Wednesday, September 28, 2011

Il-MEPA tirrakkomanda li jinbnew zewgt irziezet bieb ma’ bieb ma’ residenzi privati fil-Maghtab

Residenti mcahhdin milli jghixu fi djarhom

Numru ta’ persuni li joqoghdu fl-inhawi tal-Maghtab jinsabu inkwetati, hekk kif l-Awtorità Maltija ghall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ghada tista’ tiddeciedi li tohrog il-permess biex jinbena wiehed minn zewgt irziezet li jkabbru l-annimali. Dawn l-irziezet se jkunu jkabbru hniezer u baqar rispettivament u jekk jinghataw permess se jigu mibnijin bieb ma’ bieb ma’ djar tan-nies ta’ dawn in-nahat.
Meta tkellmu ma’ l-orizzont dawn il-persuni spjegawlna li minkejja li dawn l-irziezet kienu se jkunu qrib hafna tal-proprjetajiet taghhom u minkejja kull raguni ta’ sahha u kull raguni ohra, il-MEPA harget l-‘outline permit’, l-ewwel fuq razzett li jkabbar il-hniezer u ftit gimghat wara ghal razzett li jkabbar il-baqar.
Minkejja li r-residenti qeghdin jappellaw mill-‘outline permits’ quddiem it-tribunal tal-MEPA, din xorta lestiet rapport minn ‘case officer’ taghha li jirrakkomanda li jinbena razzett li jkabbar il-baqar. Dan ir-razzett ghada jista’ jinghata l-permess biex jinbena minkejja li l-appelli ghadhom ghaddejjin.

L-appelli
Hekk kif il-‘case officer’ tal-MEPA rrakkomanda li ghandu jinbena dan ir-razzett, hu kien qed jaqbez u jinjora l-process tal-appelli, minkejja d-diversi xhieda importanti u dak li qalu f’dawn is-seduti. 
Fost l-ohrajn ta x-xhieda tieghu Anthony Gruppetta li hu d-Direttur Generali tar-Regolazzjoni tal-Agrikoltura u s-Sajd fejn spjega li minkejja li jaf li hemm regolamenti li jishqu li suppost l-irziezet ikunu mibnijin 200 metru minn abitazzjonijiet, huwa normali li dawn ma jigux applikati. Fil-fatt, qal li “qed issirli referenza ghar-regolamenti dwar is-‘swine farms’ li tesigi distanza ta’ 200 metru jiena nghid, li naf b’dak ir-regolament però dawn ir-regolamenti qatt ma gew applikati.” Dan minkejja li fil-‘policies’ ufficjali tal-MEPA hemm miktub li wahda mill-kundizzjonijiet biex jinghata permess ghal razzett trid tkun li “the proposed development is not located within: (b) a distance of 183 metres from an inhabited area or an area which is intended for residential institutions.” B’dan il-mod allura jekk jinghata permess ikun qed jigi injorat li f’dawn l-inhawi jghixu n-nies.
Barra minn hekk, Gruppetta rega’ rrefera ghax-xhieda tieghu moghtija fl-14 ta’ Mejju, 2010, fejn ghall-korrettezza ddikjara li meta qal li dawn ir-regolamenti qatt ma gew applikati, ma kienx qed jillimita ruhu ghall-kaz mertu ta’ dan l-appell izda anke ghal kazi ohrajn.
Intant, fix-xhieda tieghu Frank Caruana, Rapprezentant tad-Dipartiment tal-Agrikoltura qal li “mistoqsi jekk fl-‘assessment’ taghna hadniex in konsiderazzjoni r-residenzi tal-inhawi, jiena nghid li dik hi ‘area’ fejn hemm hafna farms u li jinbena farm iehor hemmhekk, ghalina huwa accettabbli. Ahna naccedu fuq il-post meta nkunu qed naghmlu l-‘assessment’ taghna. Nikkonsidraw ukoll li hija Area ODZ u jekk hemm residenza hija residenza f’Area ODZ.” B’dan il-mod Caruana qisu qed jghid li dawn il-persuni li jghixu f’ODZ ghandhom jigu injorati. Dan minkejja li s-Central Malta Local Plan tal-MEPA tishaq li l-Maghtab jinkorpora fih djar (dwellings) li ghandhom jigu kkonservati, ikkonsolidati u rijabilitati u l-‘policy’ 1.3 B tal-MEPA tishaq li “in considering applications for development permission, the Authority will seek to protect the amenity of the surrounding areas, particularly any nearby dwellings and/or public open space.”
Xehed ukoll Alden Grima, ufficjal tal-agrikoltura li qal li “bhala hamrija nghid li din qieghda tinhadem kollha u nghid li hi wkoll ta’ kwalità tajba ghal skop agrikolu. Jirrizulta li hija wkoll irregistrata mal-IACS. M’hemm l-ebda ‘crop’ specifikata u qieghda rregistrata bhala ‘eligible crops’ li jfisser kwazi kull prodott li jigi kkonsumat. Nghid ukoll li l-iskop tar-registrazzjoni hi biex iggib sussidji.”
Jekk jinghata l-permess ghal razzett, din il-hamrija mhix se tibqa’ tajba ghal skop agrikolu. Dan minkejja li ricentement anke l-Ewropa gibditilna l-attenzjoni minhabba l-hamrija u l-uzu taghha. Dan tghidu wkoll il-MEPA stess fil-linji gwidi taghha ghall-bdiewa u r-rahhala fejn tishaq li persuna ghandha tikkonsidra “l-effett tal-proposta fuq in-nies li jghixu fil-vicinanzi tas-sit, l-ambjent u l-kwalità tal-art ghall-uzu agrikolu.”
Alden Grima spjega wkoll li hemm irziezet ohrajn fl-inhawi, li fosthom hemm uhud li huma zdingati. Fil-‘policies’ tal-MEPA hemm kundizzjoni ohra li tghid li “the Authority will give preference to the re-use or conversion of disused or abandoned livestock farm buildings or other suitable agricultural buildings for such purpose.” Fil-verità, il-persuni li tkellmu maghna indikawlna diversi rziezet li waqfu milli joperaw u li jinsabu abbandunati. Dan ifisser li dawn l-irziezet jistghu jigu allokati f’wahda minn dawn l-istrutturi abbandunati minflok tintuza hamrija agrikola tajba.

