Sunday, March 11, 2012

Mani Pulite u l-iffinanzjar tal-partiti politici…Bzonn ta’ regolazzjoni serja biex issalva l-politika

Il-korruzzjoni li nfirxet fuq bazi lokali (fir-regjuni) u l-konnessjoni li kellha mal-partiti nazzjonali Taljani wasslu ghat-tkissir tal-Ewwel Repubblika.
Kollox beda b’dak li kien jidher bhala semplici kaz ta’ korruzzjoni. Mario Chiesa kien id-direttur tal-akbar dar tal-anzjani f’Milan. Dan inqabad li kien ixxahham bis-somma ta’ seba’ miljun lira Taljana li kienu l-hlas parzjali minn kumpanija li nghatat il-kuntratt biex tipprovdi servizzi lid-dar tal-anzjani.
Fil-verità, is-somma kemm kellu jinghata kienet id-doppju ta’ dak li fil-fatt inqabad bih. Dan ifisser li s-somma kienet tammonta ghal madwar 10% tal-valur tal-kuntratt. Il-kuntrattur ma hax gost bil-prezz gholi li kellu jhallas u ghalhekk mar jirrapporta dan il-kaz mal-qrati. Il-kuntrattur hass li ma kellux ikun mitlub ihallas ghal xi haga li suppost kellha tinghata b’kompetizzjoni gusta.
Chiesa kompla jinkixef aktar hekk kif ried inaqqas l-ammont ta’ flus li jaghti lill-mara tieghu ghall-manteniment tat-tifel taghhom. Biex tpattilu, din marret u kixfet il-kontijiet finanzjarji illeciti u t-tranzazzjonijiet kummercjali li kellu.

