Tuesday, November 2, 2010

Nizvelaw is-sigrieti tal-ezorcizmu 5 (Intervista ma Patri Ugo Cremona)

Melvin: Kellimna dwar il-hajja tieghek u dwar is-sacerdozju tieghek, x’geghlek issir sacerdot u minbarra hekk ezorcista?

Fr.Ugo: Jiena trabbejt il-Belt u minn dejjem hassejt is-sejha li nsir sacerdot. Ta’ 17-il sena dhalt novizz Dumnikan u gejt ordnat sacerdot hamsin sena ilu. Ghaddejt aktar minn tletin sena nghallem il-filosofija u t-teologija u naghti konferenzi. Difficli li tghid ghaliex ghazilt din il-kwalità ta’ hajja. Hija xi haga li thossha fik, u tkun konvint minnha minghajr ma tista’ tispjegaha. Staqsejtni kif sirt ezorcista. Din hi xi haga li wkoll zviluppat wahedha fil-hajja tieghi. Min xi ghoxrin sena ‘l hawn irrealizzajt kemm hu importanti li nitlob man-nies li kienu spiss jigu ghandi b’xi problema. Kultant kienu jigu minhabba l-mard, u xi drabi minhabba li kienu jhossu li kellhom bzonn helsien u liberazzjoni. Hafna drabi kienu jinhelsu mix-xkiel li kien jorbothom u hekk irrealizzajt kemm hu importanti t-talb ghall-helsien. Dan kien il-bidu ta’ kif intfajt ghall-ezorcizmu. Wara xi zmien l-Arcisqof talabni biex inkun membru fil-Kummissjoni dwar l-Okkult u s-Satanizmu u hatar lili u tlieta ohrajn bhala ezorcisti.

Melvin: Min hu x-xitan?

Fr.Ugo: Ix-xitan huwa dak l-anglu li hadha kontra Alla minhabba s-suppervja tieghu, u minhabba li ppretenda li hu daqs Alla. Dan gie mitfugh fl-abbissi tal-infern u jaghmel minn kollox biex jisraq kemm jista’ erwieh u jbeghdhom minn Alla.

Melvin: Nafu li fost l-angli hemm gerarkija: angli, arkangli, ecc. Tezisti gerarkija fis-saltna dijabolika?

Fr.Ugo: Ma nistax nghidlek jekk fost id-demonji hemmx gerarkija bhalma hemm fis-sema. Biss zgur li hemm spirti li ghandhom setgha biex jaghmlu hsara aktar minn ohrajn.

Melvin: Fir-riti satanici, ix-xitan jigi msejjah b’77 isem. L-ismijiet tax-xjaten huma indikattivi max-xoghol partikolari taghhom?

Fr.Ugo: Iva, jidher li l-isem tax-xjaten huwa indikattiv tax-xoghol li jaghmlu. Bhal kull anglu iehor l-isem taghhom juri l-missjoni taghhom. Imma rridu nikkonsidraw ukoll li mal-angli hziena fl-infern hemm ukoll l-ispirti ta’ dawk li huma kkundannati, li ahna nsejhulhom erwieh dannati.

Melvin: Ghaliex waqt l-ezorcizmu, l-ezorcista jista’ jistaqsi l-isem tax-xitan li jkun jahkem il-persuna? L-isem ifisser aktar minn semplici isem?

Fr.Ugo: Fir-rit il-gdid tal-ezorcizmu (jigifieri fit-talb li jsir biex wiehed jew wahda jkunu lliberati minn xi spirtu hazin) ma jissemmiex li l-ezorcista jikkmanda lix-xitan biex jizvela ismu. Imma fir-rit l-antik (li ghadu jista’ jintuza) meta l-ezorcista jkun ha l-kontroll f’idejh, hemm li l-ezorcista jista’ jistaqsi l-isem tax-xitan li jkun. Mhux necessarju li l-ezorcista jkun jaf l-isem tax-xitan hlief biex dan ikollu aktar gharfien ma’ min ikun qed jissielet.

