Tuesday, September 20, 2011

Kemm hi kbira l-problema tal-obeżità f’pajjiżna u qed isir biżżejjed biex niġġilduha?

Il-prezz l-aktar li jaffettwa l-għażla tal-ikel – kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa
Grupp ta’ riċerkaturi in­ternazzjonali qalu li hemm bżonn ta’ azzjoni aktar iebsa min-naħa tal-gvernijiet kollha, fosthom tax­xi fuq il-‘junk food’, jekk iridu li jibdew jeliminaw il-kriżi tal-obeżità. Qalu wkoll li s’issa l-ebda pajjiż ma rnexxielu jieħu l-passi li hemm bżonn biex jibda jiġ­ġieled din il-proble­ma.
F’Malta din il-problema hi waħda li tikkonċernana ħafna. Skont l-istatistika, 36% tal-adulti Maltin għandhom piż żejjed, bil-“Body Mass Index” (BMI) iktar minn 25, filwaqt li 22% huma obeżi (jiġifieri b’BMI iktar minn 30). Dan ifisser li madwar 58% tal-adulti Maltin għandhom prob­lema ta’ piż żejjed. Ir-rata ta’ ħxuna hi ikbar fl-irġiel milli fin-nisa.

Passi kontra l-obezita'
Intant, l-orizzont tkellem mal-Ministeru tas-Saħħa dwar din il-problema biex niskopru aktar dwar l-azzjonijiet li qegħ­din jittieħdu lokalment.
Il-kelliema spjegatilna li s-sena l-oħra, il-Kampanja Kontra l-Obeżità kienet immirata lejn il-pubbliku, bl-għan li tagħ­ti informazzjoni siewja u tajba dwar kif għandu jitlef il-piż żejjed u jinżamm piż taj­jeb tul il-ħajja. Marbuta ma’ din il-kampanja, li fil-fatt għad­ha għaddejja, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħ­ħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, joffri żewġ servizzi bla ħlas għall-pubbliku, għal min jixtieq kemm jonqos mill-piż żejjed, kif ukoll klassijiet tal-aerobika. Il-kelliema spjegatilna wkoll li min hu interessat jista’ jċempel lid-direttorat biex jirċievi applikazzjoni biex jieħu sehem.
Din is-sena wkoll, fil-Jum Ewropew kontra l-Obeżità (22 ta’ Mejju, 2011), permezz tal-Kampanja “Stop Yo-Yo” ngħata tagħrif dwar il-ħsara marbuta ma’ ċikli spissi matul il-ħajja ta’ żieda u tnaqqis fil-piż, li skont id-Direttorat tas-Saħħa llum nafu bl-effetti ħżiena li jistgħu jkollhom fuq is-saħħa fiżika u mentali.
Barra minn hekk, saru wkoll gwidi informattivi dwar il-ħxuna, kif ukoll dwar il-ġes­tjoni tajba tal-problemi relatati mal-ħxuna u dawn in­tbagħtu lit-tobba tal-familji u lill-ispiżjari li huma meq­jusin bħala l-ewwel kuntatt għall-individwu dwar is-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. Ġie wkoll imniedi programm ta’ telf ta’ piż żejjed għall-professjonisti li jkollhom piż żejjed u li jaħdmu l-isptar.
Iżda dan kollu qed ikun biż­żejjed? U qed isir biżżejjed min-naħa tal-awtoritajiet lokali? Għal dan, il-kelliema tal-Ministeru tas-Saħħa wieġbet li matul l-aħħar snin ġie mnie­di Kumitat Intersettorali kontra l-Obeżità bl-għan li tinħadem strateġija kontra l-obe­żità. Skont il-kelliema, din l-istrateġija waslet fil-fażi ta’ konsultazzjoni mas-setturi u l-awtoritajiet ikkonċernati biex isir qbil dwar dak li jin­għad fid-dokument. Barra minn hekk, qed jitħejja wkoll pjan ta’ azzjoni biex tkun tista’ tingħeleb din il-problema.