Id-decentralizzazzjoni tal-partiti

Dan kollu jwassalna biex nistaqsu ghaliex beda jsehh dan kollu. Bid-decentralizzazzjoni tal-partiti politici l-kbar, il-poter tal-partiti beda jinqasam fuq it-taqsimiet li kellhom fir-regjuni. Dawn ovvjament kellhom bzonn il-flus halli jaghmlu kampanji elettorali u biex iwasslu l-ideat taghhom.
Il-kompetizzjoni biex jintrebhu l-voti bdiet tikber, kemm bejn il-partiti ta’ kontra xulxin, kif ukoll bejn il-membri tal-istess partit innifishom. Dan wassal biex il-korruzzjoni bdiet dejjem tikber. Sfortunatament, il-kompetizzjoni minflok wasslet biex ikun hemm politika aktar nadifa, minflok wasslet ghat-tkissir taghha.
Qabel ma bdiet id-decentralizzazzjoni tal-partiti l-ligijiet finanzjarji tal-kampanji elettorali kienu jillimitaw il-kontribuzzjonijiet tal-korporazzjonijiet lill-partiti u jipprojbixxu kontribuzzjonijiet mill-pubbliku jew agenziji para-pubblici.
Bid-decentralizzazzjoni tal-immaniggjar tas-servizzi tal-gvern bdew jizdiedu saffi ohrajn ta’ entitajiet governattivi li riedu jigu eletti. Dan kien ifisser li kien hemm bzonn izjed iffinanzjar ghall-kampanji fuq livell regjonali u lokali.
Kien hawn li l-progetti pubblici l-godda kienu jigu ggudikati fuq kemm se jipprovdu ghajnuniet minflok fuq kemm se jkunu ta’ gid ghall-pubbliku.
Ezempju car ta’ dan kienet is-sistema tal-Metro ta’ Milan. Il-partiti politici raw din l-okkazjoni biex kollha jiggarantixxu lilhom infushom mezz iehor kif jiffinanzjaw u jaghmlu garanzija ghall-iskopijiet taghhom. Dan ovvjament kien ’il boghod minn kif kienu jghidu l-ligijiet tal-iffinanzjar tal-kampanji elettorali. Fil-fatt, kif kien ammetta Craxi nnifsu, il-metro ta’ Milan kienet opportunità ghall-partiti kollha biex jigbru l-fondi minnha.
Fl-investigazzjonijiet ta’ Mani Pulite, Chiesa kien spjega kif il-politika saret tiswa flus kbar. Biex l-Italja tkun demokratika kien qed jiswa hafna flus u l-korruzzjoni kienet l-uniku mezz biex jinstab il-hlas ghaliha.
Il-partiti politici riedu jiggarantixxu l-accessibilità ghall-pubbliku. Fosthom, il-partit tad-Demokratici Kristjani f’Milan kellu l-kwartieri generali f’Milan u diversi ferghat ohrajn fir-regjuni u lokalitajiet ohrajn. F’Milan biss id-Demokratici Kristjani kellhom 40 fergha lokali.
Din il-magna politika kienet tiswa wisq flus izda kienet ir-rizultat ta’ demokrazija b’sahhitha fejn l-ghan principali kien li d-Demokrazija Kristjana jkollha l-istess prezenza daqs il-Partit Komunista.
Is-sezzjonijiet lokali tal-partit Demokratiku Kristjan ma kellhomx mezzi kif jiffinanzjaw lilhom infushom u ghalhekk kellhom joqoghdu fuq dak li kienu jipprovdulhom mill-kwartieri generali f’Milan. Dan ma kienx bizzejjed u ghalhekk beda jkun hemm kazi ta’ tixhim, xi haga li mhix ideali f’demokrazija.
Chiesa kien spjega wkoll li dawk li jappoggjaw lill-partiti riedu jithallsu tal-isforz taghhom biex jghinu lil certi politici partikolari. Jekk le dawn kienu se jduru lejn ir-rivali taghhom fl-istess partit. Ghalhekk l-attivisti kienu jitolbu l-flus u kien perikoluz jekk ma taghtihomx dak li jitolbu ghax kulhadd kien herqan li jaghmel dak kollu li kien hemm bzonn biex jiehu l-appogg tan-nies. Kienet kopetizzjonijiet individwali bejn il-mexxejja u kulhadd kien jara lil siehbu bhala l-akbar ghadu tieghu.
Id-decentralizzazzjoni bdiet tippermetti li l-ibliet jaghzlu l-kuntratturi ghax-xoghlijiet pubblici li mbaghad kienu jigu ppjanati u mhallsin mill-istat. Dan kien jiddependi mill-preferenza tal-lokal u ma kien hemm ebda interess li jkun hemm ghoti ta’ kuntratti b’kompetizzjoni gusta. Hekk inholoq suq bejn il-kumpaniji li bdew jiehdu l-kuntratti fuq xoghlijiet pubblici. Chiesa stess stqarr li f’diversi sptarijiet u facilitajiet tas-sahha kont tkun taf mill-bidu min se jirbah il-kuntratti.
Fattur iehor li wassal biex ikun hemm din il-firxa ta’ tixhim kien li l-partiti l-kbar ma baqghux jaghtu daqstant kontribuzzjonijiet lis-sezzjonijiet regjonali taghhom. Min-naha taghhom, dawn raw kif ghamlu biex bdew jiksbu ammonti kbar ta’ flus minn tixhim. Kif raw hekk, il-partiti l-kbar riedu bicca mill-kejk ukoll u talbu li s-sezzjonijiet regjonali jibdew jaqsmu dawn il-flus maghhom. Mhux talli hekk, talli l-partiti kollha bdew jipprovaw jiehdu bicca mill-istess kejk.
F’kaz partikolari, ghall-bini tal-ajruport ta’ Malepensa f’Milan, kienu ltaqghu diversi kumpaniji tal-kostruzzjoni, is-segretarjat nazzjonali tal-Partit Demokratiku Kristjan, il-kummissjoni tal-ippjanar ekonomiku tal-istess partit u r-rappezentanti lokali biex jiddeciedu kif kellhom jinqasmu l-flus li se jiggwadanjaw. Maghhom kien hemm ukoll il-Partit Komunista, kif ukoll partiti ohrajn.
Kienet saret xi haga tant komuni, li xi drabi kien hemm anke partiti li kienu jgergru ghax ma jinghatawx bizzejjed flus daqs haddiehor. Fosthom kien hemm ir-Repubblikani li gieli gergru li minkejja li kienu jippartecipaw fit-tqassim ta’ flus, hafna drabi ma kinux jinghataw bizzejjed biex ikunu sodisfatti.