Melvin: Barra l-isem, jista’ l-ezorcista jiddiskuti max-xitan? Ghaliex?

Fr.Ugo: Huma rari l-kazijet meta l-ezorcista jkollu jiddiskuti max-xitan. Ma ninsewx li x-xitan hu giddieb, u ghalhekk mhux kulma jghid huwa veru. Anzi x-xitan bit-twegibiet tieghu jista’ jfixkel l-attenzjoni tal-ezorcista u jfixklu mit-talb. Ghalhekk ma tantx jaqbel li wiehed jidhol f’konversazzjoni max-xitan. Aktar max-xitan ikun injorat aktar hemm ic-cans li jwarrab!

Melvin: Tista’ tispjega ftit x’nifmhu meta nghidu ezorcizmu? Dan huwa biss il-fatt li tkeccu x-xitan jew aktar minn hekk?

Fr.Ugo: B’ezorcizmu nifmhu t-talba ufficjali tal-Knisja biex jitwarrab spirtu hazin li jkun hakem lill-persuna. Dan fil-fatt ikun qed juza l-fakultajiet tal-persuna u jinqeda bihom, però ma jista’ qatt jahkem ir-ruh tal-imxajtan. Il-persuna tigi lliberata minn dan l-ispirtu jew spirti li jkunu ippossedewha, biex il-persuna ssib mill-gdid lilha nnifisha, u tehles minn hafna tigrib bla bzonn.

Melvin: Kif jigi ccelebrat ir-ritwal? Waqt l-ezorcizmu jkun hemm biss il-persuna u s-sacerdot jew ikun hemm prezenti aktar persuni?

Fr.Ugo: Digà ghidt li r-rit tal-ezorcizmu, huwa talb ghall-helsien tal-persuna meta dan ikun tassew necessarju, ghax ikun hemm kazi fejn jidher li jkun hemm bzonn l-ezorcizmu u fil-fatt ma jkunx hemm bzonnu. Dan jista’ jigri minhabba xi mard li l-effetti tieghu jkunu jixbhu lis-sinjali ta’ htiega ta’ ezorcizmu. Meta l-ezorcista jaghmel dixxerniment u jghid li hemm bzonn ezorcizmu, generalment isejjah xi whud biex jghinuh fl-ezorcizmu. Dan billi jiehdu sehem fit-talb, kif ukoll biex jekk l-imxajtan ikun xi ftit vjolenti, izommuh halli ma jaghmilx hsara lilu nnifsu.

Melvin: Kemm tiehu zmien biex persuna tinheles? Kif tkun cert li l-persuna hi mehlusa.

Fr.Ugo: Ma tistax tghid ezatt kemm tiehu zmien biex il-persuna tinheles. Gieli jkun hemm bzonn gimghat u anke xhur, peress li l-ezorcizmu generalment isir darba f’gimgha. Tkun taf li l-persuna hi mehlusa minhabba li ma jibqghux jidhru s-sinjali li jkun hemm qabel. Il-persuna tkun tista’ tghix fil-paci u tkun tista’ taqbad mill-gdid tghix il-hajja sagramentali minghajr tfixkil.

Melvin: Jista’ x-xitan jerga’ jippossedi persuna li jkun hareg minnha?

Fr.Ugo: It-twegiba jaghtijilna Kristu nnifsu fil-Vangelu. Iva, x-xitan jista’ jerga’ jattakka persuna li tkun inhelset. Generalment dan jigri, jekk il-persuna ma tkunx qieghda tghin lilha nnifisha bil-hajja sagramentali, u l-aktar jekk terga’ lura ghall-hajja li tkun qieghda tghix qabel, meta din tkun ghexet hajja ta’ dnub.

Melvin: Jista’ x-xitan jattakka lilkom bhala ezorcisti waqt l-ezorcizmu jew wara li jkun hareg mill-persuna? Jista’ jidhol fikom?

