Wednesday, November 30, 2011

X’wassal għall-kriżi finanzjarja fl-Ewropa u x’sehem għandha Malta?


Xettiċiżmu dwar kemm   l-ekonomija Maltija hi soda
Madwar id-dinja għaddejja kriżi ekonomika qaw­­wija li affettwat b’mod partikolari lill-Ewropa. Din is-sitwazzjoni qiegħda taf­fett­wa wkoll lil Malta li tinsab fl-Ew­ropa u li flimkien ma’ 17-il pajjiż ieħor tħaddem munita ko­muni għal din iż-żona.
Tkellimt ma’ Dr Alfred Sant, li hu ekonomista u eks-Prim Minis­tru ta’ Malta, biex ifehemna eżatt x’qed jiġri u x’sehem għandha Malta f’din il-problema hekk delikata.
Sant spjega li l-kriżi taż-Żona Ewro nibtet mill-mod kif inhi mibnija din iż-żona fi ħdan l-Unjoni Ewropea, fejn 17-il pajjiż membru tal-Unjoni jħaddmu flim­kien l-ewro bħala munita nazz­jonali tagħhom ilkoll.
Mill-bidu nett, il-binja tal-ewro kienet difettuża bil-kbir. Għal­hekk mhix qiegħda tilqa’ għad-daqqiet finanzjarji qawwijin li neżlin fuqha. Hi binja maħ­suba bħala proġett politiku, min­għajr ma ngħata qies biżżejjed tal-konsegwenzi ekonomiċi li t-tħad­dim tal-ewro se jġib mie­għu. Biex tagħqad, il-problemi taż-Żona Ewro bdew fl-istess żmien li ħerġet fil-beraħ kriżi oħra aktar wiesgħa fit-tmexxija tal-ekono­mija dinjija. Fl-aħħar 30 sena, din saret waħda dejjem aktar magħquda u globalizzata, imfass­la fuq il-prinċipju ta’ suq wieħed, suq kapitalista. F’dan is-suq, l-aqwa interess hu li tkabbar kemm tista’ l-profitti tal-impriżi b’regoli li mad-dinja kollha, jiffa­vorixxu l-kummerċ ħieles fil-ma­terji primi, fil-prodotti u s-serviz­zi, fix-xogħol tal-ħaddiema u fil-kapital.
Minkejja dan, skont Sant il-kri­żi tal-ewro xorta kienet isseħħ kieku ma kellniex il-kriżi tad-dinja kapitalista u bl-istess mod anke l-kriżi tad-dinj kapitalista kienet isseħħ xorta li kieku ma seħħitx il-kriżi tal-ewro. Iżda li t-tnejn żviluppaw fl-istess żmien qed ikattar l-għejjun ta’ kriżi, għax xrar ta’ waħda qegħdin iti­ru fuq l-oħra u joħolqu xrar ġdid.

X'hemm hazin
Dwar x’hemm ħażin fil-mod kif inhi mibnija ż-Żona Ewro, Sant qalilna li f’art fejn qiegħda titmexxa l-istess munita, hemm ħtieġa li jittieħdu wkoll l-istess deċiżjonijiet ekonomiċi – dwar taxxi, prezzijiet, xogħol, investiment fost l-oħrajn. Jekk le, jista’ jqum diżgwit sħiħ bejn parti mill-art, fejn ngħidu aħna, gvern li għandu defiċit kbir fil-baġit tiegħu u parti oħra fejn il-Gvern qed idaħħal flus aktar milli qed jonfoq. Inkella bejn parti fejn il-prezzijiet telgħin bil-kbir u oħrajn fejn il-prezzi­jiet neżlin.
Meta tgħid li jridu jittieħdu l-istess deċiżjonijiet ekonomiċi jfisser li jrid ikollok gvern wie­ħed. Iżda l-pajjiżi Ewropej u ċ-ċit­tadini tagħhom f’maġġoranza kbira ma jridux dan, anke jekk klikek (elites) li huma influwenti u għandhom poter kbir fl-Ew­ropa ilhom jimbottaw għal għaq­da Ewropea sħiħa, bi gvern wieħed għall-Ewropa kollha.
Quddiem ir-rifjut tal-popli Ew­ro­pej li jċedu s-sovranità tagħ­hom, anke meta l-istess popli xtaqu għaqda akbar fost l-Ewropa, il-proġett tal-ewro tfassal biex idaħħal munita waħda mal-Ewropa mingħajr ma għalissa jimmina wisq is-sovranità tal-pajjiżi nazzjonali. Dan sar billi jipprova jirranġa ħalli fost il-pajjiżi membri tal-UE li jkollhom l-ewro bħala munita nazzjonali, iseħħ tqarrib fit-tmexxija ekonomika tagħhom. Qablu biex kollha jżommu mal-istess miri fid-direzzjoni finanzjarja per­mezz ta’ ftehim imsejjaħ il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
Imexxu kif imexxu l-ekono­mija tagħhom, skont dan il-patt kellhom eżempju, jiżguraw li d-defiċit fil-baġit tal-Gvern kull sena ma jogħliex aktar minn 3% tal-ekonomija tagħhom u li d-dejn nazzjonali ma jkunx akbar minn 60% tad-daqs tal-ekonomija tagħhom.
B’dan il-mod ħasbu li jistgħu jersqu lejn għaqda akbar fl-ekonomiji u l-finanzi tal-pajjiżi Ew­ropej, waqt li jevitaw id-dubji ta’ dawk li jemmnu f’ideal differenti għall-Ewropa. Sant qal li sakemm kien kollox kalm irnex­xielhom u l-ewro dehret munita qawwija. Imma intant, b’din is-sistema kien hemm ekonomiji li marru tajjeb ħafna – bħall-Ġermanja li setgħet tbiegħ dejjem aktar lil pajjiżi oħrajn fiż-Żona Ewro għax kellhom il-munita ko­muni – u kien hemm pajjiżi bħall-Greċja u l-Portugall li waqgħu lura. Biex jixtru kienu jinqalgħu, filwaqt li biex jipp­roduċu u jbigħu wisq inqas.
Din il-ħaġa setgħet tinħeba, għax l-istess pajjiżi kienu jużaw l-istess munita bħal tal-Ġermanja. Setgħu jissellfu b’rata ta’ im­għax baxxa, għax kulħadd qies li l-munita tagħhom kellha l-is­tess saħħa bħal tal-Ġermanja. Biex ikomplu jonfqu, dawn il-pajjiżi u l-gvernijiet isssellfu bil-kbir, mhux l-inqas minn banek Ġermaniżi u Franċiżi. Il-bużżieqa nfaqgħet meta nstab li ma kellhomx biex iħallsu għal dak li sselfu, jew meta riedu jissellfu flejjes ġodda ħalli jroddu lura s-self tal-imgħoddi. Din il-ħaġa rajniha tiġri fil-Greċja, fl-Irlanda, fil-Portugall u b’mod inqas qawwi iżda iżjed inkwetanti għax qed nitkellmu f’pajjiżi wisq akbar, fi Spanja u fl-Italja.
Hawn jinsab l-għerq tal-kriżi finanzjarja fl-Ewropa. Effettivament ir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir baqgħu fuq il-kar­ta. Sal-lum, il-pajjiżi kollha tal-ewro f’xi ħin jew ieħor kisruhom u għadhom jiksruhom. Malli qam l-għawġ f’uħud mill-pajjiżi tal-ewro għax ma setgħux isostnu d-dejn tagħhom, id-di­fetti fil-binja taż-Żona Ewro dehru ċar, li l-għawġ kompla jinfetta dejjem aktar pajjiżi.

L-Ewropa u d-dinja
Sant spjega li meħuda bħala suq wieħed, l-ekonomija tal-UE hi l-akbar blokk ekonomiku tad-dinja u ż-Żona Ewro tagħmel l-ak­bar parti mis-suq Ewropew. Għalhekk, li jiġri f’din iż-żona jaffettwa lid-dinja, kif dak li jiġri fid-dinja, l-aktar fl-Istati Uniti, fil-Ċappun, fiċ-Ċina u dan l-aħħar anke fl-Indja jaffettwaw liż-Żona Ewro. Ftit qabel faqq­għet il-kriżi tal-ewro, is-swieq din­jin kienu ntlaqtu minn kriżi finanzjarja kbira.
Fl-aħħar 30 sena, tneħħew ħaf­na barrieri għall-kummerċ bejn il-pajjiżi. In-negozju kiber b’rata qawwija mad-dinja kollha, bil-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji fuq quddiem nett biex jipprovdu finanzi mad-dinja kollha ħalli jitimgħu investiment u proġetti ġodda, kif ukoll biex jiffinanzjaw il-kummerċ. Kumpaniji kbar ta’ daqs dinji żdiedu fin-numru u fis-saħħa.
Stagħnew l-aktar il-banek u is­tituzzjonijiet finanzjarji. Inħol­qu swieq enormi ta’ fondi, fi tril­ju­ni ta’ valuta, li setgħu jiġu in­vestiti mad-dinja kolha skont l-opportunitajiet li jinqalgħu. Fejn jitfaċċa l-għawġ, dawn il-fondi jaraw kif isibu post ieħor fejn imorru, u jimirħu permezz tal-banek mad-dinja kollha.
Is-suq tal-proprjetà fl-Istati Uniti (u f’pajjiżi oħra) kien qasam ewlieni fejn il-banek – speċjalment Amerikani – fittxew li jagħmlu dejjem aktar qligħ. Fil-ġirja għal aktar investiment fil-proprjetà, ħafna banek tilfu s-sens ta’ galbu. Bdew joħorġu obb­­ligi biex jiffinanzjaw xiri ta’ proprjetà fejn kienu jpoġġu fl-is­tess pakkett, self tajjeb fuq proprjetà ma’ self riskjuż ħafna. L-ammonti totali ta’ offerti bħal dawn laħħaq triljuni ta’ dollari u nxtara minn banek mad-dinja kollha.
Imbagħad beda jinstab li wisq mill-assi miżmumin mill-banek kienu dan it-tip. Id-dħul minn­hom beda jmajna għax aktar kien hemm self riskjuż jew ħażin milli self tajjeb. Id-dħul tal-ba­nek beda jinxef u ġie jiswihom telf enormi ta’ flus. Bank wara l-ieħor iffaċċja diffikultajiet finanzjarji kbar, uħud fallew, il-banek ma baqgħux jafdaw lil xulxin u n-negozju mad-dinja għoddu ġġammja. Kieku ma kienx għal numru ta’ gvernijiet fl-Ewropa u anke għall-Gvern Amerikan li ppompjaw biljuni kbar ħalli jsos­tnu l-banek, dawn kienu jfallu. Iżda din il-kriżi laqtet bil-kbir lill-fabbriki u ażjendi mad-dinja kollha.
L-effetti tagħha għadhom magħ­na, fis-sens ukoll li l-banek u l-gvernijiet issa qegħdin joqogħdu attenti li ma jinqabdux f’qagħda fejn ikunu qegħdin iġorru wisq self li jfalli. Iżda hu preċiżament dan li ġara bil-kriżi taż-Żona Ewro.
Għal raġunijiet differenti, pajjiżi f’din iż-żona huma midjunin bil-kbir. L-im­għax għal self ġdid beda jitlagħlhom wisq u sfaxxat is-sistema li għax jużaw l-ewro jsibu imgħa­xijiet baxxi bħal tal-Ġermanja. Bl-imgħaxijiet il-ġodda, il-gver­nijiet, fuq quddiem nett il-Greċja, kienu se jogħtru u jfallu.
Jekk ifallu, l-banek li fl-im­għoddi sell­fuhom kienu se jis­piċċaw b’telf enormi. Skont Sant dan kien u għadu aspett importanti ta’ din il-kriżi.