Effett fuq is-sahha
Minkejja li qatt ma saru studji dwar l-impatt ambjentali u ‘health risk assessments’ mill-awtoritajiet, id-Direttur tas-Sahha Ambjentali, John Attard Kingswell qal li dawn l-irziezet ma jaqghux taht ‘public health risk’. Minkejja dan, hu jirreferi ghall-‘manure’ (demel) bhala “bazikament l-unika haga fir-razzett li jista’ johloq ‘public health risk’. Ma nghidx l-unika haga imma nghid li hi l-aktar wahda mill-affarijiet li tista’ tohloq problema.” B’dan il-mod Kingswell qed jikkontradixxi lilu nnifsu hekk kif qed jghid li d-demel jista’ jkun ta’ riskju ghas-sahha meta kulhadd jaf li fl-irziezet ikun hemm ammonti kbar ta’ demel.

Impatt fuq is-sahha tar-residenti
Intant, ir-residenti ta’ dawn l-inhawi ikkummisjonaw rapport dwar ir-riskju ghal sahhithom. Dan jispjega li apparti l-fastidju li jistghu jaghtu r-riha, il-prezenza tad-demel, il-hsejjes tal-baqar u l-hniezer u anke t-tniggis minn trakkijiet li jigu jigbru minn dawn l-irziezet, hemm ukoll riskji vera ta’ sahha.
Fost l-ohrajn ir-rapport isemmi riskji ta’ infezzjonijiet, fosthom anke whud li jkunu rezistenti ghall-antibjotici, problemi fin-nifs, problemi psikologici u mard newrologiku.

Tuesday, September 20, 2011

Kemm hi kbira l-problema tal-obeżità f’pajjiżna u qed isir biżżejjed biex niġġilduha?

