Tuesday, July 23, 2013

Wara biss ftit xhur minn mindu nfetah ic-Centru tas-Sahha fil-Mosta… Digà qed jizzarma!

…il-kuntrattur jammetti li x-xogœol sar bl-gœaææla qabel l-elezzjoni

Wara biss ftit xhur minn mindu æie rranæat iç-Çentru tas-Saœœa tal-Mosta, diæà beda jinqala’ l-madum f’çerti postijiet, peress li jidher li x-xogœlijiet saru bl-gœaææla gœal qabel l-elezzjoni.
Wara li æejna informati b’dak li æara, bagœatna nikkonfermaw mal-Ministeru tas-Saœœa dwar jekk dan kienx minnu. Min-naœa tiegœu, il-Ministeru qal li kien hemm xi madum fl-istaff room ta’ dan iç-çentru tas-saœœa u anke fil-latrini li jew ixxaqqaq jew inkella waqa’. Barra minn hekk, qalilna li fil-latrini wkoll kien hemm sink gœall-œasil tal-idejn li nqala’ u waqa’.
Il-Ministeru qal ukoll li n-numru ta’ madum li waqa’ ma kienx daqstant kbir iÿda t-tmexxija taç-çentru mill-ewwel œadet passi u talbet lill-kuntrattur li gœamel ix-xogœol biex jirrevedieh.
Dan min-naœa tiegœu spezzjona x-xogœol u ra li kien hemm aktar madum li kien se jaqa’ jew inkella li kien se jixxaqqaq. Hu ammetta li x-xogœol kien sar œaÿin u ta’ malajr, hekk kif il-madum twaœœal bil-kolla fuq ÿebgœa li kienet gœadha eÿistenti. Il-kuntrattur aççetta li kien gœamel ix-xogœol bl-gœaææla u gœalhekk se jagœmel ix-xogœol kollu, inkluÿ il-madum ædid bi spejjeÿ gœalih.
Il-Ministeru fakkar kif dan ix-xogœol kien sar ftit biss qabel l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu u fil-fatt kien anke sar ’l hekk imsejjaœ ‘soft opening’ mill-amministrazzjoni preçedenti. Il-Prim Ministru ta’ dak iÿ-ÿmien, Lawrence Gonzi kien ÿar dan iç-çentru minkejja li kien gœad fadal ix-xogœol xi jsir fih.Fil-fatt, il-Ministeru sostna li wara l-elezzjoni l-Ministru tas-Saœœa kelu jeræa’ jagœlaq dan iç-çentru œalli jkun jista’ jitkompla x-xogœol. 

Sunday, July 21, 2013

Id-Direttorati tal-Ambjent, l-Energija u t-Tibdil fil-Klima qeghdin jistudjaw l-uzu tax-Shale Gas

