Fil-kunflitt tal-Libja, Malta kellha sehem attiv u xi ftit jew wisq dan qanqal biza’ fostna l-Maltin, li stajna nidhlu bejn il-basla u qoxritha. L-inzul ta’ ajruplani tal-gwerra, qajjem diversi dubji kemm fil-verità kienx inzul ta’ emergenza jew inkella azzjonijiet bi pjan apposta. Ghal daqstant, l-orizzont tkellem ma’ zewg persuni li ghandhom ghal qalbhom l-avjazzjoni halli jaghtuna l-parir taghhom u jispjegawlna aktar fid-dettall kif graw l-affarijiet.
Joe Ciliberti, il-President tas-Socjetà Maltija tal-Avjazzjoni spjegalna li Malta ghandha l-obbligu li tilqa’ kull ajruplan li l-kmandant tieghu jsib ruhu f’diffikultà. Hi bhal dghajsa li ssib ruhha f’diffikultà u tigbed lejn Malta ghall-kenn jew salvatagg.
Ciliberti spjegalna li fl-1984, meta ajruplan tal-Egyptair kien gie ‘hijacked’, kienu gew sparati xi tiri waqt li t-terroristi kienu qeghdin jipprovaw jiehdu l-kmand tal-ajruplan. Konsegwenza ta’ dan l-ajruplan kellu jaghmel inzul ta’ emergenza. Ghal xi hin l-awtoritajiet tal-ajruport Malti ghazlu li jitfu d-dwal tar-‘runway’, izda meta raw li l-kaptan baqa’ jinsisti li jinzel Malta ma kienx hemm ghazla ohra hlief li jithalla jinzel.
Dawn l-ajruplani li wettqu l-inzul ta’ emergenza qeghdin jiehdu sehem fl-operazzjoni Unified Protector taht l-awspici tar-Rizoluzzjoni 1973 tal-Gnus Maghquda. Skont Ciliberti dawn qatt ma gew Malta ghal ragunijiet ohrajn hlief biex jiehdu l-fjuwil li spicca mhux skont kif kien ippjanat jew inkella ghax sofrew hsara. Dejjem telqu mill-aktar fis possibbli, uhud wara saghtejn u ohrajn wara granet shah bit-teknici jsewwu fihom sa ma kienu f’kundizzjoni li jtiru.
Bla fjuwil
Dwar dan tkellimna ma’ persuna ohra li xtaqet tibqa’ anonima izda spjegatilna b’mod tekniku kif dawn l-ajruplani spiccaw bla fjuwil. Skont din il-persuna, biex dawn l-ajruplani jaslu l-Libja minn pajjizi ’l boghod il-piloti jkollhom juzaw l-‘afterburner’. Dan jahli hafna fjuwil u aktar ma jkun mghobbi l-ajruplan aktar jahli fjuwil. Barra minn hekk, aktar mal-ajruplan ikun mghobbi bil-missili inqas ikollu post fejn jghabbi l-fjuwil. L-istess persuna spjegatilna wkoll li l-inzul taghhom ma kienx jikser ebda regola. Dan minhabba l-fatt li l-ajruplani li nizlu b’emergenza f’pajjizna hadu l-fjuwil li kellhom bzonn jew sewwew il-hsarat li kellhom u marru lura lejn il-bazi militari taghhom u mhux lejn il-Libja. Li kieku baqghu sejrin lejn il-Libja minn hawnhekk, f’dak il-kaz kien ikun ifisser li pajjizna intuza biex jaslu fid-destinazzjoni taghhom.
Dwar dan staqsejna wkoll lil Ciliberti biex jispjegalna jekk ikunux jafu ezatt kemm hi twila d-destinazzjoni halli jkunu jistghu jahsbu ghal bizzejjed fjuwil. Wegibna li f’kaz ta’ operazzjonijiet militari ma tezistix destinazzjoni peress li fil-kaz tal-Libja hafna mill-attakki kienu jsiru fuq tankijiet u kanuni mobbli li jekk ma jintlaqtux minnufih jergghu jisparixxu. Staqejnieh ukoll dwar il-mudelli ta’ ajruplani li ntuzaw u jekk jistax ikun li minhabba li huma antiki setghu jaghtu izjed problemi. Spjegalna li kull pajjiz ikun jixtieq li jkollu l-aqwa qawwa tal-ajru b’ajruplani moderni u avvanzati. Izda fil-verità l-ebda qawwa tal-ajru m’ghandha minn dawn l-ajruplani biss. L-ajruplani li nizlu Malta kienu tahlita bejn ajruplani tas-snin 70 u ohrajn tal-2000 u anke wara. Dan ifisser li t-tip ta’ ajruplan ma jaghmilx daqshekk differenza.