Il-prezz l-aktar li jaffettwa l-għażla tal-ikel – kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa
Grupp ta’ riċerkaturi in­ternazzjonali qalu li hemm bżonn ta’ azzjoni aktar iebsa min-naħa tal-gvernijiet kollha, fosthom tax­xi fuq il-‘junk food’, jekk iridu li jibdew jeliminaw il-kriżi tal-obeżità. Qalu wkoll li s’issa l-ebda pajjiż ma rnexxielu jieħu l-passi li hemm bżonn biex jibda jiġ­ġieled din il-proble­ma.
F’Malta din il-problema hi waħda li tikkonċernana ħafna. Skont l-istatistika, 36% tal-adulti Maltin għandhom piż żejjed, bil-“Body Mass Index” (BMI) iktar minn 25, filwaqt li 22% huma obeżi (jiġifieri b’BMI iktar minn 30). Dan ifisser li madwar 58% tal-adulti Maltin għandhom prob­lema ta’ piż żejjed. Ir-rata ta’ ħxuna hi ikbar fl-irġiel milli fin-nisa.

Passi kontra l-obezita'
Intant, l-orizzont tkellem mal-Ministeru tas-Saħħa dwar din il-problema biex niskopru aktar dwar l-azzjonijiet li qegħ­din jittieħdu lokalment.
Il-kelliema spjegatilna li s-sena l-oħra, il-Kampanja Kontra l-Obeżità kienet immirata lejn il-pubbliku, bl-għan li tagħ­ti informazzjoni siewja u tajba dwar kif għandu jitlef il-piż żejjed u jinżamm piż taj­jeb tul il-ħajja. Marbuta ma’ din il-kampanja, li fil-fatt għad­ha għaddejja, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħ­ħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, joffri żewġ servizzi bla ħlas għall-pubbliku, għal min jixtieq kemm jonqos mill-piż żejjed, kif ukoll klassijiet tal-aerobika. Il-kelliema spjegatilna wkoll li min hu interessat jista’ jċempel lid-direttorat biex jirċievi applikazzjoni biex jieħu sehem.
Din is-sena wkoll, fil-Jum Ewropew kontra l-Obeżità (22 ta’ Mejju, 2011), permezz tal-Kampanja “Stop Yo-Yo” ngħata tagħrif dwar il-ħsara marbuta ma’ ċikli spissi matul il-ħajja ta’ żieda u tnaqqis fil-piż, li skont id-Direttorat tas-Saħħa llum nafu bl-effetti ħżiena li jistgħu jkollhom fuq is-saħħa fiżika u mentali.
Barra minn hekk, saru wkoll gwidi informattivi dwar il-ħxuna, kif ukoll dwar il-ġes­tjoni tajba tal-problemi relatati mal-ħxuna u dawn in­tbagħtu lit-tobba tal-familji u lill-ispiżjari li huma meq­jusin bħala l-ewwel kuntatt għall-individwu dwar is-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. Ġie wkoll imniedi programm ta’ telf ta’ piż żejjed għall-professjonisti li jkollhom piż żejjed u li jaħdmu l-isptar.
Iżda dan kollu qed ikun biż­żejjed? U qed isir biżżejjed min-naħa tal-awtoritajiet lokali? Għal dan, il-kelliema tal-Ministeru tas-Saħħa wieġbet li matul l-aħħar snin ġie mnie­di Kumitat Intersettorali kontra l-Obeżità bl-għan li tinħadem strateġija kontra l-obe­żità. Skont il-kelliema, din l-istrateġija waslet fil-fażi ta’ konsultazzjoni mas-setturi u l-awtoritajiet ikkonċernati biex isir qbil dwar dak li jin­għad fid-dokument. Barra minn hekk, qed jitħejja wkoll pjan ta’ azzjoni biex tkun tista’ tingħeleb din il-problema.

