Hekk kif dħalna fix-xhur tas-sajf, ħafna huma dawk li jmorru ma’ sħabhom jew inkella mal-familji tagħhom ħdejn il-baħar u jorganizzaw BBQs matul l-iljieli. Sfortunatament, jidher li mhux kull min jorganizza dawn il-BBQs jieħu ħsieb li jħalli nadif warajh, ħalli ħaddieħor bħalu jkun jista’ jgawdi l-bajja. Hekk ġara fil-bajja ta’ Dellimara nhar il-Ħamis. Meta morna filgħodu biex ingawdu s-sbuħija li toffri din il-bajja sibna bosta ħmieġ mill-BBQs tal-lejl ta’ qabel. |

Minkejja li l-awtoritajiet ħasbu biex poġġew mezzi apposta fejn jintrema ż-żibel; fost l-oħrajn għall-karti, għall-plastik, kif ukoll għall-faħam tal-BBQs, bosta "bravi" dehrilhom li jqabbdu l-faħam jew inkella jarmuh wara li jlestu fil-ħofor li hemm fil-blat. Barra minn hekk, biex iżidu mal-bravuri li wettqu qalbu tank li kien mimli biż-żibel u anke kissru flixkun tal-inbid tal-ħġieġ mal-art.
Kienet vera azzjoni tal-mistħija, kien min kien li wettaqha. Jekk kien Malti allura kienet azzjoni miskina u ta’ injoranza għax twaqqgħalna wiċċna l-art mat-turisti li jżuru din il-bajja u jekk kien xi turist allura kienet ħafna iżjed tal-mistħija jekk persuna jista’ jiġi f’pajjiżna u jħammġu mingħajr ma jwaqqfu ħadd.
B’dan l-aġir poġġew fil-periklu lin-nies li jħobbu jgawdu din il-bajja, b’mod speċjali t-tfal, li setgħu weġġgħu bil-fdalijiet li rmew.
Azzjoni mill-Awtoritá
Min-naħa tal-awtorità kien tajjeb li tpoġġew il-mezzi fejn jintrema ż-żibel għalkemm f’dan il-każ ma ġewx użati. Minkejja dan, ma jidhirx li qiegħed isir sforz biżżejjed biex nieħdu ħsieb il-bajjiet tagħna. Mhuwiex biżżejjed li nwaħħlu tabella li tgħid "irrapporta kull kontravenzjoni lill-pulizija fuq 119" għax ħadd mhu daqshekk iblah li se jmur jirrapporta lilu nnifsu. Biex jinqatgħu ċerti abbużi soluzzjoni waħda hemm; li jkun hemm sorveljanza min-naħa tal-awtoritajiet.
Barra minn hekk, ikun xieraq jekk l-awtoritajiet jieħdu ħsieb minnufih biex inaddfu l-ħmieġ li tħalla f’din il-bajja ħalli jevitaw li jweġġa’ xi ħadd u li nkomplu naqgħu aktar għaċ-ċajt!

No comments:
Post a Comment