirx li għandna naċċettaw is-sitwazzjoni. Il-kawżi tal-faqar huma varji: kundizzjonijiet klimatiċi, gwerer, raz­ziżmu, nuqqas ta’ żvilupp eko­nomiku. L-aktar kelma li tis­ta’ tesprimi dan kollu hi l-“inġustizzja”. 
Spjega li ċerti pajjiżi fejn hemm il-faqar għandhom ri­żorsi naturali kbar li mhumiex użati għall-ġid tal-poplu imma nħatfu minn persuni fis-setgħa. Dan narawh spiss fil-kontinent Afrikan imma wkoll f’ċerti paj­jiżi avvanzati. Għalkemm id-de­mokrazija u l-istabilità politika mhumiex garanzija assoluta kon­tra l-faqar, żgur li joffru kun­dizzjonijiet aħjar biex titnaqqas kemm jista’ jkun l-inċidenza tie­għu. Il-gwerer u l-instabilità po­litika jġibu miżerja u tbatija uma­na kbira. Il-President ġab eżempju bis-Somalja, fejn għandna sitwazzjoni li konflitt li ilu sejjer ħafna snin xorob ir-riżorsi u l-enerġija kollha tal-pajjiż u flimkien man-nixfa ġab ġuħ u karestija ta’ dimensjoni devastanti.
It-teknoloġija moderna tagħ­milha possibbli li jitkabbar ikel biżżejjed għal kull persuna fid-dinja. Ħafna ikel, fil-fatt, jinħela meta hemm min qed imut bil-ġuħ. Ir-rieda politika biex jin­qered il-faqar u speċjalment il-ġuħ hi dgħajfa wisq. Il-President iħoss li kieku l-flus li jintef­qu fl-armamenti kellhom jintef­qu biex jittaffa l-faqar, is-sit­­wazzjoni kienet tkun wisq aħjar fid-dinja. Imma għadna naraw pajjiżi fqar jonfqu parti kbira mill-ġid tagħhom fuq l-armi, minflok fl-investiment ekonomiku li joħloq ix-xogħol għan-nies u fl-edukazzjoni.
M’hemmx soluzzjonijiet faċli li jaħdmu dejjem u kullimkien għall-faqar fid-dinja. Il-President hu tal-fehma li biex jinqered il-faqar irid jinħoloq or­dni mondjali ġdid. Is-sistema ekonomika dinjija għandja tipperpetwa d-differenzi kbar bejn pajjiż u ieħor u persuna u oħra. L-inġustizzja soċjali ġġib faqar anke fil-pajjiżi sinjuri. L-għonja jkomplu jistagħnew u l-foqra jkomplu jiftaqru.
Eżempju, pajjiżi li jiddependu minn prodotti agrikoli m’għandhomx kontroll fuq il-prezzijiet tas-suq internazzjonali li huma aktarx stabbiliti mill-pajjiżi sinjuri, bir-riżultat li l-pro­dutturi spiss iġibu prezzi­jiet baxxi għall-prodotti tagħ­hom filwaqt li jridu jħallsu prezzijiet għoljin għal prodotti manufatturati jew it-teknoloġija li jimportaw. 
Il-President temm din l-intervista billi qal li l-globalizzazzjoni, li ħafna kienu jaħsbu li se ttejjeb il-qagħda ta’ pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw seta’ kellha l-effett oppost. Ma jafx jekk min ħoloq il-kunċett ta’ globalizzazzjoni, tal-inqas kif ġiet ipprattikata s’issa, kellux vera r-rieda li jtejjeb il-kundizzjoni tal-pajjiżi foqra.

Awguri
Intant, il-President ta’ Malta Dr George Abela ħa l-okkażjoni biex jawgura l-festi t-tajba lill-qarrejja ta’ l-orizzont u lill-Maltin u l-Għawdxin kollha, inklużi dawk li jgħixu barra minn paj­jiżna.
melvindelsol@hotmail.com

Wednesday, November 30, 2011

X’wassal għall-kriżi finanzjarja fl-Ewropa u x’sehem għandha Malta?


Xettiċiżmu dwar kemm   l-ekonomija Maltija hi soda
Madwar id-dinja għaddejja kriżi ekonomika qaw­­wija li affettwat b’mod partikolari lill-Ewropa. Din is-sitwazzjoni qiegħda taf­fett­wa wkoll lil Malta li tinsab fl-Ew­ropa u li flimkien ma’ 17-il pajjiż ieħor tħaddem munita ko­muni għal din iż-żona.
Tkellimt ma’ Dr Alfred Sant, li hu ekonomista u eks-Prim Minis­tru ta’ Malta, biex ifehemna eżatt x’qed jiġri u x’sehem għandha Malta f’din il-problema hekk delikata.
Sant spjega li l-kriżi taż-Żona Ewro nibtet mill-mod kif inhi mibnija din iż-żona fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fejn 17-il pajjiż membru tal-Unjoni jħaddmu flim­kien l-ewro bħala munita nazz­jonali tagħhom ilkoll.
Mill-bidu nett, il-binja tal-ewro kienet difettuża bil-kbir. Għal­hekk mhix qiegħda tilqa’ għad-daqqiet finanzjarji qawwijin li neżlin fuqha. Hi binja maħ­suba bħala proġett politiku, min­għajr ma ngħata qies biżżejjed tal-konsegwenzi ekonomiċi li t-tħad­dim tal-ewro se jġib mie­għu. Biex tagħqad, il-problemi taż-Żona Ewro bdew fl-istess żmien li ħerġet fil-beraħ kriżi oħra aktar wiesgħa fit-tmexxija tal-ekono­mija dinjija. Fl-aħħar 30 sena, din saret waħda dejjem aktar magħquda u globalizzata, imfass­la fuq il-prinċipju ta’ suq wieħed, suq kapitalista. F’dan is-suq, l-aqwa interess hu li tkabbar kemm tista’ l-profitti tal-impriżi b’regoli li mad-dinja kollha, jiffa­vorixxu l-kummerċ ħieles fil-ma­terji primi, fil-prodotti u s-serviz­zi, fix-xogħol tal-ħaddiema u fil-kapital.
Minkejja dan, skont Sant il-kri­żi tal-ewro xorta kienet isseħħ kieku ma kellniex il-kriżi tad-dinja kapitalista u bl-istess mod anke l-kriżi tad-dinj kapitalista kienet isseħħ xorta li kieku ma seħħitx il-kriżi tal-ewro. Iżda li t-tnejn żviluppaw fl-istess żmien qed ikattar l-għejjun ta’ kriżi, għax xrar ta’ waħda qegħdin iti­ru fuq l-oħra u joħolqu xrar ġdid.