Soluzzjonijiet mill-Ewropa
Sant spjega li fl-ewwel linja biex isolvu l-kriżi jiġu l-pajjiżi fiż-Żona Ewro, li aktar ma jgħaddi żmien qegħdin jifformaw grupp għalihom fi ħdan l-UE. Fuq quddiem tiġi l-Ġermanja, minħabba l-kobor u s-saħħa ekonomika tagħha fl-Ewropa, u magħha Franza, għalkemm din qed ikollha tbaxxi rasha għax-xewqat Ġermaniżi.
Għall-bidu, il-mexxejja taż-Żona Ewro stennew li l-pajjiżi li jkollhom diffikultajiet isolvu­hom waħedhom, mingħajr ma jistrieħu fuq ħadd għax hekk jesiġi l-Pjan ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Malajr deher li hekk il-Greċja kienet se tfalli, ħaġa li ġġib kriżi ta’ fiduċja maż-żona kollha. Imbagħad ftehmu l-pajjiżi tal-ewro li joħorġu flimkien mal-Fond Monetarju Internazzjonali self lill-Greċja, biex din ma tissellifx mis-swieq finanzjarji li jkollha tħallashom im­għaxijiet li ma tiflaħx. Is-self li l-pajjiżi tal-ewro silfu lill-Greċja (beda bi €80 biljun u baqa’ tiela’ għal aktar minn €100 biljun) intrabat ma’ kundizjonijiet li bihom il-Greċja kellha ddaħħal miżuri iebsin ta’ awsterità biex tnaqqas l-ispiża tal-gvern – tneħħija ta’ ħaddiema “żejda”, tnaqqis u tneħħija ta’ servizzi soċjali, sussidji, pensjonijiet, eċċ.
Imbagħad instab li l-istess ri­medju se jkollu jintuża mal-Irlanda u l-Portugall, minkejja dak li jgħid il-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà. Twaqqaf fond li kellu jiżdied għal darba darbtejn u llum jgħidu li jlaħħaq mat-triljun ewro biex ikun jista’ jagħti spalla lill-gvernijiet li jispiċċaw daharhom mal-ħajt. Is-self mogħ­ti dejjem marbut ma’ kundizzjonijiet ta’ awsterità li qegħdin joħolqu rabja u tbatija soċjali kbira fost il-popli.
Barra dan, fi ħdan il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, tfasslu regoli ġodda biex jgħassu t-tmexxija ekonomika u finanzjarja tal-pajjiżi kollha fiż-żona. Din id-darba, iridu jiżguraw li l-istess pajjiżi qegħdin isegwu l-kundizzjonijiet ta’ tnexxija nazzjonali kif maqbula fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-poteri ta’ sorvelja fuq it-tmexxija nazzjonali se jkunu aktar qawwijin. Fejn gvernijiet ma josservawx ir-regoli tal-patt, se jiġu mmultati pieni finanzjarji qawwijin u jkollhom jaċċettaw indħil dej­jem akbar fit-tħejjija tal-baġits tagħhom.
Skont Sant, dan ifisser tnaqqis fis-sovranità tal-pajjiżi membri fl-ewro u ma jeħodhiex bi kbira jekk fl-aħħar iqanqal diż­gwit politiku kbira daqs li dak li qegħdin naraw madwarna rigward it-tmexxija ekonomika u finanzjarja. Minn naħa, il-popli tal-pajjiżi li sejrin “tajjeb” (fuq quddiem il-Ġermanja, iżda anke l-Olanda u l-Finlandja) ma jifhmux għaliex għandhom iħallsu għal min kien “ħali”. Min-naħa l-oħra dawk li qegħdin iġarrbu l-awsterità, ma jifhmux għaliex iridu jġorru daqshekk piż biex “isalvaw” lill-bankiera, fuq quddiem fil-Ġermanja u Franza.
Il-problema hi li ż-Żona Ewro kif inhi mfassla, tkun xi tkun il-problema finanzjarja ta’ pajjiż, l-unika soluzzjoni hi l-awsterità. Ma tistax tissolva billi jiġi rran­ġat il-kambju tal-munita tal-paj­jiż, jew billi jiġu rranġati r-rati tal-imgħax intern li jgħoddu għaċ-ċirkostanzi u ma jistgħux jingħataw għajnuniet lill-im­pri­żi għax kontra r-regoli tal-UE.
Fl-istess ħin, waqt li l-ekono­mija tkun sejra lura, programmi ta’ awsterità jżidu l-piż soċjali u jxekklu t-tkabbir ekonomiku.
Intant, fl-aħħar stqarrijiet tal-Kummissjoni Ewropea, fit-tbas­sir ekonomiku tagħha għall-ħa­ri­fa 2011, din issemmi li t-tkab­bir ekonomiku reali Ewro­pew mistenni jkun wieqaf sal-aħ­ħar ta’ din is-sena u li forsi jkun hemm bidu kajman u dgħajjef ta’ tkabbir tard is-sena d-dieħla, iżda li xorta jinħass inċert. Dan juri li hemm inċer­tezza dwar jekk hux se jerġa’ jkun hemm riċessjoni oħra.

F'Malta
Meta staqsejt lil Sant dwar is-sitwazzjoni f’Malta, hu qalli li min jemmen li s-sitwazzjoni f’pajjiżna hi waħda tajba, jew li l-gvern irnexxielu jaħrab mill-kriżi tal-ewro, allura dan qed jiġi aljenat u ngannat bil-propaganda tal-gvern. Fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea (għal­kemm miżmuma kunfidenzjali) u fi ħdan analisti indipendenti tal-ekonomija Ewropea, hemm xettiċiżmu dwar kemm l-ekonomija u l-finanzi ta’ Malta jinsabu fis-sod. Aktar kmieni din is-sena, istitut ta’ riċerka politika Ġermaniż, iċ-Ċentru tal-Politika Ewropea fi Friburg, ippubblika studju dwar kemm il-pajjiżi tal-ewro setgħu jilqgħu għall-għawġ finanzjarju, mhux biss billi tħares lejn il-finanzi tal-gvern imma wkoll id-dħul u l-ħruġ tal-pajjiż kollu. Fuq din il-bażi, sabu li Malta kienet flim­kien mal-Italja, Ċipru, u l-Portu­gall fil-kategorija tal-pajjiżi tal-ewro li jinsabu fl-aktar qagħda mwegħra finanzjarjament.
Ir-realtà hi li ma’ kull sena, l-ekonomija tagħna qiegħda ssir aktar vulnerabbli u fraġli. Ir-rata tagħna ta’ tkabbir jiddependi fuq l-eżistenza tal-qasam tal-im­ħatri bl-Internet u tas-servizzi finanzjarji, mentri l-industrija u t-turiżmu baqgħu jitilfu fil-kom­petittività tagħhom. L-impjiegi li jinħolqu fil-biċċa l-kbira periferali jew partajm, b’valur miż­jud baxx. Il-livelli ta’ investiment fil-pajjiż, kemm pubbliku u privat, hu baxx meta mqabbel ma’ ta’ pajjiżi oħra. Il-konsum tal-gvern, jew in-nefqa rikorren­ti, baqa’ jiżdied mingħajr ma żdiedet l-effiċjenza tal-gvern. In­tant, kemm ilna membri tal-UE, l-iżbilanċ kummerċjali mal-Ew­ropa baqa’ jikber u dan mhux għax il-Maltin bdew jixtru mill-Ewropa dak li qabel kienu jixtru minn barra l-Ewropa. Kieku ġara hekk, kieku d-defiċit kummerċjali mal-Amerika kien jiċ­kien, meta fil-fatt dan żdied. Il-pajjiżi tal-ewro f’diffikultà kell­hom problemi u piżijiet simili ħafna għal dawn qabel ma daħlu fil-kriżi.