Illum

Wara 20 sena minn dawn il-kazi, l-Italja xorta ghadha tissemma ghall-kazi ta’ korruzzjoni li kemm-il darba ghadhom johorgu fil-berah.
Ricentement, il-gurnalist u kittieb Roberto Saviano fuq intervista ma’ La Repubblica talab li titmexxa l-ligi kontra l-korruzzjoni. Hu spjega li apparti l-kwistjoni morali, din il-ligi tghin lill-ekonomija tkun korretta.
Talab li jizdied iz-zmien ta’ preskrizzjoni fuq reati ta’ korruzzjoni li bhalissa hu ta’ seba’ snin u nofs. F’certi kazi jkun hemm bzonn izjed zmien. Ma’ dan iz-zmien ghandhom jizdiedu wkoll il-pieni ghal min jinqabad jaghmel reati ta’ korruzzjoni.
Barra minn hekk, ghandu jkun hemm ukoll pieni ghal reati ta’ korruzzjoni bejn il-privat. Reati fuq traffiku ta’ influwenza fejn hemm min jaghti flus lil ufficjali pubblici biex jikseb certi favuri.
Dawn huma kkonsidrati bhala reati kemm fl-Olanda, fin-Norvegja, fl-Izvezja, fil-Grecja u fl-Ingilterra. Izda fl-Italja ghadhom mhumiex.
Saviano jhoss li f’mument li l-Italja tinsab fi krizi u f’sitwazzjoni vulnerabbli fl-ekonomija hu fundamentali li tasal din il-ligi biex tkun strument iehor fil-glieda anke tal-Mafia. Hija ligi fundamentali ghad-demokrazija u biex l-Italja tibda tirkupra mis-sitwazzjoni ekonomika u socjali tal-Italja. Ghalhekk heggeg lill-politici biex ma jibqghux jibbojkottjaw din il-ligi u jaghmlu l-almu taghhom biex din tghaddi u jibdew jinbidlu l-affarijiet.

Biex tigi evitata l-korruzzjoni

Bhal fl-Italja, f’diversi pajjizi ohrajn il-korruzzjoni hija xi haga komuni. hafna drabi, l-iffinanzjar tal-pajjizi jwassal biex ikun hemm sistemi ta’ tixhim.
Dan ma jfissirx li naqset l-importanza tal-partiti politici ghax xorta jibqghu l-pilastri ewlenin tad-demokrazija. Izda jidher car li hemm bzonn li jkun hemm regolazzjoni cara u li l-iffinanzjar taghhom isir b’mod trasparenti halli n-nies ikunu jistghu jergghu jibdew jafdaw fil-partiti u fil-politici taghhom.
Fil-politika l-flus huma importanti hafna u r-rizorsi li hemm bzonn dejjem qeghdin jikbru ghall-amministrazzjoni u ghall-kampanji elettorali. Minkejja dan, il-flus m’ghandhom qatt jidhlu fit-tehid tad-decizjonijiet. Ghalhekk hemm bzonn li jsir regoli cari u stretti biex dan kollu jigi evitat. Barra minn hekk, il-partiti ghandhom jitpoggew kollha fuq l-istess livell biex kulhadd ikun indipendenti.
Il-finanzi hafna drabi jkollhom hafna influwenza fuq id-decizjonijiet politici. F’certi pajjizi jsiru anke reati kriminali organizzati b’konnessjoni mal-finanzjament ta’ attivitajiet politici.
Filwaqt li l-partiti politici huma bzonnjuzi f’sistema pluralista tad-demokrazija, min-naha l-ohra l-kwistjoni ta’ nuqqas ta’ indipendenza hi wahda serja u li ghandha thassibna.
Din in-nuqqas ta’ ligittimità tal-partiti hi kwistjoni serja li ghandha tigi ffaccjata minnufih ghax inkella c-cittadini se jitilfu l-interess fil-hajja politika ta’ pajjizhom u l-fiducja fis-sistema politika kollha kemm hi.
Peress li hemm bzonn ta’ aktar finanzi ghall-partiti politici biex jigbdu l-appogg tan-nies u biex iwasslu l-messagg taghhom ghandu jkun hemm mekkanizmu ta’ regolazzjoni li jzomm akkont tar-realtajiet u jippermetti li l-partiti politici jkollhom bizzejjed rizorsi biex iwettqu l-funzjonijiet taghhom.
Bhalma tissuggerixxi pubblikazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa, ghandu jinstab bilanc bejn il-fondi pubblici u dawk privati, ikun hemm kriterji gusti fuq kif jitqassmu l-kontribuzzjonijiet tal-istat lejn il-partiti, regoli cari dwar donazzjonijiet privati, jigi deciz ammont ta’ flus kemm hu permessibbli li l-partiti jircievu fi flus minn donazzjonijiet privati, ikun hemm regolazzjoni dwar kemm il-partiti jistghu jonfqu f’kampanji elettorali, ikun hemm trasparenza fil-kontijiet taghhom, titwaqqaf awtorità tal-awditjar indipendenti u jinghataw sanzjonijiet (effettivi) lil partiti u kandidati li jiksru dawn ir-regoli cari.

mfarrugia@unionprint.com.mt

No comments:

Post a Comment