Rigward l-ammont ta’ ajruplani li nizlu, Joe Ciliberti qalilna li dawn kienu biss ftit meta tikkonsidra li minn meta beda l-kunflitt s’issa saru madwar 20,000 titjira. Kulma nizlu kienu 20 ajruplan u whud minnhom gew biss biex jakkumpanjaw lill-ajruplan l-iehor li wettaq l-inzul ta’ emergenza.
Ghaliex Malta?
Izda ghalxiex ghazlu li jinzlu Malta u mhux post iehor? Skont Ciliberti Malta hu l-uniku pajjiz geografikament sigur bejn il-Libja u l-Italja. Skont il-persuna l-ohra, Malta hija l-ahjar alternattiva minhabba r-‘runways’ twal u t-temp stabbli. Spjegatilna wkoll li skont ic-cirkostanzi jaghzlu f’liema post l-ahjar li jinzlu. Jekk l-ajruplan ikollu bzonn biss ta’ fjuwil allura Malta hi l-ahjar post, izda jekk l-ajruplan igarrab hsarat allura bazi militari bhal Sigonella hi ahjar peress li jkunu jistghu jsiru t-tiswijiet.
Newtralità
Meta staqsejna lil Ciliberti jekk stajniex nirrifjutaw dan l-inzul ta’ emergenza, hu spjegalna li pajjiz sovran jista’ jaghmel l-ghazliet tieghu izda mbaghad irid igorr ukoll il-konsegwenzi tal-ghazliet li jkun ghamel, specjalment jekk il-pilota jew piloti jitilfu hajjithom.
Rigward inkisritx in-newtralità ta’ Malta, hu qalilna li mhuwiex politiku u mhux ikkwalifikat biex jirrispondi dwar din il-materja. Minkejja dan, hu qal ukoll li skont ma jaf hu, George Vella fuq programm televiziv qal li ma jsib l-ebda problema b’dan l-inzul ta’ emergenza u jahseb li forsi Malta setghet hadet sehem aktar attiv fl-operazzjonijiet militari, forsi aktar taht forma ta’ appogg aktar milli ajruplani tal-attakk.
Iz-zewg Mirages Libjani
Rigward l-ewwel zewg ajruplani tat-tip Mirage F1 tad-ditta Dassault tal-qawwa tal-ajru Libjana, il-persuna li tkellmet ma’ l-orizzont qaltilna li dawn kisru l-ligijiet tal-ajru meta dahlu fl-ispazju tal-ajru Malti bla permess. Fil-fatt, meta sehh il-kaz qajmu thassib kbir ghax hadd ma kien jaf x’kienu l-intenzjonijiet taghhom. Barra minn hekk, hadd ma kien ippreparat ghal kaz bhal dan. Izda mbaghad ladarba giet ccarata l-pozizzjoni tal-piloti, li kienu qeghdin jaharbu biex ma jattakkawx lic-civili, allura l-pozizzjoni taghhom giet accettata.
Dawn l-ajruplani, li xorta ghadhom proprjetà tal-Gvern Libjan, jinsabu pparkjati f’Park 5 tal-Ajruport Internazzjanali ta’ Malta fejn jinsabu mghottijin. X’se jsir minnhom jiddependi mill-Gvern Malti, izda skont il-kundizzjoni li jinsabu fihom jidher skont ma qaltilna din il-persuna li ladarba jissolva l-inkwiet fil-Libja dawn l-ajruplani ma jkunux ghadhom fi stat tajjeb biex itiru. Dawn l-ajruplani kienu digà jinsabu fi stat mhux daqshekk tajjeb minhabba l-fatt li Gaddafi qatt ma investa daqshekk fuq il-qawwa tal-ajru ta’ pajjizu ghax qatt ma basar li xi hadd kien se jattakkah.
melvindelsol@hotmail.com
No comments:
Post a Comment