Lejn ix-xifer
Dr Sant spjegali li bil-politika li miexi biha l-gvern, se jkun faċli naslu fix-xifer. Jistgħu jinqalgħu żbilanċi kbar u f’daqqa li ma nkunux nistgħu nilqgħu għalihom. Raġuni għal dan hi li l-kompetittiv koll li fil-baġit tal-2012 il-gvern mhu qed jagħmel xejn serju biex jinvesti bil-galbu fi proġetti li jsaħħu l-kompettivi­tà.
Li għandu favur tiegħu l-gvern hu l-fatt li ħafna mis-self tal-gvern isir Malta minn fost il-Maltin – imma l-Italja bdiet ukoll minn diin il-pożizzjoni. Punt ieħor hu li l-livelli ta’ aspirazzjoni fost il-Maltin, baqgħu baxxi ħafna. L-ebda pajjiż ieħor fl-Ewropa ma kien jaċċetta qagħ­da fejn daqstant ftit mill-poplu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jew fejn ir-rati ta’ titjib ekonomiku jkunu daqstant kajmani għal daqstant snin, jew fejn hemm daqstant firda bejn id-dħul tal-ftit u d-dħul tal-ħafna.
Skont Dr Sant, mil-lum għal għada s-sitwazzjoni tista’ ssir tali li jtiru mar-riħ dawn il-fatturi li s’issa jidhru li laqgħuna milli nħossu jw nindunaw bl-effetti fuqna tal-kriżi tal-ewro, minkejja li bqajna nħallu l-ekonomija ssir aktar fraġli. Eżempju, fil-qasam ta’ x’inhu d-dejn li qed iġorr il-gvern, is-sitwazzjoni mhix ċara dwar il-ħafna garanziji li l-gvern u l-korpi tiegħu ħarġu matul is-snin. Dawn il-garanziji ma jidhrux qishom dejn fil-kotba tal-gvern, imma mil-lum għal għada jistgħu jissarrfu fi djun jew agħar.
Sant ma jaqbilx mat-tmexxija ekonomika u finanzjarja ta’ dan il-gvern. Iħoss li d-dħul ta’ Malta fl-ewro kien żball għax sar kmieni wisq. Sar meta Malta ma kinitx imħejjija biżżejjed biex issostni l-kompetittività tagħha fi żdan iż-Żona Ewro. Iħoss ukoll li ma nistgħux nibqgħu sejrin għal dejjem b’defiċit kummerċjali li jiżdied mal-UE mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi.
Issa qed joħroġ ċar li anke l-ewro kienet għadha ekonomikament nejja bħala proġett u qegħdin naraw il-konsegwenzi.
Il-gvern mhux qed jirrikonox­xi dan u qed jibqa’ għaddej bl-istess politika tal-aħħar 13-il sena, li rat il-ħidma produttiva Maltija fl-ekonomija reali tmur lura bil-kbir.
Sant isostni li politika oħra trid tinbena fuq: il-ħtieġa stra­teġika li l-investiment kemm pubb­liku u privat jissaħħaħ, jiżdied u jsir iżjed effiċjenti; sforz biex in-nefqa rikorrenti tal-gvern tinġieb taħt kontroll fis-sens li tkun ippjanata fuq medda ta’ tliet snin u li jitneħħa minnha kull ħela waqt li jiġu ssettjati prijoritajiet ċari għal­xiex u kif għandha tkompli tiżdied; programm wiesa’ biex titjieb l-effiċjenza u l-kompetittività f’kull qasam tal-ħidma eko­nomika u soċja­li; riekwilib­raġġ tal-istruttura tat-taxxi, f’dan is-sens jidher sew li l-VAT serviet biex tkompli tiżdied l-ekonomija s-sewda li f’Malta issa relattivament fost l-akbar fl-Ewropa; u ħidma qawwija kontra l-għoli tal-ħajja, mhux il-gvern innifsu jservi ta’ xprun biex il-prezzijiet jogħlew.

Inflazzjoni gholja
Dwar dan, Dr  Sant qalli li Malta għandna l-problema taċ-ċokon u minħabba li aħna gżira. Jekk ma’ dawn jiżdiedu l-ineffiċjenza, il-korruzzjoni u l-inkompetenza, allura l-ekonomija se tbati. Eżempju r-riforma tat-trasport pubbliku bil-mod diżas­truż kif twettqet, barra mill-in­konven­jenza kbira li ġabet lill-familji, ġabet ukoll magħha piżijiet u spejjeż ġodda, li mhux kulħadd għadu qed jagħraf.
Biex tiġi miġġielda l-inflazzjoni għolja jrid isir programm sħiħ ta’ ħaidma li għalih ikun hemm l-impenn minn fuq nett tal-gvern u li jitħaddem fuq għadd ta’ livelli: ġlieda kontra l-burokrazija u l-ineffiċjenzi fis-sistema ta’ tmexxija tal-gvern, li trid tipprovdi valur għall-flus; saħħa li tingħata b’mod reali mhux b’ġesti vojta biss lill-ħarsien tal-konsumatur; il-ħlasijiet tal-konsumatur għal servizzi tal-gvern, fosthom dawl u ilma, jinġiebu għal-livelli ta’ pajjiżi oħra permezz ta’ ‘shadow pricing’ ikkalkulat sew; implimentazzjoni ta’ regolamenti li jassiguraw li jkun hemm kom­­petizzjoni vera, mhux l-inqas fis-settur bankarju u finanzjarju u f’dawk tal-importazzjoni u d-distribuzzjoni tal-ikel, tal-mediċina u prodotti tal-informatika, tal-edukazzjoni u tal-elettronika; inċentivi lil investimenti li jimmodernizzaw im­pjanti ta’ distribuzzjoni privati u ta’ servizz pubbliku; u investimenti mill-gvern li jsir fil-waqt, bi ħsieb u bil-galbu mhux b’ħafna fanfarri li ġejja riforma kbira u kollox jispiċċa tħarbita manja.

Soluzzjoni Ewropea
Alfred Sant qalli li l-problema fl-Ewropa hi li l-proġett Ewropew jinsab f’idejn il-klikek stabbiliti u mħallsin tajjeb li jridu li tgħaddi tagħhom akkost ta’ kollox. X’aktarx jirnexxilhom fit-tir tagħhom, għax bnew alleanza ta’ poter qawwija, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar hi anti-demokratika u mhix qiegħda tkun suċċess ekonomiku. Eżempju fl-aħħar snin l-Ewropa kellha l-iċken rati ta’ tkabbir fid-dinja u jidher li dan mhux se jinbidel fiż-żmien li ġej.
Fil-kunċett, il-proġett tal-ewro falla. Imma hu proġett politiku tal-klikek li bl-ebda mod mhuma se jżarmawh. Se jagħmlu l-lapazzar politiku u finanzjarju li hemm bżonn, ħaġa li fl-aħħar mill-aħħar se tikkonferma d-do­minanza tal-Ġermanja. Minkej­ja dan, Sant iħoss li mhux ċert jekk il-Ġermanja jridux din id-dominanza fuq il-bqija tal-Ew­ropa. Kollox juri li l-arranġament fejn il-pajjiżi Ewropej ikom­plu jitifu mis-sovranità tagħhom, mhux se joffri garanzija biex it-tkabbir ekonomiku jerġa’ jirranka.
Aktar minn hekk, l-isforzi biex iż-Żona Ewro tinżamm fuq saqajha jistgħu jwasslu għal diż­gwit politiku kbir. Bħalissa l-kelma fost il-klikek tal-ewro hi li aħjar iħallu lit-teknokratiċi jmexxu, aktar u aktar jekk dawn ikunu jaqblu mal-federaliżmu Ewro­pew. Il-problema se tkun li jekk jinfirex id-diżgwit politiku ta’ popli li jixbgħu mill-awsteri­tà, l-istituzzjonijiet politiċi se jku­nu skreditati, it-teknokratiċi jwarrbu u jgawdu minn dan kollu l-partiti tal-lemin estrem, li aktarma jikber id-dwejjaq tal-poli, aktar isibu fejn jixxalaw.
melvindelsol@hotmail.com

Friday, November 25, 2011

It-tielet Malta Comic Convention fil-Kavallier ta’ San Gakbu

Kultura li ghadna qeghdin naghrfuha

Meta wiehed isemmi l-kelma comic hafna min-nies jassocjawh ma’ suggett li hu tat-tfal. F’mohhhom jigihom il-Beano u comics ohrajn simili. Fil-verità din l-idea hi zbaljata u min jifhem vera fil-comics iqabbilhom ma’ kultura. Hekk tkellem mieghi Chris Legalle minn Wicked Comics li flimkien ma’ tim ta’ tmienja min-nies qed jorganizza ghat-tielet darba l-Malta Comic Convention.
Chris qalli li f’pajjizna hi problema li n-nies jassocjaw il-comics ma’ xi haga tat-tfal u li juzaw Ingliz ta’ livell baxx. Fil-verità din il-kultura tinvolvi l-kotba in generali, il-‘video games’, il-films, l-animazzjoni u sahansitra t-tpingija. Artist li jpingi l-comics illum il-gurnata ssibu jahdem fl-industrija tal-films u jikteb anke novelli.
Fil-fatt, barra minn Malta hemm universitajiet li huma dddedikati fuq hekk biss u l-istudenti jiggradwaw f’dan il-qasam. Barra minn hekk, qeghdin jahdmu fuq diversi kitbiet klassici, bhalma huma dawk ta’ Shakespeare, biex jaqilbuhom f’format komiku. Din is-sena, fil-Comic Con se jkun hemm erba’ artisti li hadmu fuq dawn ix-xoghlijiet.
Chris qalilna li huma qeghdin jipprovaw jippromwovu dan il-materjal fl-iskejjel, fejn ikollok it-test originali f’naha u mbaghad ikollok verzjoni aktar semplici biex min ibati xi ftit biex isegwi jsib l-ghajnuna. Barra minn hekk johorgu wkoll noti b’format komiku biex aktar jghinu lill-istudenti jistudjaw u jifhmu.

Diskussjoni dwar l-uzu tal-comics

Waqt il-konvenzjoni li se ssir fi tmiem din il-gimgha fic-centru tal-Kreattività, il-Kavallier ta’ San gakbu, se jkun hemm bosta tahditiet dwar dan is-suggett. Fost l-ohrajn se jitkellem David Pace li hu ghalliem u li se jitkellem dwar kif in-novelli grafici jistghu jintuzaw bhala mezz biex wiehed jaqra. Barra minn hekk, se jkun hemm panel immexxi minn gorg Mallia u flimkien mal-membri l-ohrajn se jitkellmu wkoll dwar il-comics u l-uzu taghhom fl-edukazzjoni.
Maghhom se jiehdu sehem ukoll membri ohrajn bhal Sonia Leoung li xogholha hu li ddur id-dinja u tghallem dwar l-arti tal-comics u kif jistghu jintuzaw; Sonia Muscat li tahdem bhala ghalliema u taghmel hafna prezentazzjonijiet lit-tfal u tuza l-eroj komici biex tfehemhom dwar suggetti bhall-importanza li jieklu ikel bnin u suggetti simili u bosta nies ohrajn li se jaqsmu l-esperjenza taghhom ma’ dawk li jkunu prezenti.