Id-Direttorati tal-Ambjent, l-Eneræija u tat-Tibdil fil-Klima qegœdin jistudjaw il-vantaææi u l-iÿvantaææi tal-gass imsejjaœ bœala “Shale Gas”. Hekk sostna l-Ministru tal-Ambjent, Ÿvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, Leo Brincat ma’ Artikli ghall-Gosti ta’ Kulhadd wara li fl-aœœar jiem œa sehem f’diskussjoni mal-Ministri tal-Ambjent tal-Unjoni Ewropea dwar l-aspetti ambjentali tax-Shale Gas.
Il-Ministru Brincat spjega li l-biÿa’ ta’ œafna mhijiex biss l-impatt ambjentali li jista’ jkun negattiv, iÿda li dan it-tip ta’ fjuwil jista’ jdawwar çerti investimenti li kienu jsiru fuq eneræija rinnovabbli u fuq l-effiçjenza fl-uÿu tal-eneræija gœal investimenti fuq tip ta’ gass ædid li xorta hu fjuwil bœaÿ-ÿejt (fossil fuel).
X’inhu x-Shale Gas
Dan it-tip ta’ gass jifforma minn depoÿiti ta’ tajn, tafal u elementi organiçi oœrajn. Il-parti l-kbira tiegœu hi fformata minn gass ‘methane’, gœalkemm xi gassijiet oœrajn jistgœu jkunu preÿenti wkoll f’dan it-tip ta’ gass. Dan il-gass ma joœroæx b’mod awtomatiku fil-bjar u gœalhekk kemm-il darba jkun hemm bÿonn ta’ proçessi ta’ stimulazzjoni msejœin ‘fracking’ biex il-gass ikun jista’ joœroæ.
Il-Ministru Brincat fiehem kif fil-Kanada u fl-Istati Uniti bœalissa gœadejja dik li tissejjaœ rivoluzzjoni ta’ dan il-gass. Hu qal li gœalkemm hemm œafna minn din it-tip ta’ riÿorsa madwar id-dinja, s’issa jidher li l-uÿu tiegœu qed ikun mifrux l-aktar fl-Amerika ta’ Fuq.
Dwar il-proçess tal-produzzjoni ta’ dan il-gass, il-Ministru qal li dan il-gass jiæi prodott fi proçess mhux konvenzjonali u permezz ta’ dan diæà tbaxxew sew il-prezzijiet tal-gass fl-Istati Uniti. Qal ukoll li diæà kien hemm tnaqqis fil-prezzijiet tal-Liquified Natural Gas (LNG) u sostna li jista’ jkun hemm anke tnaqqis akbar jekk l-Amerikani jibdew jesportaw ukoll l-LNG.
Il-Ministru Brincat spjega kif dan il-gass hu estratt mill-blat taœt l-ilma u gœalhekk hem mil-biÿa’ ta‘ kontaminazzjoni tal-ilma, impatt negattiv fl-aspett æeoloæiku u anke konsegwenzi oœrajn. Sostna wkoll li œafna pajjiÿi gœadhom fl-istadju li jistudjaw jew ifasslu l-estrazzjoni gœax hemm differenza bejn li tkun taf li gœandek ix-‘shale gas’ u li ttellgœu.
Fil-kummenti tiegœu, il-Ministru Brincat qal li gœalkemm hemm œafna pajjiÿi li qegœdin jesploraw il-possibbiltà li juÿaw dan it-tip ta’ gass, huma biss l-Ingliÿi li jinsabu verament avvanzati fl-istudju u l-investiment dwaru u fil-fatt hemm min hu kontrih fil-prinçipju. Fost dawn, il-Ministru semma lil Franza fejn qal li l-President qed jgœid li sakemm jibqa’ jmexxi hu se jkun ipprojbit gœal kollox. Minkejja dan, qal ukoll li pajjiÿi oœrajn qegœdin jissuææerixxu li ma jinœolqux preæudizzji minn qabel. 
Min-naœa tal-Unjoni Ewropea, il-Ministru qal li fir-‘road map’ gœall-2050 jissemma l-uÿu tal-gass naturali, iÿda ma jissemma xejn dwar dan it-tip ta’ gass.

L-involviment ta’ Malta
Dwar l-involviment ta’ Malta f’din il-kwistjoni, il-Ministru Brincat qal li mhux magœruf jekk f’pajjiÿna jeÿistix ix-‘shale gas’. Barra minn hekk, sostna li sal-lum gœadna lanqas bdejna nisfruttaw b’mod poÿittiv il-gass konvenzjonali.
Minkejja dan, il-Ministru spjega li pajjiÿna se jkun qed isegwi l-iÿviluppi li jsiru dwar dan il-gass, speçjalment jekk jiæu ÿviluppati teknoloæiji li jistgœu jindirizzaw iÿ-ÿoni ta’ tœassib dwar l-aspetti ambjentali. Hu qal li l-Unjoni Ewropea ma tistax tinjora fenomenu bœal dan jekk ikollha riservi serji dwaru. Qal li dan ikun qisek qed tgœid li gœax ma taqbilx mal-qawwa nukleari allura tmexxi bœallikieku l-qawwa nukleari ma teÿistix.
Il-Ministru Brincat sostna li jemmen li jrid ikun ÿgurat li sakemm jiæu mœarsin il-prinçipji baÿiçi tal-œarsien ambjentali, is-sigurtà fl-operazzjonijiet u s-sostenibbiltà, allura wieœed ma jridx ikun fundamentalista.
Hu spjega wkoll li jekk il-provvista globali ta’ dan il-gass tikber, il-prezz tal-gass ‘methane’ jonqos u aktarx li jkun hemm tnaqqis fl-ispejjeÿ fuq il-provvista ta’ gass maœsuba gœall-proæett ædid fin-nofsinhar ta’ pajjiÿna. Minkejja dan, hu qal li hu importanti li jibqgœu jingœataw il-prijorità aspetti li jista’ jkollhom impatt fuq is-saœœa ambjentali u l-biodiversità.