Fr.Ugo: It-twegiba ghal dawn iz-zewg domandi hija “iva”, imma Alla ma jippermettilux li jaghmel dan u jaghti l-protezzjoni tieghu lill-ezorcista. Ghalhekk huwa rakkomandat li l-ezorcista jghix hajja tajba mill-ahjar li jista’, li jitlob ta’ spiss, u qabel l-ezorcizmu jqerr u jqaddes il-quddiesa. Importanti li l-ezorcista jkollu fiducja kbira f’Alla li dan jipprotegieh, u jwarrab minnu nnifsu kull biza’, konvint li Alla hu dejjem rebbieh fuq il-hazen u li fuqu ma hemm hadd!

Nizvelaw is-sigrieti tal-ezorcizmu 4 (Intervista ma Patri Elija Vella)

Meta bdejt inwasslilkom din is-sensiela jien ghidtilkom li se nippubblika hamsa. Dan minhabba l-fatt li Patri Elija Vella jkun impenjat hafna u spiss ikun anke msiefer. Allura ma tantx stajna nsibu hin li niltaqghu mieghu u nistaqsuh id-domandi taghna.
Minkejja dan, hekk kif bdejt nippubblika dawn l-inervisti ircevejt imejl minghand Patri Elija u qalli li kellu ftit tac-cans ghalija. Tistghu timmaginaw, ghalija kienet qisha c-cirasa fuq il-kejk ghax kien ghad fadalli hafna x’nistaqsi u hekk kelli cans iehor li nkompli nwasslilkom aktar taghrif. Iddecidejt li nitkellem ma’ Patri Elija dwar l-Ezorcizmu u l-ezorcisti partikolarment f’Malta u dwar ix-xoghol li jisvolgu huma bhala membri tal-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu:

Kemm ilek ezorcista?
Madwar 15-il sena.

Kif issir ezorcista?
L-ordinazzjoni sacerdotali tinkludi l-ministeru tal-ezorcizmu. Din is-setgha tinghata lil kull sacerdot meta jigi ordnat. Madankollu, l-Knisja thalli l-ezercizzju ta’ dan il-ministeru f’idejn sacerdoti maghzulin apposta mill-isqof tal-post. Dan, il-Knisja taghmlu biex min-naha ‘l wahda tipprotegi lis-sacerdot li ma jkunx addattat ghal dan il-ministeru u wkoll biex isserrah mohhha li jkun qieghed jigi ezercitat kif suppost.
Ghaldaqstant, hu l-Isqof li fil-prudenza u l-gherf tieghu li jaghzel sacerdoti addattati biex ikunu ezorcisti fid-djocesi tieghu.

Trid titghallem xi haga partikolari fit-Teologija?
Ma tistax tkun ezorcista jekk ma jkollokx bazi soda tat-Teologija dwar ix-Xitan u l-attività tieghu. Però, sfortunatament, sew fil-Korsijiet moghtijin mill-Fakultà tat-Teologija tal-Università kif ukoll fis-seminarji taghna, jinghata ftit wisq taghrif dwar dan is-suggett. Hija haga tad-dahk: is-sacerdot hu maghzul biex jiggieled lix-xitan; meta jqaddes jitwaddab fil-kamp tal-battalja u dan ma jkun jaf kwazi xejn la dwar l-ghadu u inqas u inqas dwar it-tattika tieghu.
Dawn l-ahhar snin fil-Fakultà tat-Teologija beda jigi organizzat credit dwar is-suggett. Imma dan ghadu ftit wisq.
Kemm is-sacerdoti taghna – u dawk il-lajci li jattendu l-kors tat-Teologija – johorgu fformati u informati tajjeb dwar l-Okkult, l-ispiritizmu, is-satanizmu, in-New Age u l-bqija?
Qieghed nesagera? Mank!