Nuqqas ta’ kreattività

Chris ihoss li hawn Malta hawn il-bzonn tal-comics. Dan peress li hawn nuqqas kbir ta’ kreattività. Hu jhoss li sa minn meta tkun zghir jipprovaw jaqtghulek il-kreattività u ghalhekk huma qeghdin jahdmu biex jevitaw li dan jigri.
Ghal dan il-ghan huma organizzaw anke kompetizzjoni fejn it-tfal li hadu sehem fiha gew imqabbdin joholqu l-eroj taghhom. Ix-xoghlijiet kollha se jigu esebiti fil-konvenzjoni u l-esperti barranin fl-ahhar se jaghzlu liema rebhet.
Ghalkemm fil-konvenzjoni se jidhru x-xoghijiet kollha li jkunu saru matul is-sena, huma bhal organizzazzjoni jitaqghu mal-artisti minn tal-inqas darba fix-xahar u jkollhom anke workshops, fejn jghallmuhom jahdmu fi grupp. Skont Chris hi problema li jkollhom li hafna artisti f’pajjizna jkunu jridu jahdmu wahedhom. Hija haga possibbli imma rari ssib min jirnexxielu johrog comic wahdu. Barra minn Malta, fuq harga wahda ta’ comic gieli jkun hemm ghaxra min-nies jahdmu fih.
Barra milli taqsam ix-xoghol, li tahdem fi grupp hu tajjeb ghax kulhadd jesprimi l-ideat tieghu ma’ shabu u jjinghata rispons dwar l-idea li jkollu.
Rigward comics li jigu ppubblikati hawn Malta, Chris qal li s-sena l-ohra giet ippubblikata l-ewwel novella grafika, gew ippubblikati zewg comics f’forma ta’ sensiela u kull erba’ xhur qieghda tohrog sensiela li tissejjah “Tas-Sikkina”, li huma comics bil-Malti. Il-problema li ghad hemm s’issa hi li dawn il-comics jigu ppubblikati f’ammonti zghar u min iqassamhom fil-hwienet mhux qed jaghmel sforzi kbar biex ibighhom. Lanqas ma jsir xi sforz minn tal-hwienet biex ibighuhom. Il-bejjiegha hafna drabi ghadhom lanqas jafu kif jikklassifikawhom. S’issa ghad m’hawnx daqshekk promozzjoni taghhom ghalkemm is-suq taghhom jezisti u jinteressa lil diversi nies. Fuq nota tajba, Chris qal li forsi mis-sena d-diehla l-affarijiet jistghu jiccaqilqu ghax fil-konvenzjoni se jarma distributur lokali u b’hekk jara x’interess hawn fihom.

X’importanza jinghataw il-comics?

Minn meta bdiet ix-xena tal-comics f’Malta Chris ra li l-affarijiet qeghdin jimxu bil-mod ’il quddiem. Din is-sena, permezz tal-Iskema Kreattiv, f’partnership mal-British Council, l-organizzazzjoni ta’ Wicked Comics inghatat il-fondi biex iduru fi tmien skejjel u jaghtu ‘lectures’ dwar dan is-suggett. Fil-fatt, tnejn mill-artisti mistednin ghal din il-konvenzjoni se jkunu qeghdin iduru dawn it-tmien skejjel u jghallmu lill-istudenti.
Barra minn hekk, Wicked Comics qieghda tiehu sehem fil-Premju tal-President fejn qeghdin jiehdu hsieb tifel li ghandu problemi socjali izda li gie rrakkomandat mill-ghalliema tieghu ghax ghandu talent fit-tpingija.
Chris spjegali li huma ma jghallmux biss it-teknika ta’ kif tohloq comic biss, izda dwar dak kollu li tinvolvi din ix-xena u kif jahdmu l-affarijiet fil-verità. Fil-workshops jaraw anke xi problemi jiffaccjaw il-barranin li jippubblikaw dawn il-comics fuq skala akbar.
F’kuntatt li kellhom ma’ università fl-Ingilterra, dawn urew interess u ghogobhom dak li qeghdin jaghmlu Wicked Comics li mhux qeghdin jikkonsidraw il-comics fil-qasam tal-edukazzjoni biss izda b’konnessjoni mal-industrija.
Chris spjega li ghadna ’l boghod biex ix-xena tal-comics tikber, izda certi fondi li qeghdin jinholqu juru li qed ikun hemm hsieb biex nibdew naghtuhom aktar importanza fuq livell nazzjonali. Wara kollox l-arti komika tintuza kemm fi ‘graphic design’, ‘t-shirt design’, minn kumpaniji li jahdmu l-films (biex jaghmlu ‘story boarding’), fl-industrija tal-loghob, ghar-reklamar u anke f’disinni ta’ logos u affarijiet simili. Dan ifisser li tista’ toffri diversi opportunitajiet ta’ xoghol.
Skont Chris, meta bdew kien il-British Council biss li kien jassistihom hafna. Illum il-gurnata l-MTA bdew jirrealizzaw li hemm potenzjal f’din ix-xena u bil-mod il-mod l-affarijiet qeghdin jimxu.
Chris jixtieq li maz-zmien jibda jkun hemm izjed promozzjoni tal-comics, anke mill-midja. Ihoss li l-midja tista’ tghallem hafna lin-nies dwar x’inhi din il-konvenzjoni, ghax skont hu, b’differenza mal-barranin ahna ghadna ma nafux ezatt x’inhi din il-konvenzjoni u ghalhekk in-nies mhux dejjem juru interess.

Il-konvenzjoni
Intant, il-Malta Comic Con se tittella’ fi tmiem din il-gimgha bejn l-10 a.m. u s-6 p.m. fil-Kavallier ta’ San gakbu. Biljett ta’ gurnata jiswa ¢7, filwaqt li biljett ghall-jumejn jiswa ¢12. Il-biljetti jinxtraw minn mal-bieb jew inkella minn fuq www.sjcav.org. It-tfal taht il-11-il sena jidhlu b’xejn.

Tuesday, November 15, 2011

X’inhu x-xogħol tal-midja u kemm fil-fatt qiegħda tagħmel xogħolha sew?

Tiżbalja meta tħallat l-opinjoni mal-aħbar

Fid-definizzjoni tra­dizzjonali l-midja għand­ha tin­forma, teduka u tid­de­verti lil min isegwiha. Hekk beda biex jgħidilna d-Dean tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenza tal-Għarfien fl-Uni­ver­sità ta’ Malta, il-Professur u Reveren­du Saviour Chircop (ritratt).
Skont hu, illum tista’ tgħid li l-midja qiegħda tkompli tam­plifika fuq dawn ix-xogħ­lijiet tagħha u meta tie­ħu eżempju l-ġurnaliżmu tara li mhux biss qed iqassam informazzjoni dwar avveni­men­ti li ġraw iżda llum insibu s-sezzjoni ġurnalis­tika tal-opinjonijiet, fejn dak li jkun jiġbor opinjonijiet, fuq bażi ta’ fatti li jkunu qegħdin jiġru, biex tgħin lin-nies jgħaqq­du ġrajjiet li jkunu ġraw u li jekk iddommhom flimkien tara li jieħdu ċerta for­ma.
Jekk nieħdu eżempju l-avve­nimenti li ġraw riċenti fil-Libja, naraw li dawn wa­ħed­hom għandhom sinifikat mod. Iżda jekk tgħaqqadhom ma’ avveni­menti simili li ġraw fl-Eġittu, fit-Tuneżija u fis-Sirja, jieħdu forma u kuntest differenti.
Minflok tara avveniment wie­­ħed waħdu, tarah f’kuntest u fi stampa aktar wiesgħa. Il-Professur Chircop ġabilna eżem­­pju ieħor b’kantuniera li fiha jseħħ inċident tat-traf­fiku. Jekk iseħħ wieħed biss allura jkun avveniment għalih waħdu, iżda jekk fiha jseħħ wieħed kull ġimgħa allura mbagħad l-istorja hi ferm differenti.
Skont Chircop, il-ġurnaliż­mu għandu jkun dak li jgħin biex naraw id-dalma ta’ dik il-ġrajja u naraw jekk aħna nis­tgħux nagħmlu xi ħaġa dwar­ha. Hemmhekk il-ġurnaliżmu jkun ta’ għajnuna u min hu f’po­żizzjoni li jieħu d-deċiż­jo­nijiet jista’ anke jiddeċiedi fuq bażi ta’ dawn l-affarijiet.
Barra dan, il-midja tintuża ħafna għal kampanji biex twas­sal ideat. Eżempju l-kampanja favur il-mammograms fejn wie­ħed jimxi f’ħajtu b’mu­dell pre­ventiv u mhux meta jsib l-għawġ imur għand it-tabib. Meta twassal dawn l-ideat trid tara li tagħtihom bixra li n-nies tifhimhom u li tieħu gost tismagħhom. B’hekk l-objettiv tal-midja jib­da jikber u jifforma. Il-midja hi l-mod kif inwasslu mes­saġġ lil xulxin, id-divertiment lil xulxin u anke nedukaw lil xul­xin. Fil-fatt, il-Professur qal li l-midja għandha storja sa­biħa fl-edukazzjoni li ilha għad­dej­ja għexieren ta’ snin.

