|                  Nieħdu gost meta l-ilmenti li nwasslu  permezz ta’ dan il-ġurnal jaslu għand l-awtoritajiet ikkonċernati u dawn  jieħdu l-passi meħtieġa biex jirranġaw is-sitwazzjoni. Hekk ġara  fil-każ tal-bajja ta’ Dellimara, fejn xi ħadd kien għoġbu jnitten  il-blat bil-fdalijiet tal-BBQs. Fil-fatt, Keith Galea mill-Ministeru  għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bagħtilna wkoll ittra biex jgħidilna  li ttieħdu passi.  |          
                           Sfortunatament imma, mhux l-ilmenti kollha  jidhru li jaslu għand l-awtoritajiet għax xhur ilu, proprju fl-20 ta’  Frar ta’ din is-sena, fuq il-gazzetta tal-Ħadd it-torċa konna lmentajna  dwar it-telqa u l-abbandun li tinsab fih il-Fortizza Dellimara. Din  b’kumbinazzjoni tinsab biss tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod mill-bajja li  ġiet imnaddfa. Mhux talli l-foss tal-fortizza ma ġiex imnaddaf minn skart goff bħal tyres, fridges, cookers u anke sufani, talli llum il-ġurnata kompla żdied il-ħmieġ hekk kif xi "bravu ieħor", u din id-darba iktar hemm ċans li hu Malti, waddab l-għamara ta’ kamra sħiħa fil-foss. Bla sorveljanza mill-awtoritajiet Għal darb’oħra dan jerġa’ jikkonferma dak li konna ktibna, jiġifieri li hemm bżonn li l-awtoritajiet jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex ikun hemm is-sorveljanza adegwata f’dawn l-inħawi ħalli jiġu evitati azzjonijiet vandali qabel ma jsiru.  |          
         
No comments:
Post a Comment