Lura ghall-kitba

Wara perjodu kemmxejn twil li ma ktibtx aktar fuq dan il-blog, ghandi l-pjacir inhabbar li se nkun qed nerga nibda ntella xi xoghlijiet tal-kitba tieghi fil-forma ta’ artikli. Uhud ikunu dehru fil-gazzetti lokali, filwaqt li ohrajn jittellghu biss fuq dan il-blog. Niltaqghu dalwaqt!!! Sahha!!!

Sunday, June 24, 2012

Jintremew mal-€5.6 miljun ta’ pilloli fis-sena


Bookmark and Share



Il-kwistjoni tal-pilloli ‘out of stock’ tikkawża uġigħ ta’ ras għal ħafna familji. Minħabba dan, huma ħafna dawk li qegħdin jirritornaw il-mediċini żejda lill-istess spiżeriji għax mingħalihom li b’hekk jista’ jgawdi ħaddieħor. Minn dan mhu jiġri xejn. Dan għax l-awtoritajiet qegħdin jordnaw lill-ispiżjara biex il-mediċini mogħtijin b’xejn mill-gvern u li jkunu rritornati jintremew. 
Minn riċerka tal-Professur Anthony Zammit jirriżulta li din il-prattika, li mediċini tajbin jintremew, qiegħda tiswa lill-pajjiż €5.6 miljun. L-istess professur irnexxielu jiġbor borża kbira mimlija mediċini tajbin        li kienu rritornati lil spiżerija waħda.
It-TORĊA  tkellmet mal-Professur Zammit li spjegalna li minħabba l-mod kif inhi mħaddma din l-iskema, f’ġimgħa qegħdin jintremew għadd ta’ pilloli li jkunu rritornati għand l-ispiżeriji minn nies li għal xi raġuni jkunu naqqsu d-doża li jkunu jieħdu. 
Meta dawn il-pilloli jkunu rritornati u l-ispiżjar jikkuntattja lill-awtoritajiet, dawn qegħdin jgħidulhom biex jarmuhom. Filfatt, minn riċerka li għamel l-istess professur, jirriżulta li f’ġimgħa dawn il-pilloli jammontaw għas-somma ta’ bejn €1,200 u €1,600. Meta tqis li hemm mat-83 spiżerija f’din l-iskema u tikkalkula li kollha jarmu din is-somma f’mediċini kull ġimgħa allura tasal għas-somma ta’ €5.6 miljun f’sena.
Il-Professur Zammit spjegalna li l-problema hija li l-pazjenti li għandhom il-kartuna s-safra jkunu preskritti l-mediċini u minn żmien għall-ieħor iridu jmorru għand it-tabib biex jiċċekkjalhom id-doża li jridu jieħdu. Il-problema hija li jistgħu jagħmlu dan billi jmorru fiċ-ċentri tas-saħħa, fejn ħafna drabi jkollhom jistennew għal tul ta’ ħin. Minħabba f’hekk, in-nies jaħsbuha darbtejn, u minflok jagħżlu li jmorru għand tabib privat biex jagħmlilhom riċetta u anke jinvistahom. 
Meta jmorru għand tabib privat, dan joħdilhom xi €4 kull darba tar-riċetta u wisq aktar għall-viżta kompluta. Għalhekk, bosta huma dawk li jagħżlu li jmorru biss  biex jingħataw riċetta mingħajr ma jkunu nvistati, b’konsegwenza li jingħataw preskrizzjoni għal aktar mediċini milli filfatt ikollhom bżonn. 
Il-Professur Zammit, li qajjem dan l-argument f’aġġornament tal-parlament, qalilna li b’dan il-mod, il-gvern qed jaġevola lill-importaturi tal-mediċini, bid-dannu għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Sostna, li jekk tara x’ikun qed jiġri, tinduna li peress li n-nies imorru għand tobba privati biex jinqdew huma jkunu qegħdin jixtru aktar pilloli milli jkollhom bżonn, b’konsegwenza li jkunu qegħdin inaqqsu mill-ammont ta’ mediċini disponibbli għal dawk li jużaw l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. 
Minħabba f’dan, il-gvern ikollu jordna iżjed pilloli, ladarba dawn ikunu ‘out of stock’. Għalhekk, meta jsir hekk il-gvern ikun qed jerġa’ jaġevola lill-importaturi tal-mediċini pe-ress li dawn ikollhom jimportaw aktar, filwaqt li fl-istess ħin jintremew ammont kbir ta’ pilloli li jkunu preskritti żejda.