X'messagg twassal
Kull min jitħarreġ fil-midja jagħraf li l-mod kif nara l-affa­rijiet jien mhix l-aħħar kelma. Għalhekk il-midja hi mod kif aħna nqabblu l-opinjonijiet biex naslu lejn ċerta reqqa aħ­ħarija. Il-Professur ġab eżem­pju bi sparatura fuq per­su­na. Ma jis­tax ikun li jekk ġur­nalist jgħid li sparaw lil din il-persuna f’rasha u ieħor jgħid li sparawlha f’għonqha t-tnejn ikollhom ra­ġun, sa­kemm ma jkunux sparaw iż­jed minn balla waħda. F’dan il-każ iridu jerġgħu jiċċekk­jaw.
Dan ifisser li jista’ jkollna opinjonijiet differenti dwar av­veniment u għalhekk hemm bżonn li nipprov­du­hom t-tnejn. Hawnhekk forsi fejn marret lura l-midja Maltija.
Skont il-Professur Chircop, meta kellna stazzjon wieħed u ma konniex lanqas biss noħol­mu bil-pluraliżmu, il-kostituzz­joni kienet tpoġġi dmir ta’ bilanċ fuq l-istazzjon. Li ġara maż-żmien bil-pluraliżmu kien hemm min sostna li tikseb bilanċ billi tisma’ l-istazzjonijiet kollha, ħaġa li għall-Professur din ma kinitx de­­­ċiż­joni għaqlija.
Xandir ta’ partit partikolari ovv­ja li se jxaqleb lejn il-partit tiegħu u din ma tiskantahx, iżda b’dan il-mod hu jħoss li żidna l-polarizzazzjoni fit-toroq. Min hu mal-partit tal-papri jisma’ biss x’jgħid il-partit tal-papri u min hu mal-fkieren jisma’ x’jgħid il-partit tiegħu. Meta l-affarijiet għand­hom ikunu li tkun ta’ liema partit tkun għan­dek tisma’ l-opinjoni taż-żewġ partiti u mbagħad tagħmel l-għaż­la tie­għek.
Hu vera li stazzjon wieħed ġeneralment jiġi kkritikat li jin­tuża mill-partit fil-gvern, iżda għandu jkun hemm bilanċ fuq kull stazzjon, anke jekk ikun hemm ħamsa diffe­ren­ti. Kull ud­jenza ta’ kull mezz tal-midja m’għandiex tib­qa’ tara bin-nuċ­ċali tal-bagħal. Trid tkun informata biex imbagħad kulħadd jagħ­mel l-għażliet tiegħu. Kul­ħadd għandu dritt ta’ opinjoni iżda għandu jkun hemm din it-tip ta’ maturità.
Chircop iqabbel il-midja mal-mudell tal-‘billboards’ fejn wie­ħed jikri ‘billboard’, iħallas għalih u anke jitlef il-flus minnu biex iwassal il-mes­saġġ tiegħu. Hu jaħseb li l-mid­ja qatt ma kie­net in­­ten­zjonata għal hekk. Il-mid­ja kienet intenzjonata ħalli n-nies ikollhom aktar infor­mazz­joni f’idejhom ħalli mbagħad iku­nu jistgħu jagħm­lu għażliet aħjar. Jista’ jkun li jkun jogħġobni dak li nara u nisma’ jew jista’ jkun li le. Kulħadd bl-opinjoni tiegħu, iżda b’rispett lejn xulxin hemm nilħqu ċerta maturità meta l-mezzi tal-midja jxandru opinjoni differenti. Inkella se nib­qgħu sejrin li kulħadd jisma’ tiegħu u ovvjament tiegħi dej­jem se jogħġobni.
Dan ma jseħħx f’Malta biss. Li jkun hemm mezz tal-midja li jkollu bixra ssibha kullimkien, iżda li mmorru biss lejn il-bixra esklussiva, dik tidher ħafna f’paj­jiżna. Il-Professur iħoss li kultant qisna qegħdin fil-kruċjati, fejn dak li jkun dej­jem iħeġġeġ lin-nies tiegħu u b’dan il-mod kollha qegħdin nitilfu.

Kampanji elettorali
Għall-Professur Chircop hu in­teressanti kif il-midja tilgħab parti importanti fil-kampanji elet­torali. Fil-fatt, l-akbar spiża tmur biex il-partiti jkomplu jrew­ħu lil dawk li diġà jaqblu magħhom, mudell li fil-verità ma tantx jagħmel sens.
Barra minn Malta jaħdmu b’mod differenti. Ma jużawx ir-riżorsi tagħhom biex jiġbdu nies li jafu li diġà qegħdin magħhom u li se jappoġġjaw­hom meta jiġu għall-vot. Jipp­rovaw jinfluwenzaw nies li huma aktar fin-nofs għax hu diffiċli li ddawwar nies li huma akkaniti ma’ partit. Allura jipprovaw jiġbdu nies li jkunu fin-nofs ħalli l-isforz ma jkunx wisq kbir.
Aħna bħala pajjiż hemm bżonn li nagħmlu differenza bejn l-aħbar u l-opinjoni. Il-Professur ġab eżempju bil-BBC fejn qalilna li l-aħbarijiet fihom infushom idumu xi għa­xar minuti u huma limita­ti biss li jgħidulek x’inhi l-aħbar. Imbagħad ikun hemm programmi b’kummenti dwar il-fatti li jku­nu ġraw u jingħataw diversi opinjonijiet.
Aħna ma nagħmlux distin­zjoni bejn l-aħbar u l-kumment u nagħġnuhom flimkien. Dan mhux ġust mal-udjenza li ssegwi.
Qalilna wkoll li ġieli f’paj­jiżna l-midja ma qablux bej­niethom f’każ ta’ sparatura dwar kemm ikunu ġew sparati balal. Dan hu fatt li jista’ jiġi ċċekkjat, eżempju bir-rapport tal-awtopsja.
Meta tirrapporta l-midja, eżem­pju jekk personalità ltaq­għet ma’ oħra għandha tgħid fejn seħ­ħet il-laqgħa, meta, kif u x’ħin u kemm da­met il-laqgħa. It-tnejn jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom anke jekk ma jaqblux bejniet­hom. Iżda min jaħ­dem fil-mid­ja għandu d-dmir li jgħarraf lill-udjenza biż-żewġ na­­ħat, imbagħad min ikun qed isegwi jiġġudika hu. Kompla jgħid ukoll li xi drabi lanqas naqblu fil-fatti u dawn im­por­tanti li jkunu ċari. Iħoss li la ma jistax ikollna l-oġġettivi­tà kollha allura abbandunajna l-isforz li nkunu oġġettivi għal kollox.
Diffiċli vera għax meta jseħ­ħu l-fatti ġeneralment tiġi aw­to­matika li tagħtihom kulur imma d-diskussjonijiet bejniet­na għand­hom ikunu biex naraw il-fatti u fuqhom kulħadd jikkum­menta. Fuq din li nħalltu l-aħ­barijiet mal-kummen­ti  l-Pro­fessur iħoss li m’aħniex in­kunu ġusti ma’ kulħadd.

Gurnalisti f'kunflitt
“Jekk se nibqgħu b’sistema fejn il-ġurnalist qisu ‘loudspeaker’ tal-partit allura l-ġurnalist nnif­su se jkollu kunflitt. Bejn irid ikun fidil lejn il-professjoni u bejn lejn il-partit li jħaddmu. Dik toħloq ċerta dif­fikultajiet kbar. Ara jekk ngħid hemm ġurnalist li jirrapporta l-fatti u mbagħad ikun hemm kummentarju, hemm naf li min isegwi jaf li hu kummentarju.” Hekk iħoss il-Professur u għalhekk jem­men li sew li l-kummentarju ma jinkludix biss naħa waħda jew tnejn u l-abbiltà għandha tkun li ngħarr­fu lil min isegwina kemm is-sitwazzjoni hi kkum­plikata u li fiha mhux biss żewġ fatti iżda ħafna aktar. B’dan il-mod min isegwina jkun jista’ jagħmel ġudizzji u deċiż­jonijiet aħjar.
Dak hu x-xogħol tal-midja li tgħin lin-nies u tinformahom biex ikunu abbli jieħdu deċiż­jonijiet għall-ġid tal-paj­jiż u tal-komunità.

Studenti tal-midja
Fuq bażi individwali, il-Professur ra studenti joħorġu b’pin­na sabiħa u li tagħmel dif­fe­renza. Iżda hu jħoss li bħa­la strut­turi għadhom ma għamlux biżżejjed impattt. Iħoss ħafna li student joħroġ b’ċertu idealiżmu imma mba­għad jindaħan mill-magni tal-partiti. Din tinkwetah. Iħoss li hemm protezzjoni għall-ġurnalisti iżda jħoss li jis­piċċaw magħluqin u fil-kollettiv għadna m’aħniex hemm.

Etika gurnalistika
Dwar dan, il-Professur qalilna li jaf ġurnalisti li batew ħaf­na għal dak li jemmnu fih u anke kienu lesti li jwarrbu għal dan. Iżda mbagħad għan­dna wkoll min ma jagħtix kas.Hu jħoss li ma jafx fejn hu l-bilanċ. Li jaf żgur hu li aħna obbligati li nwasslu l-aħbar bl-informazzjoni biex kulħadd jiddeċiedi. Spiss naqtgħu qalbna u nirraġunaw li għax diffiċli tkun imparzjali allura niġġustifikaw billi ngħidu li ħadd ma jista’ jkun vera objettiv u nifhmuha li l-istejjer huma aħ­jar mill-verità.
Iħoss li għandna nimmiraw li l-etika tiġi l-ewwel akkost ta’ kollox. Inkella se nwaqqgħu l-ġebla fuq saqajna. Min jase­ġera fl-aħħar se jsib min se jżommu u jagħmillu regoli biex iwaqqfu, iżda min minn jeddu jkun professjonali anke bħal individwu jkun aħjar u b’saħħtu anke moralment.
Ħafna drabi iżda ma jkollniex il-kuraġġ li nwaqqfu lil min ma jimxix sew u tidħol l-irrazzjonalità li kulħadd hekk jagħmel u li aħjar ma nitkellmux.
Ix-xewqa tal-Professur Chir­cop hi li jara midja aktar res­ponsabbli u li tirrispetta lil kul­ħadd. Li tiċċekkja l-affarijiet qabel ma xxandarhom u li mhux kollox jgħaddi.
Iħoss ukoll li aktar mal-mid­ja timmatura aktar tista’ ssir għodda ta’ riflessjoni, ta’ twettiq mill-ġdid tal-lingwa u tal-ġrajjiet. Il-midja għandha rwol importanti u minkejja li l-affarijiet ġieli jiġu kif jiġu, irridu nipprovaw nirranġaw­hom.
melvindelsol@hotmail.com

Sunday, November 13, 2011

Sieħbu jħoss il-vojt li ħalla

Intemm staġun ieħor tat-tlielaq tal-muturi, forsi bl-agħar mod possibbli, hekk kif ħalliena b’togħma qarsa bil-mewt tas-sewwieq maħbub Marco Simoncelli fil-kategorija MotoGP.
Fil-funeral ta’ Simoncelli attendew bosta sewwieqa li kienu ħbieb kbar tiegħu, fosthom Va­lentino Rossi u Mattia Pasini, li kienu ilhom ħbieb ta’ Simoncelli sa minn meta kienu għadhom tfal.
It-TORĊA għamlet kuntatt ma’ Mattia Pasini, li hu wkoll sewwieq tal-muturi, iżda fil-kategorija Moto2. Pasini kien ukoll isuq ma’ Simoncelli meta dan tal-aħħar kien għadu sewwieq f’din il-kategorija.