X'hemm hazin
Dwar x’hemm ħażin fil-mod kif inhi mibnija ż-Żona Ewro, Sant qalilna li f’art fejn qiegħda titmexxa l-istess munita, hemm ħtieġa li jittieħdu wkoll l-istess deċiżjonijiet ekonomiċi – dwar taxxi, prezzijiet, xogħol, investiment fost l-oħrajn. Jekk le, jista’ jqum diżgwit sħiħ bejn parti mill-art, fejn ngħidu aħna, gvern li għandu defiċit kbir fil-baġit tiegħu u parti oħra fejn il-Gvern qed idaħħal flus aktar milli qed jonfoq. Inkella bejn parti fejn il-prezzijiet telgħin bil-kbir u oħrajn fejn il-prezzi­jiet neżlin.
Meta tgħid li jridu jittieħdu l-istess deċiżjonijiet ekonomiċi jfisser li jrid ikollok gvern wie­ħed. Iżda l-pajjiżi Ewropej u ċ-ċit­tadini tagħhom f’maġġoranza kbira ma jridux dan, anke jekk klikek (elites) li huma influwenti u għandhom poter kbir fl-Ew­ropa ilhom jimbottaw għal għaq­da Ewropea sħiħa, bi gvern wieħed għall-Ewropa kollha.
Quddiem ir-rifjut tal-popli Ew­ro­pej li jċedu s-sovranità tagħ­hom, anke meta l-istess popli xtaqu għaqda akbar fost l-Ewropa, il-proġett tal-ewro tfassal biex idaħħal munita waħda mal-Ewropa mingħajr ma għalissa jimmina wisq is-sovranità tal-pajjiżi nazzjonali. Dan sar billi jipprova jirranġa ħalli fost il-pajjiżi membri tal-UE li jkollhom l-ewro bħala munita nazzjonali, iseħħ tqarrib fit-tmexxija ekonomika tagħhom. Qablu biex kollha jżommu mal-istess miri fid-direzzjoni finanzjarja per­mezz ta’ ftehim imsejjaħ il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
Imexxu kif imexxu l-ekono­mija tagħhom, skont dan il-patt kellhom eżempju, jiżguraw li d-defiċit fil-baġit tal-Gvern kull sena ma jogħliex aktar minn 3% tal-ekonomija tagħhom u li d-dejn nazzjonali ma jkunx akbar minn 60% tad-daqs tal-ekonomija tagħhom.
B’dan il-mod ħasbu li jistgħu jersqu lejn għaqda akbar fl-ekonomiji u l-finanzi tal-pajjiżi Ew­ropej, waqt li jevitaw id-dubji ta’ dawk li jemmnu f’ideal differenti għall-Ewropa. Sant qal li sakemm kien kollox kalm irnex­xielhom u l-ewro dehret munita qawwija. Imma intant, b’din is-sistema kien hemm ekonomiji li marru tajjeb ħafna – bħall-Ġermanja li setgħet tbiegħ dejjem aktar lil pajjiżi oħrajn fiż-Żona Ewro għax kellhom il-munita ko­muni – u kien hemm pajjiżi bħall-Greċja u l-Portugall li waqgħu lura. Biex jixtru kienu jinqalgħu, filwaqt li biex jipp­roduċu u jbigħu wisq inqas.
Din il-ħaġa setgħet tinħeba, għax l-istess pajjiżi kienu jużaw l-istess munita bħal tal-Ġermanja. Setgħu jissellfu b’rata ta’ im­għax baxxa, għax kulħadd qies li l-munita tagħhom kellha l-is­tess saħħa bħal tal-Ġermanja. Biex ikomplu jonfqu, dawn il-pajjiżi u l-gvernijiet isssellfu bil-kbir, mhux l-inqas minn banek Ġermaniżi u Franċiżi. Il-bużżieqa nfaqgħet meta nstab li ma kellhomx biex iħallsu għal dak li sselfu, jew meta riedu jissellfu flejjes ġodda ħalli jroddu lura s-self tal-imgħoddi. Din il-ħaġa rajniha tiġri fil-Greċja, fl-Irlanda, fil-Portugall u b’mod inqas qawwi iżda iżjed inkwetanti għax qed nitkellmu f’pajjiżi wisq akbar, fi Spanja u fl-Italja.
Hawn jinsab l-għerq tal-kriżi finanzjarja fl-Ewropa. Effettivament ir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir baqgħu fuq il-kar­ta. Sal-lum, il-pajjiżi kollha tal-ewro f’xi ħin jew ieħor kisruhom u għadhom jiksruhom. Malli qam l-għawġ f’uħud mill-pajjiżi tal-ewro għax ma setgħux isostnu d-dejn tagħhom, id-di­fetti fil-binja taż-Żona Ewro dehru ċar, li l-għawġ kompla jinfetta dejjem aktar pajjiżi.

L-Ewropa u d-dinja
Sant spjega li meħuda bħala suq wieħed, l-ekonomija tal-UE hi l-akbar blokk ekonomiku tad-dinja u ż-Żona Ewro tagħmel l-ak­bar parti mis-suq Ewropew. Għalhekk, li jiġri f’din iż-żona jaffettwa lid-dinja, kif dak li jiġri fid-dinja, l-aktar fl-Istati Uniti, fil-Ċappun, fiċ-Ċina u dan l-aħħar anke fl-Indja jaffettwaw liż-Żona Ewro. Ftit qabel faqq­għet il-kriżi tal-ewro, is-swieq din­jin kienu ntlaqtu minn kriżi finanzjarja kbira.
Fl-aħħar 30 sena, tneħħew ħaf­na barrieri għall-kummerċ bejn il-pajjiżi. In-negozju kiber b’rata qawwija mad-dinja kollha, bil-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji fuq quddiem nett biex jipprovdu finanzi mad-dinja kollha ħalli jitimgħu investiment u proġetti ġodda, kif ukoll biex jiffinanzjaw il-kummerċ. Kumpaniji kbar ta’ daqs dinji żdiedu fin-numru u fis-saħħa.
Stagħnew l-aktar il-banek u is­tituzzjonijiet finanzjarji. Inħol­qu swieq enormi ta’ fondi, fi tril­ju­ni ta’ valuta, li setgħu jiġu in­vestiti mad-dinja kolha skont l-opportunitajiet li jinqalgħu. Fejn jitfaċċa l-għawġ, dawn il-fondi jaraw kif isibu post ieħor fejn imorru, u jimirħu permezz tal-banek mad-dinja kollha.
Is-suq tal-proprjetà fl-Istati Uniti (u f’pajjiżi oħra) kien qasam ewlieni fejn il-banek – speċjalment Amerikani – fittxew li jagħmlu dejjem aktar qligħ. Fil-ġirja għal aktar investiment fil-proprjetà, ħafna banek tilfu s-sens ta’ galbu. Bdew joħorġu obb­­ligi biex jiffinanzjaw xiri ta’ proprjetà fejn kienu jpoġġu fl-is­tess pakkett, self tajjeb fuq proprjetà ma’ self riskjuż ħafna. L-ammonti totali ta’ offerti bħal dawn laħħaq triljuni ta’ dollari u nxtara minn banek mad-dinja kollha.
Imbagħad beda jinstab li wisq mill-assi miżmumin mill-banek kienu dan it-tip. Id-dħul minn­hom beda jmajna għax aktar kien hemm self riskjuż jew ħażin milli self tajjeb. Id-dħul tal-ba­nek beda jinxef u ġie jiswihom telf enormi ta’ flus. Bank wara l-ieħor iffaċċja diffikultajiet finanzjarji kbar, uħud fallew, il-banek ma baqgħux jafdaw lil xulxin u n-negozju mad-dinja għoddu ġġammja. Kieku ma kienx għal numru ta’ gvernijiet fl-Ewropa u anke għall-Gvern Amerikan li ppompjaw biljuni kbar ħalli jsos­tnu l-banek, dawn kienu jfallu. Iżda din il-kriżi laqtet bil-kbir lill-fabbriki u ażjendi mad-dinja kollha.
L-effetti tagħha għadhom magħ­na, fis-sens ukoll li l-banek u l-gvernijiet issa qegħdin joqogħdu attenti li ma jinqabdux f’qagħda fejn ikunu qegħdin iġorru wisq self li jfalli. Iżda hu preċiżament dan li ġara bil-kriżi taż-Żona Ewro.
Għal raġunijiet differenti, pajjiżi f’din iż-żona huma midjunin bil-kbir. L-im­għax għal self ġdid beda jitlagħlhom wisq u sfaxxat is-sistema li għax jużaw l-ewro jsibu imgħa­xijiet baxxi bħal tal-Ġermanja. Bl-imgħaxijiet il-ġodda, il-gver­nijiet, fuq quddiem nett il-Greċja, kienu se jogħtru u jfallu.
Jekk ifallu, l-banek li fl-im­għoddi sell­fuhom kienu se jis­piċċaw b’telf enormi. Skont Sant dan kien u għadu aspett importanti ta’ din il-kriżi.