X’tip ta’ preparazzjoni tircievi?
Meta jien u shabi gejna maghzulin bhala ezorcisti, ma sibna mkien fejn stajna nippreparaw rwiehna ghal dan il-ministeru, la hawn Malta u lanqas barra minn Malta.
Din mhix problema taghna biss, imma hija ta’ kull ezorcista.
Anzi llum, minn ftit snin ‘l hawn, beda jigi organizzat kors f’Ruma dwar il-formazzjoni tal-ezorcisti. Imma ahna kellna naqdfu wahedna, nistudjaw u naqraw u fuq kollox nattendu kungressi dwar dan is-suggett.
Naturalment, l-esperjenza ta’ dawn is-snin u l-qsim ta’ esperjenzi bejnietna, ghallmitna hafna.
Min-naha tieghi, il-hafna vjaggi li naghmel, il-konferenzi li naghti u s-sehem tieghi f’hafna ezorcizmi hawn Malta u barra minn Malta, ghallmuni qatiegh.

Kull sacerdot jista’ jiccelebra l-ezorcizmu?
Certament kull sacerdot jista’ u ghandu, jghin persuni ddisturbati mix-Xitan permezz ta’ talb ta’ Liberazzjoni, imma t-talba ufficjali u liturgika tal-ezorcizmu jista’ jghidha biss l-ezorcista bhala l-ufficjal maghzul tal-Knisja ghal dan il-ministeru.

Kemm hi reali din il-problema f’Malta?
Jekk qieghed tirreferi ghall-possessjoni vera, allura nghidlek li relattivament il-kazi huma wahdiet. Cert ahna l-ezorcisti kwazi dejjem u f’kull perjodu tas-sena nkunu mhabbtin b’xi kazi serji hafna, imma dawn a paragun tal-maggoranza, jibqghu dejjem wahdiet.
Jekk nirreferu ghas-satanizmu, ghalkemm wiehed lanqas hawn m’ghandu jghaggibha, però lanqas irridu nahbu rasna fir-ramel kif jaghmel l-ostrich. Is-satanizmu f’Malta jezisti – u ilu – u hawn diversi gruppi li perjodikament jiltaqghu biex jaghmlu l-quddiesa s-sewda u riti ohrajn satanici.
Jekk imbaghad qeghdin nirreferu ghall-okkult u l-ispiritizmu, allura l-problema hija wisq izjed gravi milli wiehed jahseb. Hawn Malta ghandna madwar 35 li huma shahar u spiritisti, li jircievu l-klijenti u jisolhuhom kemm jistghu, filwaqt li japprofittaw mill-injoranza taghhom.
Hi problema li ma nistghux ma naghtux kasha.

U l-Knisja x’inhi taghmel?
Meta ghaddast rasi snin ilu f’dan it-tip ta’ pastorali, sibt bosta li qatghuli qalbi u ssuggerewli nieqaf. Sahansitra ufficjali tal-Kurja kienu dubjuzi u xettici dwar din il-pastorali. Illum nista’ nghid li l-parti l-kbira tal-kleru kif ukoll l-awtoritajiet tal-Knisja Maltija fehmu li din hi problema reali li tinhtieg pastorali addattata.
Mhux biss, illum ma nsibux oppozizzjoni mill-awtorijiet, imma ghall-kuntrarju insibu appogg shih.
Madankollu, ghadni konvint li l-Kleru Malti u Ghawdxi ghadu sajjem minn dak li hawn fostna u izjed u izjed ghadu jitfixkel quddiem persuni li jehtiegu l-ghajnuna f’dan il-kamp.
Il-Knisja kienet gharfa bizzejjed meta waqqfet Kummissjoni Djocesana biex tiehu hsieb il-problematika tal-Okkult, Satanizmu u Spiritizmu.