Raġel twajjeb u b’qalb kbira

Fil-kummenti tiegħu, Pasini qalilna li Simoncelli kien ħabib tiegħu sa minn meta kienu tfal u kibru flimkien f’dan l-isport tal-muturi. Skont Pasini, Simoncelli kien raġel twajjeb li kien dejjem disponibbli għall-familja, għal sħabu u għal dawk kollha li kienu jsegwuh. Kompla jgħidilna kemm kien ġeneruż, ġentili, devot, ċajtier u dejjem b’daħka fuq wiċċu. Iżda l-isbaħ karatteristika tiegħu kienet li kellu qalb kbira, kemm fil-paddock kif ukoll f’ħajtu. Kien hawn li Pasini qalilna li se jħoss ħafna n-nuqqas tiegħu.

L-inċident

Dwar l-inċident li qatel lil sieħbu, Pasini qalilna li hu jħoss li dan ma kienx tort tas-sistemi tas-sigurtà. Spjegalna li s-sigurtà tinsab fi stat ta’ progress kontinwu, kemm fiċ-ċirkwit kif ukoll fl-apparat tal-muturi.
Skont Pasini, li kieku Simoncelli telaq il-mutur u żelaq minn fuqu, kieku kien jirnexxilu jeħlisha. Qal ukoll li hu jaħseb li kien żball tas-sewwieq, peress li kien tilef il-kontroll tar-rota ta’ quddiem.
Għalkemm dejjem hemm lok għal progress fis-sistemi ta’ sigurtà, Pasini hu konxju li hemm limiti għal kemm dan l-isport jista’ jsir sigur. Spjegalna li huma jsuqu muturi li jiġru iżjed min-normal u huma jafu li fl-isport tagħhom dejjem hemm element ta’ riskju.
Intant, fi kliem Mattia Pasini “sfortunatament inħoss li tlift ħabib kbir… issa mar jgħix il-passjoni tiegħu mingħajr limiti… il-ħajja tkompli, u l-aħjar mod biex nonorah huwa bil-mod bħalma konna wegħedna lil xulxin, li jekk xi darba xi ħadd minna jiġrilu xi ħaġa, l-ieħor ikompli…”
Iżda, wara dan l-inċident hekk ikrah u minkejja li s-sewwieqa jafu bir-riskju li jistgħu jitilfu ħajjithom, xi jġegħelhom jibqgħu għaddejjin? Pasini qalilna li r-raġunijiet huma “l-passjoni, l-adrenalina, l-għatx għar-rebħa… nafu li l-ħajja minna nnifisha hi perikoluża… nafu li hemm il-periklu iżda fuq il-mutur ma nibqgħux naħsbu fuq xejn.”

L-istaġun ta’ Pasini u l-futur

Intant, rigward l-istaġun li għadu kemm intemm, Pasini qalilna li hu kellu staġun qalil ħafna fejn kellu diversi waqgħat. L-ambizzjoni tiegħu, bħal ta’ kull sewwieq ieħor, kienet li jirbaħ il-kampjonat.
Dwar il-possibbiltà li jitla’ għall-kategorija ta’ sieħbu Simoncelli, fil-MotoGP, hu qal li għadu ma jafx jekk qattx isuq f’dik il-kategorija. Iħoss li għad għandu ħafna x’jitgħallem qabel ma jibda jaħseb biex isuq fuq muturi 4-stroke u jrid jiċċekkja ħafna affarijiet qabel.

Messaġġ fuq Facebook

Mal-mewt ta’ Marco Simoncelli li sofra inċident ikrah fit-tieni dawra tat-tellieqa f’Sepang, fil-Malasja, Pasini kien wieħed minn tal-ewwel li tella’ l-kumment tiegħu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook biex ifakkar lil sieħbu.
Hu qal li ma kellux kliem kif jista’ jiddeskrivi dak il-mument u li l-ħajja hi taċ-ċajt u tagħmel il-ħsara lil min ma jkunx jistħoqqlu. Kiteb ukoll li hu kien hemm ma’ Marco sal-aħħar, talab għalih, beka għalih bħalma għadu jagħmel u għadu ma jistax isib risposta.
Hu ħass li biċċa minnu baqgħet ma’ Marco Simoncelli, biċċa minn ħajtu, biċċa minn qalbu.
Fakkru fl-avventuri tagħhom, fit-tlielaq sa minn meta kienu tfal. Tfal li kellhom ħolma. Ħolma li llum jistaqsi jekk hix daqshekk ta’ min jiġġieled għaliha. Ftakar ukoll f’sentejn ilu, meta rebaħ il-kampjonat u tgħannqu flimkien u bkew flimkien. Illum hu jibki lilu għax ma jistax jerġa’ jgħannqu.
Pasini ħass li Simoncelli ħalliena bil-mod kif l-aktar kien iħobb jagħmel, iżda dan mhux biżżejjed biex jimla l-vojt li ħalla warajh. Pasini qed jirrifletti jekk hux vera ta’ min jiġġieled għal din il-ħolma, li jagħmel tant sagrifiċċji, jirriskja saħħtu u jiddedika ħajtu biex imbagħad jibqa’ memorja.
Iżda Pasini kiteb ukoll li jekk jibqa’ sejjer fil-karriera tiegħu biex ikompli l-ħolma tiegħu, dan se jkun għal Simoncelli. Dejjem se jibqa’ miegħu u jekk ikollu bżonnu jaf li hemm ikun… f’qalbu.

Sigurtà fiċ-ċirkwit ta’ Sepang

Wara li seħħ l-inċident ikrah ta’ Simoncelli, iċ-chairman taċ-ċirkwit ta’ Sepang qal li minkejja li t-trakka ma kellha xejn x’taħti fit-traġedja, huma se jieħdu l-passi biex jiċċekkjaw is-sistemi tas-sigurtà.
Il-mewt ta’ Simoncelli mistennija tqajjem iżjed domandi dwar il-perikli tat-tlielaq u ċ-Ċermen taċ-Ċirkwit Internazzjonali ta’ Sepang, Mokhzani Mahathir qal li l-ewwel fatalità fit-trakka se tqajjem ħarsa mill-ġdid lejn is-sigurtà. Għalhekk l-organizzaturi tat-tlielaq f’Sepang għandhom jerġgħu jħarsu mill-ġdid lejn is-sigurtà minn kull angolu.

melvindelsol@hotmail.com

Tuesday, November 1, 2011

X’inhi l-libertà tal-istampa u kemm qiegħda tiġi osservata?

L-istampa  trid tkun ħielsa
Pajjiżna hu meqjus li jħad­dan sistema demokratika, fejn wieħed mill-prin­ċipji fundamentali hu li jkun hemm il-libertà (ħelsien) fl-istampa biex b’hekk il-poplu jkun informat dwar dak li jkun qed jiġri madwaru u jkun jista’ jieħu de­ċiżjoni informata bbażata fuq dak li jkun mgħallem. Fil-verità, kemm aħna qegħdin ngħixu f’pajjiż fejn il-ħelsien tal-istampa qiegħed jiġi osservat?
Ħassejna li biex inkunu nis­tgħu nwieġbu din il-mistoqsija bl-aħjar mod possibbli, u biex nieħdu stampa ċara ta’ dak li vera jiġri f’pajjiżna, ridna nieħdu l-opinjoni ta’ dawk li ta’ kul­jum iridu jagħmlu għażliet importanti biex imexxu l-gazzetti tagħhom bil-mod li l-aktar iħossu li hu ġust. Tkellimna ma’ ħa­mes edituri ta’ gazzetti lokali li laqgħu l-istedina tagħna u kollha weġbuna b’mod mill-aktar in­teressanti. Fosthom tkellimna ma’ Josef Caruana, Editur ta’ l-orizzont; Aleks Farrugia, Editur tat-TORĊA; Ray Bugeja, Editur ta’ The Times of Malta; Michael Carabott, Editur ta’ The Mal­ta Indipendent u Alex Attard, Editur ta’ In-Nazzjon Tagħ­­na.