Soluzzjonijiet mill-Ewropa
Sant spjega li fl-ewwel linja biex isolvu l-kriżi jiġu l-pajjiżi fiż-Żona Ewro, li aktar ma jgħaddi żmien qegħdin jifformaw grupp għalihom fi ħdan l-UE. Fuq quddiem tiġi l-Ġermanja, minħabba l-kobor u s-saħħa ekonomika tagħha fl-Ewropa, u magħha Franza, għalkemm din qed ikollha tbaxxi rasha għax-xewqat Ġermaniżi.
Għall-bidu, il-mexxejja taż-Żona Ewro stennew li l-pajjiżi li jkollhom diffikultajiet isolvu­hom waħedhom, mingħajr ma jistrieħu fuq ħadd għax hekk jesiġi l-Pjan ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Malajr deher li hekk il-Greċja kienet se tfalli, ħaġa li ġġib kriżi ta’ fiduċja maż-żona kollha. Imbagħad ftehmu l-pajjiżi tal-ewro li joħorġu flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali self lill-Greċja, biex din ma tissellifx mis-swieq finanzjarji li jkollha tħallashom im­għaxijiet li ma tiflaħx. Is-self li l-pajjiżi tal-ewro silfu lill-Greċja (beda bi €80 biljun u baqa’ tiela’ għal aktar minn €100 biljun) intrabat ma’ kundizjonijiet li bihom il-Greċja kellha ddaħħal miżuri iebsin ta’ awsterità biex tnaqqas l-ispiża tal-gvern – tneħħija ta’ ħaddiema “żejda”, tnaqqis u tneħħija ta’ servizzi soċjali, sussidji, pensjonijiet, eċċ.
Imbagħad instab li l-istess ri­medju se jkollu jintuża mal-Irlanda u l-Portugall, minkejja dak li jgħid il-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà. Twaqqaf fond li kellu jiżdied għal darba darbtejn u llum jgħidu li jlaħħaq mat-triljun ewro biex ikun jista’ jagħti spalla lill-gvernijiet li jispiċċaw daharhom mal-ħajt. Is-self mogħ­ti dejjem marbut ma’ kundizzjonijiet ta’ awsterità li qegħdin joħolqu rabja u tbatija soċjali kbira fost il-popli.
Barra dan, fi ħdan il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, tfasslu regoli ġodda biex jgħassu t-tmexxija ekonomika u finanzjarja tal-pajjiżi kollha fiż-żona. Din id-darba, iridu jiżguraw li l-istess pajjiżi qegħdin isegwu l-kundizzjonijiet ta’ tnexxija nazzjonali kif maqbula fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-poteri ta’ sorvelja fuq it-tmexxija nazzjonali se jkunu aktar qawwijin. Fejn gvernijiet ma josservawx ir-regoli tal-patt, se jiġu mmultati pieni finanzjarji qawwijin u jkollhom jaċċettaw indħil dej­jem akbar fit-tħejjija tal-baġits tagħhom.
Skont Sant, dan ifisser tnaqqis fis-sovranità tal-pajjiżi membri fl-ewro u ma jeħodhiex bi kbira jekk fl-aħħar iqanqal diż­gwit politiku kbira daqs li dak li qegħdin naraw madwarna rigward it-tmexxija ekonomika u finanzjarja. Minn naħa, il-popli tal-pajjiżi li sejrin “tajjeb” (fuq quddiem il-Ġermanja, iżda anke l-Olanda u l-Finlandja) ma jifhmux għaliex għandhom iħallsu għal min kien “ħali”. Min-naħa l-oħra dawk li qegħdin iġarrbu l-awsterità, ma jifhmux għaliex iridu jġorru daqshekk piż biex “isalvaw” lill-bankiera, fuq quddiem fil-Ġermanja u Franza.
Il-problema hi li ż-Żona Ewro kif inhi mfassla, tkun xi tkun il-problema finanzjarja ta’ pajjiż, l-unika soluzzjoni hi l-awsterità. Ma tistax tissolva billi jiġi rran­ġat il-kambju tal-munita tal-paj­jiż, jew billi jiġu rranġati r-rati tal-imgħax intern li jgħoddu għaċ-ċirkostanzi u ma jistgħux jingħataw għajnuniet lill-im­pri­żi għax kontra r-regoli tal-UE.
Fl-istess ħin, waqt li l-ekono­mija tkun sejra lura, programmi ta’ awsterità jżidu l-piż soċjali u jxekklu t-tkabbir ekonomiku.
Intant, fl-aħħar stqarrijiet tal-Kummissjoni Ewropea, fit-tbas­sir ekonomiku tagħha għall-ħa­ri­fa 2011, din issemmi li t-tkab­bir ekonomiku reali Ewro­pew mistenni jkun wieqaf sal-aħ­ħar ta’ din is-sena u li forsi jkun hemm bidu kajman u dgħajjef ta’ tkabbir tard is-sena d-dieħla, iżda li xorta jinħass inċert. Dan juri li hemm inċer­tezza dwar jekk hux se jerġa’ jkun hemm riċessjoni oħra.