Ambjent differenti
Wieħed mir-riċerkaturi mill-Università ta’ Oxford, il-Professur Klim McPherson qal li hemm bżonn issir bidla fl-ambjent li jgħixu fih in-nies biex b’hekk ikunu jistgħu jagħm­lu għażliet aħjar. Iżda qal ukoll li ħafna pajjiżi beż­għu milli jieħdu l-aħjar azzjoni u kkritika b’mod partikolari lill-Gvern Ingliż li ffoka fuq ftehim volontarju mal-industrija milli aktar fuq liġijiet.
Dwar l-ambjent li ngħixu fih, il-kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa qaltilna li “dan qed ifixkel lill-pubbliku Malti, jiġifieri li l-ambjenti li ngħixu fihom għadhom jiffavorixxu ikel mogħni bix-xaħam, zokkor u melħ. Għalhekk, għandhom jiżdiedu l-isforzi biex l-ikliet u ‘snacks’ li jippromwovu s-saħħa jkunu aktar aċċessibb­li, jiġifieri li jiġu offruti anke f’‘take aways’ li s’issa għadhom mhumiex dejjem offruti.”
Barra minn hekk, l-ikel nut­rittiv u tajjeb għas-saħħa għandu jiġi ppreparat b’mod li jħajrek, varjat u fl-istess ħin bi prezz raġjonevoli – mhux ferm aktar għoli (kultant b’mod redikolu) minn ‘fast food’ (li jagħmel tant ħsara fuq medda ta’ żmien).
Skont il-kelliema, hu magħ­ruf li l-prezz tal-ikel hu l-aktar dak li jaffettwa l-għażliet tal-ikel fost it-tfal, iż-żgħażagħ u dawk kollha li l-but tagħhom hu limitat.

Ghaliex hi problema gravi f'pajjizna?
Meta staqsejna lill-istess kel­liema dwar ir-raġuni għaliex f’Malta din il-problema hi daqshekk qawwija, din weġ­bitna li għal din il-mistoqsija għandu jsir studju biex jitilgħu fil-wiċċ il-vera raġunijiet għal din il-problema. Qaltilna wkoll li żgur li l-offerti u l-inċentivi aggressivi li saru fl-im­għoddi min-naħa tal-industrija tal-ikel u x-xorb, li jif­­favorixxu ikel u xorb mogħni fiz-zokkor, xaħam u melħ, m’għenux.

Kura personali
Biex wieħed jieħu ħsieb li jevita li jkollu x’jaqsam mal-problema tal-obeżità u l-effetti li tista’ tħalli, il-Ministeru tas-Saħħa ssuġġerilna li persuna għandha tagħmel għażliet taj­bin fl-ikel, tiekol bil-qies u tagħmel biżżejjed attività fiżi­ka fuq bażi regolari biex iż­żomm piż tajjeb matul ħajjit­ha.

Fatti dwar il-piż żejjed u l-obeżità
• L-obeżità fid-dinja żdiedet b’iżjed mid-doppju mill-1980.
• Fl-2008, 1.5 biljun adult ta’ 20 sena jew iktar kellhom piż żejjed. Minn dawn 200 miljun raġel u kważi 300 miljun mara kienu obeżi.
• 65% tal-popolazzjoni tad-dinja jgħixu f’pajjiżi fejn il-piż żejjed u l-obeżità joqtlu iżjed persuni milli n-nuqqas ta’ piż.
• Kważi 43 miljun tfal taħt l-età ta’ ħames snin kellhom piż żejjed fl-2010.
• L-obeżità tista’ tiġi evitata.
• Il-piż żejjed u l-obeżità huma l-ħames l-akbar riskju ta’ mewt fid-dinja.
• Minn tal-inqas 2.8 miljun persuna jmutu kull sena b’riżultat ta’ piż żejjed jew obeżità.
• 44% tal-problemi diabetiċi, 23% tal-problemi tal-qalb, u bejn 7% u 41% ta’ ċerti mard tal-kanċer huma kkawżati minn piż żejjed u obeżità.
....

Tuesday, September 6, 2011

Kellna naccettaw li f’pajjizna jinzlu ajruplani tal-gwerra b’emergenza?