Wara li baqgħu ma ħallsux il-kontijiet…



195 familja bid-dawl u l-ilma maqtugħin
Bil-prezz taż-żejt jinżel għal $85 il-barmil u bil-Gvern jibqa’ ma jikkommettix ruħu dwar tnaqqis fir-rati tas-servizzi tad-dawl u l-ilma, f’pajjiżna hemm 14-il kumpanija, fabbriki u lukandi li jinsabu bis-servizzi tad-dawl u l-ilma maqtugħin għax ma ħallsux il-kont. Fejn jirrigwardja l-familji f’pajjiżna hemm 195 familja li tinsab bla servizz tad-dawl u l-ilma.
Bejn Settembru tal-2011 u April ta’ din is-sena kienu 36 kumpanija, lukandi u fabbriki li nqatagħlhom is-servizz tad-dawl u l-ilma mill-Gvern hekk kif dawn ma ħallsux il-kontijiet. Fost dawn hemm 14 li għadhom la ħallsu l-kontijiet jew inkella rregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom. 
Magħhom hemm ukoll numru sostanzjali ta’ kontijiet domestiċi li wkoll inqatagħatilhom il-provvista tal-elettriku u tal-ilma minħabba kontijiet li kienu għadhom pendenti bejn l-is­tess perjodu msemmi qabel.
Dawn jammontaw għal 398 kont domestiku, iżda fosthom 203 ħallsu jew inkella rregolarizzaw il-pożizzjoni. Dan ifisser li għad hemm 195 dar li tinsab mingħajr is-servizz tad-dawl u l-ilma.
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru Tonio Fenech hekk kif kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari li għamillu d-deputat Laburista Joe Mizzi. 
Intant, ta’ min isemmi li bejn Mejju tal-2011 u April li għadda, il-kumpanija ARMS Ltd bagħtet 54,380 notifika uffiċjali li fihom il-klijenti ġew imwissijin li s-servizz tad-dawl u l-ilma seta’ jiġi sospiż. 
Barra minn hekk, fl-istess perjodu nħarġu wkoll 4,342 notifika lil konsumaturi li għalihom kienet it-tieni waħda. 
Dan ifisser li dawn ġew imwissijin li jekk ma jħallsux il-kont kienu se jispiċċaw bla dawl u ilma.