F'Malta
Meta staqsejt lil Sant dwar is-sitwazzjoni f’Malta, hu qalli li min jemmen li s-sitwazzjoni f’pajjiżna hi waħda tajba, jew li l-gvern irnexxielu jaħrab mill-kriżi tal-ewro, allura dan qed jiġi aljenat u ngannat bil-propaganda tal-gvern. Fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea (għal­kemm miżmuma kunfidenzjali) u fi ħdan analisti indipendenti tal-ekonomija Ewropea, hemm xettiċiżmu dwar kemm l-ekonomija u l-finanzi ta’ Malta jinsabu fis-sod. Aktar kmieni din is-sena, istitut ta’ riċerka politika Ġermaniż, iċ-Ċentru tal-Politika Ewropea fi Friburg, ippubblika studju dwar kemm il-pajjiżi tal-ewro setgħu jilqgħu għall-għawġ finanzjarju, mhux biss billi tħares lejn il-finanzi tal-gvern imma wkoll id-dħul u l-ħruġ tal-pajjiż kollu. Fuq din il-bażi, sabu li Malta kienet flim­kien mal-Italja, Ċipru, u l-Portu­gall fil-kategorija tal-pajjiżi tal-ewro li jinsabu fl-aktar qagħda mwegħra finanzjarjament.
Ir-realtà hi li ma’ kull sena, l-ekonomija tagħna qiegħda ssir aktar vulnerabbli u fraġli. Ir-rata tagħna ta’ tkabbir jiddependi fuq l-eżistenza tal-qasam tal-im­ħatri bl-Internet u tas-servizzi finanzjarji, mentri l-industrija u t-turiżmu baqgħu jitilfu fil-kom­petittività tagħhom. L-impjiegi li jinħolqu fil-biċċa l-kbira periferali jew partajm, b’valur miż­jud baxx. Il-livelli ta’ investiment fil-pajjiż, kemm pubbliku u privat, hu baxx meta mqabbel ma’ ta’ pajjiżi oħra. Il-konsum tal-gvern, jew in-nefqa rikorren­ti, baqa’ jiżdied mingħajr ma żdiedet l-effiċjenza tal-gvern. In­tant, kemm ilna membri tal-UE, l-iżbilanċ kummerċjali mal-Ew­ropa baqa’ jikber u dan mhux għax il-Maltin bdew jixtru mill-Ewropa dak li qabel kienu jixtru minn barra l-Ewropa. Kieku ġara hekk, kieku d-defiċit kummerċjali mal-Amerika kien jiċ­kien, meta fil-fatt dan żdied. Il-pajjiżi tal-ewro f’diffikultà kell­hom problemi u piżijiet simili ħafna għal dawn qabel ma daħlu fil-kriżi.

Lejn ix-xifer
Dr Sant spjegali li bil-politika li miexi biha l-gvern, se jkun faċli naslu fix-xifer. Jistgħu jinqalgħu żbilanċi kbar u f’daqqa li ma nkunux nistgħu nilqgħu għalihom. Raġuni għal dan hi li l-kompetittiv koll li fil-baġit tal-2012 il-gvern mhu qed jagħmel xejn serju biex jinvesti bil-galbu fi proġetti li jsaħħu l-kompettivi­tà.
Li għandu favur tiegħu l-gvern hu l-fatt li ħafna mis-self tal-gvern isir Malta minn fost il-Maltin – imma l-Italja bdiet ukoll minn diin il-pożizzjoni. Punt ieħor hu li l-livelli ta’ aspirazzjoni fost il-Maltin, baqgħu baxxi ħafna. L-ebda pajjiż ieħor fl-Ewropa ma kien jaċċetta qagħ­da fejn daqstant ftit mill-poplu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jew fejn ir-rati ta’ titjib ekonomiku jkunu daqstant kajmani għal daqstant snin, jew fejn hemm daqstant firda bejn id-dħul tal-ftit u d-dħul tal-ħafna.
Skont Dr Sant, mil-lum għal għada s-sitwazzjoni tista’ ssir tali li jtiru mar-riħ dawn il-fatturi li s’issa jidhru li laqgħuna milli nħossu jw nindunaw bl-effetti fuqna tal-kriżi tal-ewro, minkejja li bqajna nħallu l-ekonomija ssir aktar fraġli. Eżempju, fil-qasam ta’ x’inhu d-dejn li qed iġorr il-gvern, is-sitwazzjoni mhix ċara dwar il-ħafna garanziji li l-gvern u l-korpi tiegħu ħarġu matul is-snin. Dawn il-garanziji ma jidhrux qishom dejn fil-kotba tal-gvern, imma mil-lum għal għada jistgħu jissarrfu fi djun jew agħar.
Sant ma jaqbilx mat-tmexxija ekonomika u finanzjarja ta’ dan il-gvern. Iħoss li d-dħul ta’ Malta fl-ewro kien żball għax sar kmieni wisq. Sar meta Malta ma kinitx imħejjija biżżejjed biex issostni l-kompetittività tagħha fi żdan iż-Żona Ewro. Iħoss ukoll li ma nistgħux nibqgħu sejrin għal dejjem b’defiċit kummerċjali li jiżdied mal-UE mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi.
Issa qed joħroġ ċar li anke l-ewro kienet għadha ekonomikament nejja bħala proġett u qegħdin naraw il-konsegwenzi.
Il-gvern mhux qed jirrikonox­xi dan u qed jibqa’ għaddej bl-istess politika tal-aħħar 13-il sena, li rat il-ħidma produttiva Maltija fl-ekonomija reali tmur lura bil-kbir.
Sant isostni li politika oħra trid tinbena fuq: il-ħtieġa stra­teġika li l-investiment kemm pubb­liku u privat jissaħħaħ, jiżdied u jsir iżjed effiċjenti; sforz biex in-nefqa rikorrenti tal-gvern tinġieb taħt kontroll fis-sens li tkun ippjanata fuq medda ta’ tliet snin u li jitneħħa minnha kull ħela waqt li jiġu ssettjati prijoritajiet ċari għal­xiex u kif għandha tkompli tiżdied; programm wiesa’ biex titjieb l-effiċjenza u l-kompetittività f’kull qasam tal-ħidma eko­nomika u soċja­li; riekwilib­raġġ tal-istruttura tat-taxxi, f’dan is-sens jidher sew li l-VAT serviet biex tkompli tiżdied l-ekonomija s-sewda li f’Malta issa relattivament fost l-akbar fl-Ewropa; u ħidma qawwija kontra l-għoli tal-ħajja, mhux il-gvern innifsu jservi ta’ xprun biex il-prezzijiet jogħlew.