Malta ma ntuzatx biex jaslu fid-destinazzjoni

Fil-kunflitt tal-Libja, Malta kellha sehem attiv u xi ftit jew wisq dan qanqal biza’ fostna l-Maltin, li stajna nidhlu bejn il-basla u qoxritha. L-inzul ta’ ajruplani tal-gwerra, qajjem diversi dubji kemm fil-verità kienx inzul ta’ emergenza jew inkella azzjonijiet bi pjan apposta. Ghal daqstant, l-orizzont tkellem ma’ zewg persuni li ghandhom ghal qalbhom l-avjazzjoni halli jaghtuna l-parir taghhom u jispjegawlna aktar fid-dettall kif graw l-affarijiet.
Joe Ciliberti, il-President tas-Socjetà Maltija tal-Avjazzjoni spjegalna li Malta ghandha l-obbligu li tilqa’ kull ajruplan li l-kmandant tieghu jsib ruhu f’diffikultà. Hi bhal dghajsa li ssib ruhha f’diffikultà u tigbed lejn Malta ghall-kenn jew salvatagg.
Ciliberti spjegalna li fl-1984, meta ajruplan tal-Egyptair kien gie ‘hijacked’, kienu gew sparati xi tiri waqt li t-terroristi kienu qeghdin jipprovaw jiehdu l-kmand tal-ajruplan. Konsegwenza ta’ dan l-ajruplan kellu jaghmel inzul ta’ emergenza. Ghal xi hin l-awtoritajiet tal-ajruport Malti ghazlu li jitfu d-dwal tar-‘runway’, izda meta raw li l-kaptan baqa’ jinsisti li jinzel Malta ma kienx hemm ghazla ohra hlief li jithalla jinzel.
Dawn l-ajruplani li wettqu l-inzul ta’ emergenza qeghdin jiehdu sehem fl-operazzjoni Unified Protector taht l-awspici tar-Rizoluzzjoni 1973 tal-Gnus Maghquda. Skont Ciliberti dawn qatt ma gew Malta ghal ragunijiet ohrajn hlief biex jiehdu l-fjuwil li spicca mhux skont kif kien ippjanat jew inkella ghax sofrew hsara. Dejjem telqu mill-aktar fis possibbli, uhud wara saghtejn u ohrajn wara granet shah bit-teknici jsewwu fihom sa ma kienu f’kundizzjoni li jtiru.

Bla fjuwil

Dwar dan tkellimna ma’ persuna ohra li xtaqet tibqa’ anonima izda spjegatilna b’mod tekniku kif dawn l-ajruplani spiccaw bla fjuwil. Skont din il-persuna, biex dawn l-ajruplani jaslu l-Libja minn pajjizi ’l boghod il-piloti jkollhom juzaw l-‘afterburner’. Dan jahli hafna fjuwil u aktar ma jkun mghobbi l-ajruplan aktar jahli fjuwil. Barra minn hekk, aktar mal-ajruplan ikun mghobbi bil-missili inqas ikollu post fejn jghabbi l-fjuwil. L-istess persuna spjegatilna wkoll li l-inzul taghhom ma kienx jikser ebda regola. Dan minhabba l-fatt li l-ajruplani li nizlu b’emergenza f’pajjizna hadu l-fjuwil li kellhom bzonn jew sewwew il-hsarat li kellhom u marru lura lejn il-bazi militari taghhom u mhux lejn il-Libja. Li kieku baqghu sejrin lejn il-Libja minn hawnhekk, f’dak il-kaz kien ikun ifisser li pajjizna intuza biex jaslu fid-destinazzjoni taghhom.
Dwar dan staqsejna wkoll lil Ciliberti biex jispjegalna jekk ikunux jafu ezatt kemm hi twila d-destinazzjoni halli jkunu jistghu jahsbu ghal bizzejjed fjuwil. Wegibna li f’kaz ta’ operazzjonijiet militari ma tezistix destinazzjoni peress li fil-kaz tal-Libja hafna mill-attakki kienu jsiru fuq tankijiet u kanuni mobbli li jekk ma jintlaqtux minnufih jergghu jisparixxu. Staqejnieh ukoll dwar il-mudelli ta’ ajruplani li ntuzaw u jekk jistax ikun li minhabba li huma antiki setghu jaghtu izjed problemi. Spjegalna li kull pajjiz ikun jixtieq li jkollu l-aqwa qawwa tal-ajru b’ajruplani moderni u avvanzati. Izda fil-verità l-ebda qawwa tal-ajru m’ghandha minn dawn l-ajruplani biss. L-ajruplani li nizlu Malta kienu tahlita bejn ajruplani tas-snin 70 u ohrajn tal-2000 u anke wara.  Dan ifisser li t-tip ta’ ajruplan ma jaghmilx daqshekk differenza.
Rigward l-ammont ta’ ajruplani li nizlu, Joe Ciliberti qalilna li dawn kienu biss ftit meta tikkonsidra li minn meta beda l-kunflitt s’issa saru madwar 20,000 titjira. Kulma nizlu kienu 20 ajruplan u whud minnhom gew biss biex jakkumpanjaw lill-ajruplan l-iehor li wettaq l-inzul ta’ emergenza.