Għenet raġel ferut fi sparatura…imma spiċċat f’kontroversja



Mara ta’ nazzjonalità Maltija li tgħix fl-Istati Uniti spiċċat f’kontroversja bla ħsieb wara li waqfet tagħti l-għajnuna lil raġel li kien ferut f’idejh u li kien qed ixejjer il-ġakketta mal-ġenb ta’ triq biex xi ħadd jieqaf jgħinu. 
Il-mara għenitu iżda wara saret taf li dan ir-raġel kien spara lilu nnifsu. Ingħad li r-raġel seta’ għamel dan bl-għan li jippromwovi l-ktieb il-ġdid tiegħu, “Kindness in America”.
Ir-raġel, li jismu Ray Dolin u li hu awtur ta’ 39 sena minn West Virginia fil-bidu kien qal mal-awtoritajiet li safa vittma ta’ aggressjoni meta xi ħadd riekeb vann waqaf ħdejh u sparalu f’idejh. 
Minkejja dan, nhar il-Ħamis li għadda hu ammetta max-Xeriff Glen Meiser li kien gideb u li kien spara lilu nnifsu. 
B’konnessjoni ma’ dan il-każ, l-awtoritajiet kienu arres­taw lil Lloyd Christopher Danielson III ta’ 52 sena li kien jikkorrispondi mad-deskrizzjoni li ta Dolin tal-agg­ressur. 
Wara li Dolin ammetta li kien spara fuqu nnifsu dan ir-raġel ġie meħlus.
Intant, il-mara ta’ nazzjona­lità Maltija, Sherry Alveson li waqfet tgħin lil Dolin qalet li hi ma kellha l-ebda suspett li r-raġel seta’ kkawża l-ferita tiegħu stess. 
Hi waqfet tagħtih l-għajnuna wara li t-tifla tagħha ratu jxejjer il-ġakketta fil-ġenb tat-triq. 
Tiftakar li kellu d-demm ma’ jdejh u fuq ħwejġu. Qalet ukoll li kif ratu jitriegħed u bid-demm għadu ħiereġ iddeċidiet li tgħinu. 
Alveson bdiet tissuspetta biss meta qrat fil-gazzetta li Danielson kien inħeles. 
Bdiet taħseb jekk min spa­ralu kienx għadu ħieles jew inkella jekk Dolin kienx ikkawża l-ferita tiegħu stess. 
Minkejja dan, il-mara qalet li kien x’kien il-każ hi xorta kienet terġa’ tieqaf tgħinu għax kien jidher li kellu bżonn l-għajnuna. 

Pajjiżna bl-inqas rata ta’ ilma disponibbli fl-UE



Id-domanda għall-ilma hi d-doppju tal-provvista
Filwaqt li d-domanda ta’ ilma f’paj­jiżna hi ta’ 60 miljun metru kubu, il-provvista hi biss tan-nofs. Din hi l-inqas rata ta’ ilma disponibbli fl-Ewropa. Id-differenza jkollha tiġi minn impjanti ta’ disalinazzjoni li jipproduċu bejn 26 u 30 miljun metri kubu. 
Dan ġie spjegat mill-Idrologu Manuel Sapiano min-naħa tal-Awtorità Maltija tar-Riżorsi (MRA) waqt il-Konferenza Nazzjonali tal-Ilma organizzata mill-Kamra tal-Kummerċ u l-Malta Business Bureau (MBB). 
Tkellem ukoll l-Idrologu Marco Cremona li ġie mqabbad mill-MBB biex iwettaq awditjar fuq numru ta’ kumpa­niji u lukandi. Ir-riżultati wrew li ħafna mill-kumpaniji u l-lukandi jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma billi jerġgħu jużawh jew inaqqsu l-konsum permezz ta’ proċessi sempliċi iżda effettivi. Fost l-oħrajn, Cremona semma li titnaqqas il-pressa fil-vitien, li jinġabar l-ilma tax-xita u li tiġi rregolata l-pressa tal-ilma. 
Min-naħa tagħhom, il-lukandi u n-negozji li pparteċipaw fil-koferenza qablu dwar il-mira li jnaqqsu l-konsum tal-ilma b’10%. Dwar dan, il-lukanda Hilton Malta u l-Bank APS spjegaw x’miżuri ħadu biex jaslu għal tnaqqis fil-konsum. 
L-Inġinier Joseph Restall qal li l-ewwel pass li għamlet il-lukanda Hilton kien li wettqu kampanja edukattiva fost l-impjegati tal-lukanda. Biex tiżgura li l-ilma jerġa’ jintuża, Hilton biddlet is-sistema tal-chlorine għal waħda li tuża ilma ta’ klassi inferjuri li jinġabar mir-reċipjenti tal-ilma. Barra minn hekk, fl-2006 introduċew sistemi li jnaqqsu l-konsum tal-ilma u anke bnew impjant li jnaddaf l-ilma. Din is-sistema tant hi effiċjenti li l-ilma żejjed qiegħed jinbiegħ bi prezz inqas minn dak li jinxtara mingħand tal-‘bowsers’.
Min-naħa l-oħra, APS ħadu ħsieb li ma jinħeliex ilma u li jkun hemm sistemi effiċjenti sa minn meta nbnew l-uffiċċji tagħhom fis-Swatar. Raw li s-sistemi kienu effiċjenti u ma kinux jitolbu ħafna manutenzjoni.