Inflazzjoni gholja
Dwar dan, Dr  Sant qalli li Malta għandna l-problema taċ-ċokon u minħabba li aħna gżira. Jekk ma’ dawn jiżdiedu l-ineffiċjenza, il-korruzzjoni u l-inkompetenza, allura l-ekonomija se tbati. Eżempju r-riforma tat-trasport pubbliku bil-mod diżas­truż kif twettqet, barra mill-in­konven­jenza kbira li ġabet lill-familji, ġabet ukoll magħha piżijiet u spejjeż ġodda, li mhux kulħadd għadu qed jagħraf.
Biex tiġi miġġielda l-inflazzjoni għolja jrid isir programm sħiħ ta’ ħaidma li għalih ikun hemm l-impenn minn fuq nett tal-gvern u li jitħaddem fuq għadd ta’ livelli: ġlieda kontra l-burokrazija u l-ineffiċjenzi fis-sistema ta’ tmexxija tal-gvern, li trid tipprovdi valur għall-flus; saħħa li tingħata b’mod reali mhux b’ġesti vojta biss lill-ħarsien tal-konsumatur; il-ħlasijiet tal-konsumatur għal servizzi tal-gvern, fosthom dawl u ilma, jinġiebu għal-livelli ta’ pajjiżi oħra permezz ta’ ‘shadow pricing’ ikkalkulat sew; implimentazzjoni ta’ regolamenti li jassiguraw li jkun hemm kom­­petizzjoni vera, mhux l-inqas fis-settur bankarju u finanzjarju u f’dawk tal-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel, tal-mediċina u prodotti tal-informatika, tal-edukazzjoni u tal-elettronika; inċentivi lil investimenti li jimmodernizzaw im­pjanti ta’ distribuzzjoni privati u ta’ servizz pubbliku; u investimenti mill-gvern li jsir fil-waqt, bi ħsieb u bil-galbu mhux b’ħafna fanfarri li ġejja riforma kbira u kollox jispiċċa tħarbita manja.

Soluzzjoni Ewropea
Alfred Sant qalli li l-problema fl-Ewropa hi li l-proġett Ewropew jinsab f’idejn il-klikek stabbiliti u mħallsin tajjeb li jridu li tgħaddi tagħhom akkost ta’ kollox. X’aktarx jirnexxilhom fit-tir tagħhom, għax bnew alleanza ta’ poter qawwija, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar hi anti-demokratika u mhix qiegħda tkun suċċess ekonomiku. Eżempju fl-aħħar snin l-Ewropa kellha l-iċken rati ta’ tkabbir fid-dinja u jidher li dan mhux se jinbidel fiż-żmien li ġej.
Fil-kunċett, il-proġett tal-ewro falla. Imma hu proġett politiku tal-klikek li bl-ebda mod mhuma se jżarmawh. Se jagħmlu l-lapazzar politiku u finanzjarju li hemm bżonn, ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar se tikkonferma d-do­minanza tal-Ġermanja. Minkej­ja dan, Sant iħoss li mhux ċert jekk il-Ġermanja jridux din id-dominanza fuq il-bqija tal-Ew­ropa. Kollox juri li l-arranġament fejn il-pajjiżi Ewropej ikom­plu jitifu mis-sovranità tagħhom, mhux se joffri garanzija biex it-tkabbir ekonomiku jerġa’ jirranka.
Aktar minn hekk, l-isforzi biex iż-Żona Ewro tinżamm fuq saqajha jistgħu jwasslu għal diż­gwit politiku kbir. Bħalissa l-kelma fost il-klikek tal-ewro hi li aħjar iħallu lit-teknokratiċi jmexxu, aktar u aktar jekk dawn ikunu jaqblu mal-federaliżmu Ewro­pew. Il-problema se tkun li jekk jinfirex id-diżgwit politiku ta’ popli li jixbgħu mill-awsteri­tà, l-istituzzjonijiet politiċi se jku­nu skreditati, it-teknokratiċi jwarrbu u jgawdu minn dan kollu l-partiti tal-lemin estrem, li aktarma jikber id-dwejjaq tal-poli, aktar isibu fejn jixxalaw.
melvindelsol@hotmail.com

Friday, November 25, 2011

It-tielet Malta Comic Convention fil-Kavallier ta’ San Gakbu

Kultura li ghadna qeghdin naghrfuha

Meta wiehed isemmi l-kelma comic hafna min-nies jassocjawh ma’ suggett li hu tat-tfal. F’mohhhom jigihom il-Beano u comics ohrajn simili. Fil-verità din l-idea hi zbaljata u min jifhem vera fil-comics iqabbilhom ma’ kultura. Hekk tkellem mieghi Chris Legalle minn Wicked Comics li flimkien ma’ tim ta’ tmienja min-nies qed jorganizza ghat-tielet darba l-Malta Comic Convention.
Chris qalli li f’pajjizna hi problema li n-nies jassocjaw il-comics ma’ xi haga tat-tfal u li juzaw Ingliz ta’ livell baxx. Fil-verità din il-kultura tinvolvi l-kotba in generali, il-‘video games’, il-films, l-animazzjoni u sahansitra t-tpingija. Artist li jpingi l-comics illum il-gurnata ssibu jahdem fl-industrija tal-films u jikteb anke novelli.
Fil-fatt, barra minn Malta hemm universitajiet li huma dddedikati fuq hekk biss u l-istudenti jiggradwaw f’dan il-qasam. Barra minn hekk, qeghdin jahdmu fuq diversi kitbiet klassici, bhalma huma dawk ta’ Shakespeare, biex jaqilbuhom f’format komiku. Din is-sena, fil-Comic Con se jkun hemm erba’ artisti li hadmu fuq dawn ix-xoghlijiet.
Chris qalilna li huma qeghdin jipprovaw jippromwovu dan il-materjal fl-iskejjel, fejn ikollok it-test originali f’naha u mbaghad ikollok verzjoni aktar semplici biex min ibati xi ftit biex isegwi jsib l-ghajnuna. Barra minn hekk johorgu wkoll noti b’format komiku biex aktar jghinu lill-istudenti jistudjaw u jifhmu.

Diskussjoni dwar l-uzu tal-comics

Waqt il-konvenzjoni li se ssir fi tmiem din il-gimgha fic-centru tal-Kreattività, il-Kavallier ta’ San gakbu, se jkun hemm bosta tahditiet dwar dan is-suggett. Fost l-ohrajn se jitkellem David Pace li hu ghalliem u li se jitkellem dwar kif in-novelli grafici jistghu jintuzaw bhala mezz biex wiehed jaqra. Barra minn hekk, se jkun hemm panel immexxi minn gorg Mallia u flimkien mal-membri l-ohrajn se jitkellmu wkoll dwar il-comics u l-uzu taghhom fl-edukazzjoni.
Maghhom se jiehdu sehem ukoll membri ohrajn bhal Sonia Leoung li xogholha hu li ddur id-dinja u tghallem dwar l-arti tal-comics u kif jistghu jintuzaw; Sonia Muscat li tahdem bhala ghalliema u taghmel hafna prezentazzjonijiet lit-tfal u tuza l-eroj komici biex tfehemhom dwar suggetti bhall-importanza li jieklu ikel bnin u suggetti simili u bosta nies ohrajn li se jaqsmu l-esperjenza taghhom ma’ dawk li jkunu prezenti.