Ghaliex Malta?

Izda ghalxiex ghazlu li jinzlu Malta u mhux post iehor? Skont Ciliberti Malta hu l-uniku pajjiz geografikament sigur bejn il-Libja u l-Italja. Skont il-persuna l-ohra, Malta hija l-ahjar alternattiva minhabba r-‘runways’ twal u t-temp stabbli. Spjegatilna wkoll li skont ic-cirkostanzi jaghzlu f’liema post l-ahjar li jinzlu. Jekk l-ajruplan ikollu bzonn biss ta’ fjuwil allura Malta hi l-ahjar post, izda jekk l-ajruplan igarrab hsarat allura bazi militari bhal Sigonella hi ahjar peress li jkunu jistghu jsiru t-tiswijiet.

Newtralità

Meta staqsejna lil Ciliberti jekk stajniex nirrifjutaw dan l-inzul ta’ emergenza, hu spjegalna li pajjiz sovran jista’ jaghmel l-ghazliet tieghu izda mbaghad irid igorr ukoll il-konsegwenzi tal-ghazliet li jkun ghamel, specjalment jekk il-pilota jew piloti jitilfu hajjithom.
Rigward inkisritx in-newtralità ta’ Malta, hu qalilna li mhuwiex politiku u mhux ikkwalifikat biex jirrispondi dwar din il-materja. Minkejja dan, hu qal ukoll li skont ma jaf hu, George Vella fuq programm televiziv qal li ma jsib l-ebda problema b’dan l-inzul ta’ emergenza u jahseb li forsi Malta setghet hadet sehem aktar attiv fl-operazzjonijiet militari, forsi aktar taht forma ta’ appogg aktar milli ajruplani tal-attakk.

Iz-zewg Mirages Libjani

Rigward l-ewwel zewg ajruplani tat-tip Mirage F1 tad-ditta Dassault tal-qawwa tal-ajru Libjana, il-persuna li tkellmet ma’ l-orizzont qaltilna li dawn kisru l-ligijiet tal-ajru meta dahlu fl-ispazju tal-ajru Malti bla permess. Fil-fatt, meta sehh il-kaz qajmu thassib kbir ghax hadd ma kien jaf x’kienu l-intenzjonijiet taghhom. Barra minn hekk, hadd ma kien ippreparat ghal kaz bhal dan. Izda mbaghad ladarba giet ccarata l-pozizzjoni tal-piloti, li kienu qeghdin jaharbu biex ma jattakkawx lic-civili, allura l-pozizzjoni taghhom giet accettata.
Dawn l-ajruplani, li xorta ghadhom proprjetà tal-Gvern Libjan,  jinsabu pparkjati f’Park 5 tal-Ajruport Internazzjanali ta’ Malta fejn jinsabu mghottijin. X’se jsir minnhom jiddependi mill-Gvern Malti, izda skont il-kundizzjoni li jinsabu fihom jidher skont ma qaltilna din il-persuna li ladarba jissolva l-inkwiet fil-Libja dawn l-ajruplani ma jkunux ghadhom fi stat tajjeb biex itiru. Dawn l-ajruplani kienu digà jinsabu fi stat mhux daqshekk tajjeb minhabba l-fatt li Gaddafi qatt ma investa daqshekk fuq il-qawwa tal-ajru ta’ pajjizu ghax qatt ma basar li xi hadd kien se jattakkah.
melvindelsol@hotmail.com