X'inhi l-liberta' tal-istampa?
Skont ma qalilna Alex Attard, il-libertà tal-istampa hi “kejl importanti tad-demokrazija ta’ paj­jiż u ta’ poplu. Tkejjel ukoll kemm soċjetà hi miftuħa u tirris­petta opinjonijiet differenti, ar­gu­menti li mhux bilfors ikunu qegħdin isemmgħu vuċi waħda. Stampa libera, tirrappreżenta soċ­jetà ħielsa u b’saħħitha.”
Min-naħa tiegħu Ray Bugeja spjegalna dak li kiteb il-ġurna­list Ingliż John Wilkes madwar 250 sena ilu meta fil-kitba radikali li kienet tiġi ppubblikata kull ġimgħa, The North Briton, hu kiteb: “The liberty of the press is the birthright of a Bri­ton and is justly esteemed the fir­mest bulwark of the liberties of this country.” Dan ifisser li hu dritt fundamentali u hu meq­jus fost l-aktar importanti f’paj­jiż li hu demokratiku u fejn il-liġi hi rrispettata kemm fil-kelma, kif ukoll fl-ispirtu.
Ray, qal ukoll li Wilkes ma kienx qed jitkellem biss dwar il-ħelsien tal-istampa iżda kien qed jitkellem dwar id-drittijiet tal-komunità, bħala soċjetà. Skont Ray ukoll, il-Kap tal-Ġus­tizzja ta’ England Wales, Lord Judge (li hu t-tifel ta’ mara Malti­ja) rrefera għal dan il-punt f’dis­kors li għamel fl-aħħar jiem. Fil-fatt dan qal li “it is the brightright of the citizen that the press should be independent”, hekk kif enfasizza li “the independence of the press… is not only a constitutional necessity; it is a constitutional principle.”
Dwar dan, Ray qal li sfortunatament mhux il-gvernijiet kollha jidher li jaqblu, aħseb u ara kemm iwettquh, għalkemm fost­hom hemm uħud li huma eletti b’mod demokratiku. Qal ukoll li hu aktar agħar li anke xi membri tal-ġudikatura, kemm hawn Malta kif ukoll barra, xi drabi ma jifhmux dan il-punt.
Fl-istess diskors li semma Ray, Lord Judge jqajjem punt li xi ftit jew wisq ħalla lil Ray sorpriż peress li Judge hu membru importanti fil-ġudikatura. Lord Judge jpoġġi l-indipendenza tal-ġudikatura fuq l-istess livell ma’ dik tal-istampa. Fil-fatt jgħid li l-indipendenza tal-ġudikatura u tal-midja huma fundamentali t-tnejn biex jibqgħu jiġu osservati u mwettqin il-libertajiet li kultant lanqas nagħtu kashom. Isej­ħilhom indipendenzi li għandhom konnessjonijiet bejniet­hom iżda huma separati. Barra dan, jgħid ukoll li l-arranġamen­ti kostituzzjonali li jagħtu l-in­dipendenza lill-istampa jipprov­du appoġġ lill-prinċipji ta’ ġudikatura indipendenti, bħalma ġudikatura indipendenti tagħ­mel stampa indipendenti. Huma indipendenzi li m’għand­homx x’jaqsmu ma’ xulxin iżda fl-istess ħin huma fundamentali għall-ġid tal-komunità.
Iżda dan xi jfisser? Dan jagħti dritt lill-istampa li tgħid dak kollu li trid?
Michael Carabott qalilna li jista’ jkun li l-aħjar definizzjoni ta’ libertà tal-istampa hi li tkun tista’ tirrapporta dwar kull ħaġa mingħajr xkiel u bla ma jittieħdu proċeduri legali, dejjem jekk ir-rapportaġġ isir bl-intenzjoni tajba u fl-interess pubbliku. L-is­tess jgħid Ray u jenfasizza li fl-in­teress pubbliku ma jfissirx li tikteb biss dak li huma interessati fih il-membri tal-pubbliku.

L-istampa u l-messagg taghha
Michael jispjega kif fl-im­għoddi l-istampa kienet titmex­xa b’sens ta’ unur, dmir u indi­pendenza. Iżda fl-aħħar żmini­jiet dan tpoġġa fil-ġenb. Irrefera għall-iskandlu ta’ News of the World, biex jispjegalna kemm organizzazzjonijiet tal-aħbari­jiet jistgħu jaqgħu f’livell baxx. Semma wkoll lil Sky News, li skont hu “jżejnu” l-istejjer biex iżommu lin-nies aktar imwaħħlin mat-televiżjoni. Jgħidilna li dan mhux etiku u lanqas mhu ġust, iżda wieħed irid iħares lejn l-aspett kummerċjali tagħha. Il-kumpaniji li jwasslu l-aħbarijiet huma kumpaniji li jridu jaqilgħu l-flus. Kemm iridu jagħmlu flus dik imbagħad tiddependi minn dawk li jmexxu.
Dwar dan tkellem ukoll Aleks Farrugia, fejn qal li “llum f’paj­jiżna huma s-sidien li jiddeterminaw x’inhu l-ġurnaliżmu u l-ġurnalist spiss jispiċċa qisu messaġġier ta’ min iħaddmu. Dan qed iseħħ għax is-sidien tal-mez­zi tal-istampa Maltin għandhom interessi partikolari – spiss poli­tiċi, kemm fid-deher u anke fil-moħbi – u allura l-poter tat-tfassil tal-aġenda nazzjonali jriduha strettament f’idejhom u f’idej­hom biss. Il-ġurnalist jieħu daqs­xejn ta’ nifs ħieles biss meta s-sid ikun traskurat (ħaġa rari), jew inkella meta l-aġenda tal-ġur­nalist tkun l-istess bħal dik tas-sid (ħaġa aktar rari).”
Dwar dan tkellem ukoll Josef Caruana li sostna li “l-polariżmu partiġġjan għadu b’saħħtu u jid­do­mina parti kbira tal-midja lokali. Ħafna drabi l-istejjer jingħa­taw il-bixra li jkun jaqbel lil naħa b’detriment lill-fatt fih innifsu u anke b’detriment għall-in­telliġenza ta’ dawk li jsegwu l-midja biex ifittxu għarfien akbar.”
Din il-problema jsemmiha wkoll Michael fejn jgħid li f’paj­jiżna għandna problema peress li ħafna mill-midja għandha sidien politiċi. Isemmi kif l-aħba­rijiet ikunu differenti għal organizzazzjonijiet differenti u jirrif­lettu eżatt kif fil-fatt jimxu l-affarijiet fil-pajjiż. Michael jgħid li l-ħelsien tal-istampa ma jagħtikx id-dritt li ddawwar l-istorja kif trid biex tiggwadanja minnha iżda b’xorti ħażina dan jiġri f’paj­jiżna u anke f’pajjiżi oħra. Qal ukoll li x’aktarx fuq livell internazzjonali dan isir b’interes­si kummerċjali.