Nuqqas ta’ kreattività

Chris ihoss li hawn Malta hawn il-bzonn tal-comics. Dan peress li hawn nuqqas kbir ta’ kreattività. Hu jhoss li sa minn meta tkun zghir jipprovaw jaqtghulek il-kreattività u ghalhekk huma qeghdin jahdmu biex jevitaw li dan jigri.
Ghal dan il-ghan huma organizzaw anke kompetizzjoni fejn it-tfal li hadu sehem fiha gew imqabbdin joholqu l-eroj taghhom. Ix-xoghlijiet kollha se jigu esebiti fil-konvenzjoni u l-esperti barranin fl-ahhar se jaghzlu liema rebhet.
Ghalkemm fil-konvenzjoni se jidhru x-xoghijiet kollha li jkunu saru matul is-sena, huma bhal organizzazzjoni jitaqghu mal-artisti minn tal-inqas darba fix-xahar u jkollhom anke workshops, fejn jghallmuhom jahdmu fi grupp. Skont Chris hi problema li jkollhom li hafna artisti f’pajjizna jkunu jridu jahdmu wahedhom. Hija haga possibbli imma rari ssib min jirnexxielu johrog comic wahdu. Barra minn Malta, fuq harga wahda ta’ comic gieli jkun hemm ghaxra min-nies jahdmu fih.
Barra milli taqsam ix-xoghol, li tahdem fi grupp hu tajjeb ghax kulhadd jesprimi l-ideat tieghu ma’ shabu u jjinghata rispons dwar l-idea li jkollu.
Rigward comics li jigu ppubblikati hawn Malta, Chris qal li s-sena l-ohra giet ippubblikata l-ewwel novella grafika, gew ippubblikati zewg comics f’forma ta’ sensiela u kull erba’ xhur qieghda tohrog sensiela li tissejjah “Tas-Sikkina”, li huma comics bil-Malti. Il-problema li ghad hemm s’issa hi li dawn il-comics jigu ppubblikati f’ammonti zghar u min iqassamhom fil-hwienet mhux qed jaghmel sforzi kbar biex ibighhom. Lanqas ma jsir xi sforz minn tal-hwienet biex ibighuhom. Il-bejjiegha hafna drabi ghadhom lanqas jafu kif jikklassifikawhom. S’issa ghad m’hawnx daqshekk promozzjoni taghhom ghalkemm is-suq taghhom jezisti u jinteressa lil diversi nies. Fuq nota tajba, Chris qal li forsi mis-sena d-diehla l-affarijiet jistghu jiccaqilqu ghax fil-konvenzjoni se jarma distributur lokali u b’hekk jara x’interess hawn fihom.

X’importanza jinghataw il-comics?

Minn meta bdiet ix-xena tal-comics f’Malta Chris ra li l-affarijiet qeghdin jimxu bil-mod ’il quddiem. Din is-sena, permezz tal-Iskema Kreattiv, f’partnership mal-British Council, l-organizzazzjoni ta’ Wicked Comics inghatat il-fondi biex iduru fi tmien skejjel u jaghtu ‘lectures’ dwar dan is-suggett. Fil-fatt, tnejn mill-artisti mistednin ghal din il-konvenzjoni se jkunu qeghdin iduru dawn it-tmien skejjel u jghallmu lill-istudenti.
Barra minn hekk, Wicked Comics qieghda tiehu sehem fil-Premju tal-President fejn qeghdin jiehdu hsieb tifel li ghandu problemi socjali izda li gie rrakkomandat mill-ghalliema tieghu ghax ghandu talent fit-tpingija.
Chris spjegali li huma ma jghallmux biss it-teknika ta’ kif tohloq comic biss, izda dwar dak kollu li tinvolvi din ix-xena u kif jahdmu l-affarijiet fil-verità. Fil-workshops jaraw anke xi problemi jiffaccjaw il-barranin li jippubblikaw dawn il-comics fuq skala akbar.
F’kuntatt li kellhom ma’ università fl-Ingilterra, dawn urew interess u ghogobhom dak li qeghdin jaghmlu Wicked Comics li mhux qeghdin jikkonsidraw il-comics fil-qasam tal-edukazzjoni biss izda b’konnessjoni mal-industrija.
Chris spjega li ghadna ’l boghod biex ix-xena tal-comics tikber, izda certi fondi li qeghdin jinholqu juru li qed ikun hemm hsieb biex nibdew naghtuhom aktar importanza fuq livell nazzjonali. Wara kollox l-arti komika tintuza kemm fi ‘graphic design’, ‘t-shirt design’, minn kumpaniji li jahdmu l-films (biex jaghmlu ‘story boarding’), fl-industrija tal-loghob, ghar-reklamar u anke f’disinni ta’ logos u affarijiet simili. Dan ifisser li tista’ toffri diversi opportunitajiet ta’ xoghol.
Skont Chris, meta bdew kien il-British Council biss li kien jassistihom hafna. Illum il-gurnata l-MTA bdew jirrealizzaw li hemm potenzjal f’din ix-xena u bil-mod il-mod l-affarijiet qeghdin jimxu.
Chris jixtieq li maz-zmien jibda jkun hemm izjed promozzjoni tal-comics, anke mill-midja. Ihoss li l-midja tista’ tghallem hafna lin-nies dwar x’inhi din il-konvenzjoni, ghax skont hu, b’differenza mal-barranin ahna ghadna ma nafux ezatt x’inhi din il-konvenzjoni u ghalhekk in-nies mhux dejjem juru interess.

Il-konvenzjoni
Intant, il-Malta Comic Con se tittella’ fi tmiem din il-gimgha bejn l-10 a.m. u s-6 p.m. fil-Kavallier ta’ San gakbu. Biljett ta’ gurnata jiswa ¢7, filwaqt li biljett ghall-jumejn jiswa ¢12. Il-biljetti jinxtraw minn mal-bieb jew inkella minn fuq www.sjcav.org. It-tfal taht il-11-il sena jidhlu b’xejn.

Tuesday, November 15, 2011

X’inhu x-xogħol tal-midja u kemm fil-fatt qiegħda tagħmel xogħolha sew?

