Resqin lejn il-bidu ta’ sena ġdida u m’hemm xejn isbaħ milli nibdewha b’mod ġeneruż billi ngħinu lid-Dar tal-Providenza li b’ħidma mill-aktar professjonali u mimlija b’rispett u b’imħabba tgħin lill-persuni b’diżabilità.
Fl-ewwel ġurnata tas-sena 2012, jiġifieri nhar il-Ħadd li ġej, id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi se tkun miftuħa għall-pubbliku waqt ‘open day’ li se ssir f’dan l-istess kumpless. Hi opportunità tajba biex il-poplu Malti jara x-xogħol siewi li jsir f’din id-dar u mar-residenti li jgħixu fiha.
Għal dawn l-aħħar 15-il sena Radju RTK ħa ħsieb li bl-għajnuna tal-APS Bank jorganizza din l-‘open day’ fejn ikun hemm maratona ta’ kant, żfin u maġija taħt it-tinda li tiġi armata apposta għal din l-okkażjoni fil-parkeġġ tal-kumpless. Matul din l-‘open day’ jagħtu sehemhom aktar minn 600 volontier.
Bzonn ta' madwar €10,000 kuljum
l-orizzont tkellem mal-organizzaturi ta’ din l-‘open day’ fejn spjegawlna li din id-dar tiġi bżonn madwar €10,000 kuljum biex tieħu ħsieb li l-mitt resident f’din id-dar jingħataw l-attenzjoni u l-kura kollha meħtieġa biex jgħixu ħajja dinjituża u kemm jista’ jkun mill-aktar indipendenti.
Sfortunatament, is-sena l-oħra d-Dar tal-Providenza spiċċat b’defiċit ta’ €100,000 u għaldaqstant ikun għaqli li tingħata iżjed għajnuna ħalli din id-dar tkun tista’ tkompli bix-xogħol importanti li ilha twettaq.
Progetti ppjanati ghas-sena d-diehla
L-organizzaturi qalulna wkoll li għas-sena d-dieħla hu ppjanat li jinbnew ‘swimming pool’ terapewtiku għar-residenti, bandli, ‘multi sensory room’ u trid tinbidel magna tal-ħasil. Barra minn hekk, se tinfetaħ ukoll it-tieni dar fil-komunità. Wara Dar Żerniq fis-Siġġiewi, issa mistennija tinfetaħ ukoll dar oħra fil-Qawra li se tkun tospita fiha ħames residenti.
Għaldaqstant, se tkun opportunità tajba għal min jattendi biex jara fejn se jsiru dawn il-proġetti. Fil-fatt, se jkun hemm anke gwidi li jdawru lil dawk preżenti mal-kumpless.
Aktar dwar l-'open day'
L-‘open day’ tibda fid-9.00 a.m. ta’ nhar il-Ħadd, 1 ta’ Jannar permezz ta’ quddiesa li tixxandar ‘live’ mill-kappella tal-kumpless u li se titmexxa mid-Direttur tad-dar, Fr Martin Micallef.
Imbagħad mill-10.00 a.m. ’il quddiem isir spettaklu ‘live’ ta’ kant u żfin minn fost l-aqwa talenti f’pajjiżna. Fosthom jieħdu sehem Freddie Portelli, Klinsman, Claudette Pace, J Anvil, Claudia Faniello, il-Hooligan, Fr Karm Debattista, Benny u Tonia u l-Greenfields.
Barra minn hekk, se jattendu għal din l-‘open day’ persuni distinti bħall-Arċisqof Pawlu Cremona, l-Isqof t’Għawdex Mario Grech u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca. Barra dawn se jattendu wkoll il-President ta’ Malta, George Abela, il-Prim Ministru, Lawrence Gonzi u l-Kap tal-Oppożizzjoni, Joseph Muscat.
Fl-‘auditorium’ tad-dar se jkun hemm ukoll irkant li se jkun jinkludi bosta xogħlijiet ta’ pittura minn artisti magħrufin Maltin.
Biex tiġi evitata konġestjoni tat-traffiku, se jkun hemm servizz ta’ Park & Ride mill-Pjazza tas-Siġġiewi u mit-Triq ta’ San Niklaw (il-mitjar l-antik) dirett għad-Dar tal-Providenza u lura.
Donazzjonijiet
Għal dawk li ma jistgħux jattendu personalment, l-‘open day’ li se tagħlaq wara nofsillejl, se tiġi trażmessa ‘live’ fuq l-istazzjonijiet televiżivi.
Donazzjonijiet jistgħu jsiru fl-istess Dar tal-Providenza, fl-istudios ta’ RTK il-Blata l-Bajda, fuq www.rtk.org.mt, fuq in-netwerk soċjali Facebook permezz ta’ RTK 4 Charity jew permezz tat-telefon.
Għal donazzjonijiet ta’ €10 ċempel fuq 51602012, għal donazzjoni ta’ €15 ċempel fuq 51702013, u min jixtieq jagħti €25 jista’ jċempel fuq 51802014. Min jixtieq jagħti l-kontribut tiegħu permezz ta’ SMS jista’ jagħti €7 billi jibgħat messaġġ fuq 50618922.
Messagg
Id-Dar tal-Providenza tgħix fuq id-donazzjonijiet tagħkom. Għinuha!

No comments:
Post a Comment