X’inhu x-xoghol tal-Kummissjoni Djocesana dwar l-Okkult u s-Satanizmu li inti l-president taghha?
Il-hidma ta’ din il-Kummissjoni hija vasta hafna. Il-membri li jifformawha huma kollha ezorcisti, madankollu wiehed m’ghandux jimmagina li ahna naghmlu biss ezorcizmi. Niltaqghu darba fix-xahar regolarment biex mhux biss niddiskutu bejnietna l-kazi li jkollna, imma wkoll biex noholqu formazzjoni u informazzjoni dwar l-okkult, is-satanizmu u l-ispiritizmu. Hidma kontinwa li nwettqu fl-iskejjel u fuq il-midja. Fuq kollox nistudjaw kontinwament dwar is-suggett u nitghallmu minn xulxin.
Hloqna wkoll gruppi li jghinuna fil-hidma taghna.
Kummissjoni ta’ din l-ghamla hija pjuttost originali. F’nazzjonijiet ohrajn normalment l-ezorcista jahdem wahdu.
Mhijiex l-ewwel darba li gejt mistoqsi minn isqfijiet ta’ nazzjonijiet ohrajn kif tahdem din il-kummissjoni u x’inhu r-rwol tal-ezorcista, li mhux biss dak li jkecci x-xjaten imma fuq kollox dak li jifforma u jinforma l-Kleru u l-lajci dwar il-hidma u t-tattika tax-Xitan.
Gejt mistoqsi u tkellimt fost l-ohrajn dan l-ahhar dwar dan mal-Isqof ta’ Caltanissetta (Sqallija), mal-Arcisqof ta’ Singapore u mal-Kardinal Brown ta’ Boston (Amerika) li lkoll urew interess kbir fil-mod ta’ kif nahdmu hawn Malta.

Min jifforma parti minn din il-Kummissjoni?
P. Elija Vella o.f.m.conv – President
P. Marcello Ghirlando o.f.m. – Segretarju
P. Joe Borg s.j.
P. Ugo Cremona o.p.
P. Franco Fenech o.f.m.cap.
P. John Vella o.f.m.cap.

Jista’ jkun li persuni li jghidu li ghandhom ix-xitan, ikollhom biss problemi psikologici?
Meta tmur ghand tabib, int tghidlu x’qieghed thoss, imma mbaghad ikun hu li jghidlek x’ghandek. Hekk ukoll meta tmur ghand ezorcista: hu irid jiddixxerni intix iddisturbat mix-Xitan jew le. Bosta jipprovaw jikkonvincu lill-ezorcista li dak li jhossu hu kkawzat mix-Xitan. Fil-parti l-kbira tal-kazi dawn ikunu kollha kazi psikologici jew psikjatrici. Li kieku dawk kollha li jahsbu li ghandhom xitan go fihom, ikun hekk tassew, kieku nahseb li l-Infern huwa vojt, ghax ix-xjaten ikunu kollha “on duty”!

Nahseb li l-izjed haga difficli hi li taghmel dixxerniment biex tara jekk dak li qed jigri hux gej minn xi kundizzjoni psikologika jew hijiex xi haga ta’ natura spiritwali. X’inhuma s-sintomi li turi persuna posseduta mix-Xitan?

Ezattament: mhijiex haga facli li tiddistingwi problema psikologika minn dik spiritwali; ladarba s-sintomi sikwit ikunu l-istess. Huwa zball madankollu li wiehed jitlaq mill-presuppost li kull kaz huwa psikologiku jew psikjatriku. Jirrizulta fil-fatt tant drabi li wara li persuna tkun ilha tattendi sessjonijiet psikologici u tibla’ psikofarmaci, minghajr rizultat vizibbli, wara li jsir talb ta’ Li- berazzjoni jew Ezorcizmu fuqha, din titjieb u tfiq. Naturalment, kull kaz irid jittiehed ghalih. Hawn wiehed irid jghid li l-kollaborazzjoni bejn ix-xjenzjati u l-ezorcisti hija essenzjali.
Bosta drabi sintomu wiehed – bhal nghidu ahna forza barranija; jew konoxxenza ta’ dak li jkun mohbi; inkella stmerrija lejn oggetti sagri, jew kliem b’lingwi barranin li l-persuna qatt ma tkun tghallmet… – ma jkunx bizzejjed biex wiehed jasal ghall-konkluzjoni certa li l-persuna hija posseduta. Imma diversi sintomi maghqudin flimkien, jistghu jwasslu ghal certa probabbiltà. Naturalment, l-ezorcista mbaghad irid jiddixxerni kull darba kaz b’kaz. Haga hija certa: li l-esperjenza taghna l-ezorccisti rat bosta persuni mfejqin u kompletament liberi wara t-talb, haga li ma kenitx kapaci taghmel ix-xjenza.