Tiżbalja meta tħallat l-opinjoni mal-aħbar

Fid-definizzjoni tra­dizzjonali l-midja għand­ha tin­forma, teduka u tid­de­verti lil min isegwiha. Hekk beda biex jgħidilna d-Dean tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenza tal-Għarfien fl-Uni­ver­sità ta’ Malta, il-Professur u Reveren­du Saviour Chircop (ritratt).
Skont hu, illum tista’ tgħid li l-midja qiegħda tkompli tam­plifika fuq dawn ix-xogħ­lijiet tagħha u meta tie­ħu eżempju l-ġurnaliżmu tara li mhux biss qed iqassam informazzjoni dwar avveni­men­ti li ġraw iżda llum insibu s-sezzjoni ġurnalis­tika tal-opinjonijiet, fejn dak li jkun jiġbor opinjonijiet, fuq bażi ta’ fatti li jkunu qegħdin jiġru, biex tgħin lin-nies jgħaqq­du ġrajjiet li jkunu ġraw u li jekk iddommhom flimkien tara li jieħdu ċerta for­ma.
Jekk nieħdu eżempju l-avve­nimenti li ġraw riċenti fil-Libja, naraw li dawn wa­ħed­hom għandhom sinifikat mod. Iżda jekk tgħaqqadhom ma’ avveni­menti simili li ġraw fl-Eġittu, fit-Tuneżija u fis-Sirja, jieħdu forma u kuntest differenti.
Minflok tara avveniment wie­­ħed waħdu, tarah f’kuntest u fi stampa aktar wiesgħa. Il-Professur Chircop ġabilna eżem­­pju ieħor b’kantuniera li fiha jseħħ inċident tat-traf­fiku. Jekk iseħħ wieħed biss allura jkun avveniment għalih waħdu, iżda jekk fiha jseħħ wieħed kull ġimgħa allura mbagħad l-istorja hi ferm differenti.
Skont Chircop, il-ġurnaliż­mu għandu jkun dak li jgħin biex naraw id-dalma ta’ dik il-ġrajja u naraw jekk aħna nis­tgħux nagħmlu xi ħaġa dwar­ha. Hemmhekk il-ġurnaliżmu jkun ta’ għajnuna u min hu f’po­żizzjoni li jieħu d-deċiż­jo­nijiet jista’ anke jiddeċiedi fuq bażi ta’ dawn l-affarijiet.
Barra dan, il-midja tintuża ħafna għal kampanji biex twas­sal ideat. Eżempju l-kampanja favur il-mammograms fejn wie­ħed jimxi f’ħajtu b’mu­dell pre­ventiv u mhux meta jsib l-għawġ imur għand it-tabib. Meta twassal dawn l-ideat trid tara li tagħtihom bixra li n-nies tifhimhom u li tieħu gost tismagħhom. B’hekk l-objettiv tal-midja jib­da jikber u jifforma. Il-midja hi l-mod kif inwasslu mes­saġġ lil xulxin, id-divertiment lil xulxin u anke nedukaw lil xul­xin. Fil-fatt, il-Professur qal li l-midja għandha storja sa­biħa fl-edukazzjoni li ilha għad­dej­ja għexieren ta’ snin.

X'messagg twassal
Kull min jitħarreġ fil-midja jagħraf li l-mod kif nara l-affa­rijiet jien mhix l-aħħar kelma. Għalhekk il-midja hi mod kif aħna nqabblu l-opinjonijiet biex naslu lejn ċerta reqqa aħ­ħarija. Il-Professur ġab eżem­pju bi sparatura fuq per­su­na. Ma jis­tax ikun li jekk ġur­nalist jgħid li sparaw lil din il-persuna f’rasha u ieħor jgħid li sparawlha f’għonqha t-tnejn ikollhom ra­ġun, sa­kemm ma jkunux sparaw iż­jed minn balla waħda. F’dan il-każ iridu jerġgħu jiċċekk­jaw.
Dan ifisser li jista’ jkollna opinjonijiet differenti dwar av­veniment u għalhekk hemm bżonn li nipprov­du­hom t-tnejn. Hawnhekk forsi fejn marret lura l-midja Maltija.
Skont il-Professur Chircop, meta kellna stazzjon wieħed u ma konniex lanqas biss noħol­mu bil-pluraliżmu, il-kostituzz­joni kienet tpoġġi dmir ta’ bilanċ fuq l-istazzjon. Li ġara maż-żmien bil-pluraliżmu kien hemm min sostna li tikseb bilanċ billi tisma’ l-istazzjonijiet kollha, ħaġa li għall-Professur din ma kinitx de­­­ċiż­joni għaqlija.
Xandir ta’ partit partikolari ovv­ja li se jxaqleb lejn il-partit tiegħu u din ma tiskantahx, iżda b’dan il-mod hu jħoss li żidna l-polarizzazzjoni fit-toroq. Min hu mal-partit tal-papri jisma’ biss x’jgħid il-partit tal-papri u min hu mal-fkieren jisma’ x’jgħid il-partit tiegħu. Meta l-affarijiet għand­hom ikunu li tkun ta’ liema partit tkun għan­dek tisma’ l-opinjoni taż-żewġ partiti u mbagħad tagħmel l-għaż­la tie­għek.
Hu vera li stazzjon wieħed ġeneralment jiġi kkritikat li jin­tuża mill-partit fil-gvern, iżda għandu jkun hemm bilanċ fuq kull stazzjon, anke jekk ikun hemm ħamsa diffe­ren­ti. Kull ud­jenza ta’ kull mezz tal-midja m’għandiex tib­qa’ tara bin-nuċ­ċali tal-bagħal. Trid tkun informata biex imbagħad kulħadd jagħ­mel l-għażliet tiegħu. Kul­ħadd għandu dritt ta’ opinjoni iżda għandu jkun hemm din it-tip ta’ maturità.
Chircop iqabbel il-midja mal-mudell tal-‘billboards’ fejn wie­ħed jikri ‘billboard’, iħallas għalih u anke jitlef il-flus minnu biex iwassal il-mes­saġġ tiegħu. Hu jaħseb li l-mid­ja qatt ma kie­net in­­ten­zjonata għal hekk. Il-mid­ja kienet intenzjonata ħalli n-nies ikollhom aktar infor­mazz­joni f’idejhom ħalli mbagħad iku­nu jistgħu jagħm­lu għażliet aħjar. Jista’ jkun li jkun jogħġobni dak li nara u nisma’ jew jista’ jkun li le. Kulħadd bl-opinjoni tiegħu, iżda b’rispett lejn xulxin hemm nilħqu ċerta maturità meta l-mezzi tal-midja jxandru opinjoni differenti. Inkella se nib­qgħu sejrin li kulħadd jisma’ tiegħu u ovvjament tiegħi dej­jem se jogħġobni.
Dan ma jseħħx f’Malta biss. Li jkun hemm mezz tal-midja li jkollu bixra ssibha kullimkien, iżda li mmorru biss lejn il-bixra esklussiva, dik tidher ħafna f’paj­jiżna. Il-Professur iħoss li kultant qisna qegħdin fil-kruċjati, fejn dak li jkun dej­jem iħeġġeġ lin-nies tiegħu u b’dan il-mod kollha qegħdin nitilfu.