Nuqqasijiet
Ray isemmi li ż-żminijiet inbidlu u l-liġijiet u l-ħsieb legali evol­va wkoll. Iżda mhux biżżej­jed. Jiftakar żminijiet meta kull kelma li kienet tinkiteb u tiġi ppubblikata kellha tkun studjata sew biex ma jkunx hemm xi politiku jew inkella xi maġistrat jew imħallef li jinterpretaha b’xi mod ieħor. In-numru ta’ libelli kien ħafna iżjed. Ray qalilna li n-numru ta’ każi ta’ libelli beda jonqos meta daħal id-dritt ta’ lment individwali fl-aħħar tas-snin 80. Il-membri tal-ġudikatu­ra mbagħad kienu jidhru li jagħ­tu aktar kas tal-ġudizzji tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, għalkemm kien hemm eċ­ċezzjonijiet.
Semma wkoll każ, xi ftit snin ilu, li kien jinvolvi persuna importanti li oġġezzjona għal xi ħaġa li dehret fuq il-gazzetta li jaħdem magħha Ray. Min ilmen­ta ddeċieda li jmexxi proċeduri ċivili, kif ukoll libell kriminali. Il-merti tal-każi kienu l-istess. Ġara wkoll li ż-żewġ membri tal-ġudikatura semgħu l-każi fl-istess ġurnata. L-argumenti miġ­ju­bin kienu differenti u f’każ minnhom l-gazzetta ngħatat ra­ġun u fl-ieħor le.
Semma wkoll każ ieħor aktar riċenti, li kien jinvolvi r-rwol tal-ġurnalisti, li skont Ray kellu jingħata aktar prominenza fil-midja lokali. Kienet involuta l-istess gazzetta u l-każ qam min­ħabba kummenti li għadda ma­ġistrat waqt seduta. Dawn il-kum­menti ma dehrux fid-dokumenti tal-każ iżda l-ġurnalist kien preżenti u semagħhom u ddeċieda li jagħmel storja dwar­hom. Dan dejjaq persuna li fet­ħet proċeduri ta’ malafama kon­tra l-gazzetta u l-ġurnalist involut. Kien każ li dam ħafna u fl-aħħar kien deċiż li l-ġurnalist kellu jiċċekkja l-fatti qabel jippubblika l-artiklu u li ma kellhomx jidhru dawk il-fatti għax ma kinux fid-dokumenti.
Għal­daqstant, il-gazzetta għażlet li tmur Strassburgu fejn il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet kontra Malta. Din il-qorti kkonkludiet li għal­kemm dokument tal-qorti hu importanti għall-qorti, ma jis­tax ikun ikkonsidrat bħala l-uni­ku sors ta’ verità għal affarijiet oħra, fosthom għar-rapportaġġ tal-qorti. Il-qorti qalet ukoll li jekk tillimita r-rapportaġġ tal-qor­ti għal fatti miġjubin fid-dokumenti tal-qorti u li ma tħallix rapporti bbażati fuq li sema’ u ra ġurnalist, jew kif qallu ħaddieħor, ikun restrizzjoni tal-ħelsien li wieħed jesprimi ruħu u li jxerred l-informazzjoni, ħaġa li hi inaċ­ċettabbli.
Aleks Farrugia semma wkoll problemi u nuqqasijiet oħrajn li jkollhom jiffaċċjaw il-ġurnalisti f’xogħolhom. Fost l-oħrajn, in-nuqqas ta’ serjetà li jingħata l-ġurnaliżmu u ġab l-eżempju bil-każ ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2008, meta bniedem li qatt ma kien ġurnalist, inħarġitlu ‘press card’ tad-DOI biex jatten­di għal konferenza tal-aħbarijiet tal-Awtorità tax-Xandir biex bi pjan iħarbatha u jdawwarha f’teat­rin, b’diżrispett sħiħ lejn il-ġurnalisti li kienu preżenti u li ma setgħux iwettqu xogħolhom. Aleks spjegalna li dan il-każ kien jinvolvi lil JPO u kif dan ġie strumentalizzat mill-PN. Qalilna wkoll li kieku konna f’pajjiż fejn il-ġurnaliżmu hu rispettat, fejn il-ġurnalisti huma kburin b’xogħolhom, u fejn il-ġurnaliżmu hu meqjus bħala pro­fessjoni, dan l-iskandlu kien iqajjem furur kbir fost il-mezzi tal-istampa u mhux jibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn.
Semma wkoll il-fatt li sal-lum il-ġurnalisti għad m’għandhomx unjin tagħhom. Il-ġurnalisti m’għand­homx min iħarsilhom il-professjoni tagħhom. Għal­kemm hemm il-Press Club hu lan­qas jikkonsidrah. Għalkemm ma jġib bl-ebda mod fid-dubju l-ġenwinità tan-nies li huma fi ħdanu, li bosta huma wkoll ħbieb kbar tiegħu, hu jqis li l-affarijiet mhux jarawhom sew. Għad m’hemmx il-mentali­tà taj­ba, meħtieġa biex ikunu ta’ siwi u utilità għall-kawża ġurna­liżmu bħala professjoni. Jagħti wkoll eżempju bil-Kummissjoni tal-Etika, li skont hu spiċċat l-aqwa għodda f’idejn min irid isawwat lill-ġurnalisti. Jgħid li anke l-kompożizzjoni tagħha hi żbal­jata. Jistaqsi għaliex eżempju hemm avukat fi ħdanha meta l-avukati m’għandhom l-ebda ġur­nalist biex jiddeċidilhom jekk jimxux b’etika jew le. L-avu­kati għandhom dik li tissejjaħ “kolleġġjalità”. Il-ġurnalisti Mal­tin lanqas jafu x’inhi.
Barra minn hekk, Aleks kompla jgħidilna diversi nuqqasijiet oħrajn li jinħassu mill-ġurnalisti, fosthom in-nuqqas ta’ mentalità li l-istampa hi r-raba’ pilas­tru tad-demokrazija. Semmilna l-eżempju tal-Whistleblower Act li jgħinek biex tipproteġi s-sors li jagħżel li jitkellem bil-miftuħ, juri wiċċu u jagħti kredibilità lill-istorja tiegħek. Dak l-att ilu mwiegħed iżda baqa’ ma daħalx. Aleks qal li spiss ikollok storja tajba b’informazzjoni importan­ti għall-pubbliku iżda jkollok issemmi li ġejja minn “sors informat tajjeb” għax dak li jkun jaf li jekk juri wiċċu jkun se jbati konsegwenzi kbar. Imbagħad jo­ħorġu ċ-ċaħdiet uffiċjali tas-soltu u l-ġurnalist ma jkun jista’ jagħmel xejn għajr li tibqa’ sfida bejnu u l-awtorita­jiet.
Anke Josef tkellem dwar dan u qal li għalkemm il-liġi tippermetti li ma tikxifx lis-sors tie­għek, anke f’każi ġudizzjarji, ma jfissirx li ma ssirx pressjoni, kemm minn individwi kif ukoll minn awtoritajiet li jispiċċaw fil-mira ta’ xi artiklu. Qal li m’hemmx x’tikkritika partikolar­ment fil-Pulizija, li kull darba li ntalab l-appoġġ tagħha minħabba xi tip ta’ vjolenza, intimidazz­joni jew anke theddid, din aġix­xiet minnufih u meta kien meħtieġ ħadet passi ġudizzjarji fil-qrati.
Iżda minkejja dan, hu qal ukoll li jaslu theddid u intimi­dazzjonijiet fini mingħand min tistenna mod ieħor jew ferm aħjar. Spjega kif meta l-orizzont “ġieli żvela stejjer esklussivi li ħammru wiċċ l-amministrazzjo­ni attwali, inkluż il-ġimgħa l-oħra, ġejna attakkati li għandna l-intenzjoni li nagħmlu biss ħsa­ra lill-pajjiż, li nħaddnu ġurna­liżmu bla etika u malinn, fost l-oħrajn. Dan għax naturalment ma daqqx għal widnejhom, min­kejja li ma ngħatajniex provi kontra dak li ġie rrapportat min­na jew anke ġie kkonfermat minn­hom stess.”
Josef qalilna li trid trabbi qox­ra ħoxna fil-ġurnaliżmu lokali biex taffronta l-intimidazzjoni, li ma ssibhiex jekk mhux f’pajjiżi li għadhom jgħixu fid-dlamijiet ta’ żminijiet oħrajn.
Jaħsibha differenti ħafna Alex Attard li qalilna li l-ħelsien tal-istampa kellna niġġieldu għalih lejn l-aħħar tas-snin 70 u għall-bidu tas-snin 80.
F’pajjiżi oħ­ra, b’mod speċjali fid-dinja Għarbi­ja, il-libertà tal-istampa f’ħafna pajjiżi għadha mhix aċettata. Dan qed iwassal għal rivoluzzjo­nijiet kbar kif qegħdin iseħħu fil-pajjiżi qrib tagħna fl-Afrika ta’ Fuq.
Skont Alex, f’pajjiżna kif da­ħal il-pluraliżmu fix-xandir wara l-elezzjoni tal-1987 li ntreb­ħet mill-PN, il-libertà tal-istampa ħadet triq ġdida. Hu qal li “l-PL li tant kien kontra l-plu­ra­liżmu fix-xandir, kien hu l-ew­wel li fetaħ l-istazzjon tat-tele­viżjoni tiegħu privat. Dan hu sinjal tajjeb.” Alex qalilna wkoll li llum paj­jiżna jgawdi minn ambjent ta’ libertà fil-qasam tal-istampa. In-numru ta’ gazzetti ppubblikati żdiedu. Is-soċjetà Maltija għand­ha għażla wiesgħa ta’ gaz­zetti. Żdiedu wkoll stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni. Il-vu­ċijiet u d-diversità ta’ opinjonijiet jirriflettu l-libertà li hawn f’pajjiżna fil-qasam tal-istampa u x-xandir.
Aleks Farrugia, min-naħa l-oħra semmielna iżjed nuqqasijiet li hu jara fl-istampa, fejn semma l-Freedom of Information Act li wkoll baqa’ fuq l-ix­kaffa. Qalilna li ġurnalist jitlob informazzjoni u jiżgiċċawlu bi skuża jew oħra ħalli jibqa’ fl-għa­ma. Qal ukoll li qed jiġri hekk ukoll fil-mistoqsijiet parlamentari li hu sors importanti għall-ġurnalisti. Mistoqsijiet  bla tweġiba, imweġbin ħżie­na, dettalji miżmumin, imnaqqsin u skorretti.
Barra dawn isemmi wkoll il-liġi tal-libelli li taħdem kontra l-ġurnalist. Fil-kuntest fejn l-informazzjoni tinżamm mistura u fejn min joħroġha hu kkundannat ‘a priori’, li tinsisti li jrid ikun il-ġurnalist li jressaq il-provi quddiem il-qorti tfisser li qiegħda tipproteġi l-ħabi. Il-ġur­nalist mhux prosekutur. M’għan­dux aċċess ħieles għall-infor­mazzjoni, allura skont Aleks il-liġi għandha tinbidel biex min jiftaħ libell jagħmel dan jekk ikun vera inġurjat u mhux biex jinħeba wara s-sitwazzjoni u minn fuq jingħata l-protezzjoni tal-qorti u jispiċċa l-ġurnalist ikkundannat minflok.
Ray ukoll iħoss li l-liġi tal-istampa u l-liġi tal-libelli għandhom jiġu riveduti mill-ġdid. Hu jitlob ukoll li wieħed għandu jir­regola lilu nnifsu. Iħoss li l-Gvern għandu jipp­rovdi r-riżor­si biex dan isir u jkun hu li jagħ­mel il-pass li jħeġġiġha. Iżda m’għandux ikun involut bl-ebda mod fil-mod kif u x’mezzi tuża l-midja biex tadotta r-regolazzjoni tagħ­ha nfusha.
 
Responsabbilta'
Uħud mill-edituri semmew li dan il-ħelsien għandu jintuża b’mod responsabbli.
Michael jgħid li ħafna mir-responsabbiltà għandha tkun tal-edituri li jaraw li jieħdu de­ċiżjonijiet rraġunati u informati u jirreżistu għall-pressjonijiet li jkollhom. Hu qalilna li l-editur hu responsabbli moralment u le­galment u għalhekk għandu jiżgura li l-istampa tibqa’ ħielsa, u dejjem b’kontenut ġust u fl-in­teress pubbliku. Irid ikun il-kux­jenza u d-difensur tal-mezz tax-xandir u ma jħallix li l-pressjo­nijiet li jkollu jsiru xkiel. Biex iwettaq dan irid ikollu tim taj­jeb madwaru u sidien li jħaddnu l-istess ideal.
Josef min-naħa tiegħu jħoss li “l-ġurnaliżmu hu xogħol deli­kat u kull kelma u vers għandhom jiġu meqjusin qabel jiġu ppubblikati. Aktar ma tkun stor­ja serja, aktar għandu jkun hemm konsiderazzjoni tal-konsegwenzi li din jista’ jkollha, għal­kemm xejn m’għandu jżomm lill-ġurnalist mid-dritt li jgħarraf b’aħbarijiet ta’ interess u dominju pubbliku.”
Alex Attard iħoss li bl-iżvi­lupp li sar fil-midja, kibret ir-res­ponsabbiltà ta’ min imexxi l-vu­ċijiet fis-settur tal-istampa u x-xandir. Kiber ukoll il-bżonn ta’ etika ġurnalistika, li ħafna drabi nieqsa fix-xena lokali kif ukoll anke dik internazzjonali. Hu qa­lilna li l-istampa li titlef il-kredibilità diffiċli terġa’ tiksibha.
Qal ukoll li m’għandux ikun hemm abbuż mil-libertà tal-istampa għax ikun qed isir ħafna ħażin lis-soċjetà. Kull min jaħdem fil-midja għandu jkun ta’ servizz għas-soċjetà u jrid ikun hemm sistema aktar tolleranti lejn vuċijiet u ħsibijiet differen­ti. Soċjetà li tiġġieled fuq l-argumenti u mhux fuq min ikun qed jesprimi l-argument.
melvindelsol@hotmail.com