Hemm xi persuni professjonali li jghinukom tiddixxernu l-kaz? Tipprovdu ghajnuna psikologika ghal persuni li jkollhom bzonnha?
Digà ghedt – u nirrepetih bil-qawwa – li l-ghajnuna tal-psikologija u psikjatrija huma essenzjali fil-ministeru taghna. Ghandna grupp ta’ psikjatri u psikologi li jghinuna bil-pariri taghhom, u sikwit huma jibaghtu l-kazi ghandna u ahna nibaghtuhom ghandhom.
Meta nigu biex nissuggerixxu ghand min imorru, noqoghdu hafna attenti li nissuggerixxu xjenzjati li jemmnu li fil-persuna m’hemmx biss l-aspett psikologiku u psikjatriku imma wkoll l-element spiritwali. B’hekk inkunu qeghdin inharsu lejn il-persuna minn aspett holistiku, haga essenzjali jekk irridu tassew fejqan shih fil-persuna.
melvindelsol@hotmail.com

Nizvelaw is-sigrieti tal-ezorcizmu 3 (Intervista ma Patri Marcello Ghirlando)

Nizvelaw is-sihrieti tal-ezorcizmu (4)

Hemm zewh affarijiet li jhobb ix-Xitan: jew li wiehed jichad ghal kollox l-ezistenza tieghu, jew inkella, li jitqies bhala c-centru tal-istorja bhallikieku kien xi alla.
Dwar dan illum se nitkellmu ma’ Patri Marcello Ghirlando li se jaghtina dehra aktar cara dwar il-provi li ghandna tal-ezistenza tax-Xitan u x’inhu l-pjan li ghandu biex ifixkel l-ghaqda tal-bniedem m’Alla. Se naraw kif mal-milja taz-zmien il-bniedem irnexxielu jibda jaghraf dak li vera hu x-Xitan u beda jirnexxielu jidentifikah bhala dak li vera hu.
Hadd ma jista’ jghid li hu qatt ma jista’ jigi ttantat mix-Xitan, anzi aktar kemm tkun twajjeb u tghix fil-Glorja ta’ Alla aktar se jipprova jaghmel minn kollox biex itellfek.
Izda mhijiex xi haha li ghandna nibzghu minnha hhax jekk nibqghu sodi, nemmnu fil-pjan ta’ Alla u jkollna tarka tajba permezz tat-talb u s-sagramenti, allura ahna qatt ma nistghu nitilfu l-imhabba ta’ Alla u kontra l-hazen tax-Xitan.
Izda ejjew naraw x’qalilna Patri Ghirlando dwar dan:

Kemm ilek Ezorcist? Kien hemm xi hadd li ghamilt esperjenzi mieghu jew ghallmek?
Ilni Ezorcist mill-1995. Kif ghidtlek qabel fid-deskrizzjoni tieghi, ghamilt tliet snin nahdem darba fil-gimhha ma’ Don Gabriele Amorth. Minn dakinhar tharrigt xi ftit u bdejt naqra letteratura li ghandha x’taqsam ma’ dan il-ministeru ta’ fejqan u helsien fil-Knisja. Illum nghallem ukoll kors fl-Università taghna rigward dan is-suggett.