Ambjent differenti
Wieħed mir-riċerkaturi mill-Università ta’ Oxford, il-Professur Klim McPherson qal li hemm bżonn issir bidla fl-ambjent li jgħixu fih in-nies biex b’hekk ikunu jistgħu jagħm­lu għażliet aħjar. Iżda qal ukoll li ħafna pajjiżi beż­għu milli jieħdu l-aħjar azzjoni u kkritika b’mod partikolari lill-Gvern Ingliż li ffoka fuq ftehim volontarju mal-industrija milli aktar fuq liġijiet.
Dwar l-ambjent li ngħixu fih, il-kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qaltilna li “dan qed ifixkel lill-pubbliku Malti, jiġifieri li l-ambjenti li ngħixu fihom għadhom jiffavorixxu ikel mogħni bix-xaħam, zokkor u melħ. Għalhekk, għandhom jiżdiedu l-isforzi biex l-ikliet u ‘snacks’ li jippromwovu s-saħħa jkunu aktar aċċessibb­li, jiġifieri li jiġu offruti anke f’‘take aways’ li s’issa għadhom mhumiex dejjem offruti.”
Barra minn hekk, l-ikel nut­rittiv u tajjeb għas-saħħa għandu jiġi ppreparat b’mod li jħajrek, varjat u fl-istess ħin bi prezz raġjonevoli – mhux ferm aktar għoli (kultant b’mod redikolu) minn ‘fast food’ (li jagħmel tant ħsara fuq medda ta’ żmien).
Skont il-kelliema, hu magħ­ruf li l-prezz tal-ikel hu l-aktar dak li jaffettwa l-għażliet tal-ikel fost it-tfal, iż-żgħażagħ u dawk kollha li l-but tagħhom hu limitat.

Ghaliex hi problema gravi f'pajjizna?
Meta staqsejna lill-istess kel­liema dwar ir-raġuni għaliex f’Malta din il-problema hi daqshekk qawwija, din weġ­bitna li għal din il-mistoqsija għandu jsir studju biex jitilgħu fil-wiċċ il-vera raġunijiet għal din il-problema. Qaltilna wkoll li żgur li l-offerti u l-inċentivi aggressivi li saru fl-im­għoddi min-naħa tal-industrija tal-ikel u x-xorb, li jif­­favorixxu ikel u xorb mogħni fiz-zokkor, xaħam u melħ, m’għenux.

Kura personali
Biex wieħed jieħu ħsieb li jevita li jkollu x’jaqsam mal-problema tal-obeżità u l-effetti li tista’ tħalli, il-Ministeru tas-Saħħa ssuġġerilna li persuna għandha tagħmel għażliet taj­bin fl-ikel, tiekol bil-qies u tagħmel biżżejjed attività fiżi­ka fuq bażi regolari biex iż­żomm piż tajjeb matul ħajjit­ha.

Fatti dwar il-piż żejjed u l-obeżità
• L-obeżità fid-dinja żdiedet b’iżjed mid-doppju mill-1980.
• Fl-2008, 1.5 biljun adult ta’ 20 sena jew iktar kellhom piż żejjed. Minn dawn 200 miljun raġel u kważi 300 miljun mara kienu obeżi.
• 65% tal-popolazzjoni tad-dinja jgħixu f’pajjiżi fejn il-piż żejjed u l-obeżità joqtlu iżjed persuni milli n-nuqqas ta’ piż.
• Kważi 43 miljun tfal taħt l-età ta’ ħames snin kellhom piż żejjed fl-2010.
• L-obeżità tista’ tiġi evitata.
• Il-piż żejjed u l-obeżità huma l-ħames l-akbar riskju ta’ mewt fid-dinja.
• Minn tal-inqas 2.8 miljun persuna jmutu kull sena b’riżultat ta’ piż żejjed jew obeżità.
• 44% tal-problemi diabetiċi, 23% tal-problemi tal-qalb, u bejn 7% u 41% ta’ ċerti mard tal-kanċer huma kkawżati minn piż żejjed u obeżità.
....

1 comment:

  1. I am so grat Eric Oliver biex tipprovdi me ma 'żejt Cannabis hawn fl-Istati Uniti. raġel tiegħi kien djanjostikat bil-kanċer tal-prostata 2 snin ilu, u peress li qatt imbagħad huwa għamel ħafna ta 'kemo u Radjazzjoni li ma għenuh, iżda biss ħsara sistema immuni tiegħu u jagħmilha dgħajfa u bla sahha. I sab l-Dmugħ Phoenix ui taqra dwar iż-żejt Cannabis ħafna u raw li I tista 'tipprovdi me ma Qanneb Żejt hawnhekk huwa l-Istat, i kkuntattjat lilu fuq: ericolivermedicalservice@hotmail.ca għall-akkwist ta' din il-medikazzjoni, biex tiegħi sorpriża l-medikazzjoni kien akkwistati u mogħtija fi żmien 48 siegħa u r-raġel tiegħi kienu fuq trattament għall-aħħar 3 xhur. Am issa hawn biex jixhdu li r-raġel tiegħi ma jkunx aktar pazjent tal-kanċer, għandu esperjenza trasformazzjoni totali fis-settur tas-saħħa tiegħi ma 'servizz żejt Rick Simpson qanneb. għall-pazjent tal-kanċer li jgħixu fl-Amerika u l-Kanada-reġjun, jiksbu Żejt tal-qanneb tiegħek mill ericolivermedicalservice@hotmail.ca,
    ROSANA Ekelund

    ReplyDelete