Kampanji elettorali
Għall-Professur Chircop hu in­teressanti kif il-midja tilgħab parti importanti fil-kampanji elet­torali. Fil-fatt, l-akbar spiża tmur biex il-partiti jkomplu jrew­ħu lil dawk li diġà jaqblu magħhom, mudell li fil-verità ma tantx jagħmel sens.
Barra minn Malta jaħdmu b’mod differenti. Ma jużawx ir-riżorsi tagħhom biex jiġbdu nies li jafu li diġà qegħdin magħhom u li se jappoġġjaw­hom meta jiġu għall-vot. Jipp­rovaw jinfluwenzaw nies li huma aktar fin-nofs għax hu diffiċli li ddawwar nies li huma akkaniti ma’ partit. Allura jipprovaw jiġbdu nies li jkunu fin-nofs ħalli l-isforz ma jkunx wisq kbir.
Aħna bħala pajjiż hemm bżonn li nagħmlu differenza bejn l-aħbar u l-opinjoni. Il-Professur ġab eżempju bil-BBC fejn qalilna li l-aħbarijiet fihom infushom idumu xi għa­xar minuti u huma limita­ti biss li jgħidulek x’inhi l-aħbar. Imbagħad ikun hemm programmi b’kummenti dwar il-fatti li jku­nu ġraw u jingħataw diversi opinjonijiet.
Aħna ma nagħmlux distin­zjoni bejn l-aħbar u l-kumment u nagħġnuhom flimkien. Dan mhux ġust mal-udjenza li ssegwi.
Qalilna wkoll li ġieli f’paj­jiżna l-midja ma qablux bej­niethom f’każ ta’ sparatura dwar kemm ikunu ġew sparati balal. Dan hu fatt li jista’ jiġi ċċekkjat, eżempju bir-rapport tal-awtopsja.
Meta tirrapporta l-midja, eżem­pju jekk personalità ltaq­għet ma’ oħra għandha tgħid fejn seħ­ħet il-laqgħa, meta, kif u x’ħin u kemm da­met il-laqgħa. It-tnejn jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom anke jekk ma jaqblux bejniet­hom. Iżda min jaħ­dem fil-mid­ja għandu d-dmir li jgħarraf lill-udjenza biż-żewġ na­­ħat, imbagħad min ikun qed isegwi jiġġudika hu. Kompla jgħid ukoll li xi drabi lanqas naqblu fil-fatti u dawn im­por­tanti li jkunu ċari. Iħoss li la ma jistax ikollna l-oġġettivi­tà kollha allura abbandunajna l-isforz li nkunu oġġettivi għal kollox.
Diffiċli vera għax meta jseħ­ħu l-fatti ġeneralment tiġi aw­to­matika li tagħtihom kulur imma d-diskussjonijiet bejniet­na għand­hom ikunu biex naraw il-fatti u fuqhom kulħadd jikkum­menta. Fuq din li nħalltu l-aħ­barijiet mal-kummen­ti  l-Pro­fessur iħoss li m’aħniex in­kunu ġusti ma’ kulħadd.

Gurnalisti f'kunflitt
“Jekk se nibqgħu b’sistema fejn il-ġurnalist qisu ‘loudspeaker’ tal-partit allura l-ġurnalist nnif­su se jkollu kunflitt. Bejn irid ikun fidil lejn il-professjoni u bejn lejn il-partit li jħaddmu. Dik toħloq ċerta dif­fikultajiet kbar. Ara jekk ngħid hemm ġurnalist li jirrapporta l-fatti u mbagħad ikun hemm kummentarju, hemm naf li min isegwi jaf li hu kummentarju.” Hekk iħoss il-Professur u għalhekk jem­men li sew li l-kummentarju ma jinkludix biss naħa waħda jew tnejn u l-abbiltà għandha tkun li ngħarr­fu lil min isegwina kemm is-sitwazzjoni hi kkum­plikata u li fiha mhux biss żewġ fatti iżda ħafna aktar. B’dan il-mod min isegwina jkun jista’ jagħmel ġudizzji u deċiż­jonijiet aħjar.
Dak hu x-xogħol tal-midja li tgħin lin-nies u tinformahom biex ikunu abbli jieħdu deċiż­jonijiet għall-ġid tal-paj­jiż u tal-komunità.

Studenti tal-midja
Fuq bażi individwali, il-Professur ra studenti joħorġu b’pin­na sabiħa u li tagħmel dif­fe­renza. Iżda hu jħoss li bħa­la strut­turi għadhom ma għamlux biżżejjed impattt. Iħoss ħafna li student joħroġ b’ċertu idealiżmu imma mba­għad jindaħan mill-magni tal-partiti. Din tinkwetah. Iħoss li hemm protezzjoni għall-ġurnalisti iżda jħoss li jis­piċċaw magħluqin u fil-kollettiv għadna m’aħniex hemm.

Etika gurnalistika
Dwar dan, il-Professur qalilna li jaf ġurnalisti li batew ħaf­na għal dak li jemmnu fih u anke kienu lesti li jwarrbu għal dan. Iżda mbagħad għan­dna wkoll min ma jagħtix kas.Hu jħoss li ma jafx fejn hu l-bilanċ. Li jaf żgur hu li aħna obbligati li nwasslu l-aħbar bl-informazzjoni biex kulħadd jiddeċiedi. Spiss naqtgħu qalbna u nirraġunaw li għax diffiċli tkun imparzjali allura niġġustifikaw billi ngħidu li ħadd ma jista’ jkun vera objettiv u nifhmuha li l-istejjer huma aħ­jar mill-verità.
Iħoss li għandna nimmiraw li l-etika tiġi l-ewwel akkost ta’ kollox. Inkella se nwaqqgħu l-ġebla fuq saqajna. Min jase­ġera fl-aħħar se jsib min se jżommu u jagħmillu regoli biex iwaqqfu, iżda min minn jeddu jkun professjonali anke bħal individwu jkun aħjar u b’saħħtu anke moralment.
Ħafna drabi iżda ma jkollniex il-kuraġġ li nwaqqfu lil min ma jimxix sew u tidħol l-irrazzjonalità li kulħadd hekk jagħmel u li aħjar ma nitkellmux.
Ix-xewqa tal-Professur Chir­cop hi li jara midja aktar res­ponsabbli u li tirrispetta lil kul­ħadd. Li tiċċekkja l-affarijiet qabel ma xxandarhom u li mhux kollox jgħaddi.
Iħoss ukoll li aktar mal-mid­ja timmatura aktar tista’ ssir għodda ta’ riflessjoni, ta’ twettiq mill-ġdid tal-lingwa u tal-ġrajjiet. Il-midja għandha rwol importanti u minkejja li l-affarijiet ġieli jiġu kif jiġu, irridu nipprovaw nirranġaw­hom.
melvindelsol@hotmail.com