Ix-Xitan jezisti? Hemm provi fl-Iskrittura? Min hu x-Xitan? Ix-Xitan alla hazin?
Min hu fit-taghlim tal-Knisja jemmen fl-ezistenza tax-Xitan. Huma angli li haduha kontra Alla. Mhumiex allat hziena, imma hlejjaq li rribellaw kontra Alla u l-pjan tieghu u jaghmlu minn kollox, sakemm jippermettilhom Alla, li jharbtu l-pjan tieghu fil-bnedmin. Dan jidher car mill-Iskrittura u b’mod partikolari mill-Vangeli, mill-hidma u t-taghlim ta’ Gesù.
Jekk naghtu harsa lejn l-Iskrittura sa mill-Antik Testment naraw li minn dejjem kien jissemma x-Xitan ghalkemm f’forom differenti minhabba li il-kultura religjuza mhux minn dejjem kienet l-istess.
Fil-fatt, l-ewwel awturi sagri tal-Bibbja, anke qabel l-ezilju tal-poplu fis-sitt seklu qabel Kristu, kienu jevitaw li jsemmu lix-Xitan jew lill-ispirti l-hziena.
Kienu jippreferu jattribwixxu kollox lil Alla, anke l-isfortuni tal-bniedem bhalma setghet kienet il-pesta (Salm 91,6) jew id-deni (Dewterenomju 32,34), fost affarijiet ohrajn.
Certi affarijiet negattivi huma attribwiti lil Alla permezz tax-xoghol tal-anglu (Ezodu 12,23; 2 Samwel 24,16; 2 Slaten 19,35), jew sahansitra minn spirtu hazin mibghut minn Alla kif naqraw f’1 Samwel 16, 14-16.23: “L-ispirtu tal-Mulej warrab minn Sawl; u l-Mulej baghat fuqu spirtu hazin biex ihabbtu. U l-qaddejja ta’ Sawl qalulu: ‘Ara, spirtu hazin minghand Alla qieghed fuqek. Ha jghid kelma Sidna, u ahna l-qaddejja tieghek hawn quddiemek, lesti biex infittxu ragel li jaf idoqq l-arpa, u kull meta jahtfek l-ispirtu hazin ta’ Alla, jdoqqlok b’idejh, u int thossok ahjar’... u kull meta l-ispirtu ta’ Alla kienu ikun fuq Sawl, David kien jaqbad l-arpa, u jdoqqha b’idu, u Sawl kien jiehu r-ruh u jhossu tajjeb, u l-ispirtu hazin kien iwarrab minnu.”
Minkejja dan, fil-Bibbja nsibu hafna dettalji letterarji li jesprimu t-twemmin popolari fl-ezistenza tal-ispirti hziena u l-prattika tal-okkult u ta’ riti magici mahluqin ghall-protezzjoni minn dawn l-istess spirti hziena.
Fost dawn l-ispirti kien hemm dawk imsejhin “elokim”, li kienu spirti tal-mejtin li kienu jissejhu permezz tan-nekromanzija, jigifieri t-tentattiv li wiehed johloq komunikazzjoni mal-mejtin.(1 Samwel 28,3-25 u 2 Slaten 21,6) U dan kollu minkejja li l-ligi li kienet tipprojbixxi li jsiru affarijiet bhal dawn (Dewteronomju 18,10-12 u Levitiku 19,31; 20,6-27).
Mal-milja taz-zmien beda jigi accettat li hemm ix-Xitan u fil-fatt l-ewwel ktieb li jirreferi ghalih huwa l-ktieb ta’ Tobit. Dan jesprimi b’mod miftuh it-twemmin ta’ Izrael fix-Xitan.
Il-letteratura Gudajka tkompli tizviluppa d-duttrina fuq id-demonji sa ma tasal biex tipprezentahom bhala univers iehor ghalihom oppost lil Alla u l-angli tiehhu.
Il-kelma “Satana” gejja mit-terminu Ebrajk “satan” li jfisser ghadu, dak li jakkuza. It-traduzzjoni Griega hija “diabolos”. (1 Slaten 24,4; 2 Slaten 19,22; Salm 109,6)
Hekk kif nibdew nanalizzaw it-Testment il-Gdid, naraw espressjoni bil-miftuh tal-oppozizzjoni bejn Alla u satana. Naraw l-involviment personali ta’ Kristu li jaffronta lil satana qabel l-inawgurazzjoni tal-ministeru pubbliku tieghu (Luqa 4,1-13) Biss mhux hekk biss, il-missjoni ta’ Kristu dehret ukoll fil-helsien mill-ispirti l-hziena f’dawk li kienu oppressi jew mahkumin minnhom.(Luqa 4,31-37)
L-aktar ezempju car ta’ ezorcizmu veru proprju barra l-intenzjonijiet apologetici tal-evangelisti nsibuh fl-istorja tal-imxajtan ta’ Gerasa f’Mark 5,1-20. (Ara wkoll Luqa 8,26-39 u Mattew 8,28-34)
Dan jghid hekk: “Waslu x-xatt l-iehor tal-bahar u gew fil-pajjiz tal-Gerasin. Kif nizel mid-dghajsa, resaq fuqu wiehed, li hareg mill-oqbra, li kien mahkum minn spirtu hazin. Dan kien jghammar fl-oqbra, u hadd ma kien jista’ jzommu marbut, lanqas b’katina, ghax bosta drabi lahqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u hadd ma kellu l-hila jzommu. Lejl u nhar kien il-hin kollu joqghod qalb l-oqbra jew fuq il-muntanji, jixher u jqatta’ gismu biz-zrar. Kif lemah lil Gesù mill-boghod gera lejh, inxtehet fl-art quddiemu, u ghajjat b’lehen qawwi u qallu: ‘Ahna x’ghandna x’naqsmu, Gesù, Bin Alla l-Gholi? Ahlifli fuq Alla li ma tahqarnix! ’ ghax kien qallu: ‘Ohrog ja spirtu hazin minn dan il-bniedem!’. Imbaghad staqsieh: ‘X’jismek?’ ‘Legjun jisimni’, wiegbu ‘ghax ahna hafna’. U beda jitolbu bil-herqa biex ma jkeccihomx barra mill-pajjiz. Kien hemm merhla kbira ta’ qzieqez tirgha mal-genb tal-gholja, u l-ispirti talbuh hafna u qalulu: ‘Ibghatna lejn il-qzieqez ha nidhlu fihom’. U hallihom imorru. L-ispirti hziena harhu, u dahlu fil-qzieqez; u l-merhla li kienet ta’ madwar elfejn ras, inxtehtet ghal hol-bahar mill-gholi tax-xaqliba u gherqet fil-bahar. Ir-rghajja tahhhom harbu u maru jxerrdu l-ahbar mal-belt u l-irziezet, u n-nies giet tara x’gara. Gew hdejn Gesù, u lil dak li qabel kien mahkum mix-xitan u li kellu legjun go fih rawh bilqieghda u mohh f‘siktu, u baqghu miblughin bil-biza’. In-nies li raw il-grajja qalulhom x’kien ghadda minn ghala l-imxajtan u l-qzieqez. Imbaghad bdew jitolbuh hafna lil Gesù biex iwarrab minn pajjizhom. Kif kien tiela’ fuq id-dghajsa, dak li qabel kien mahkum mix-xitan beda jitolbu hafna biex ihallieh jibqa’ mieghu. Izda hu ma halliehx, u qallu:‘Mur ingabar id-dar ma’ niesek u ghidilhom kulma ghamel mieghek il-Mulej, u kif henn ghalik.’ Dak telaq u beda jxandar fid-Dekapoli kemm kien ghamel mieghu Gesù. U kulhadd staghgeb.”
Ovvjament hemm diversi provi ohrajn fl-iskrittura li biex issemmihom kollha trid ktieb shih.

Ghaliex ix-Xitan jahkem persuna?
Jista’ jkun li l-persuna tiftahlu l-bieb, kif nghidu ahna: bid-dnub, bil-partecipazzjoni fid-diversi forom tal-okkult u s-satanizmu. Bniedem jista’ jaghmel esperjenza tal-hakma tax-Xitan jekk ikun vittma tal-okkult li jahdem haddiehor, bhal fil-kazi rari tal-maghmul.
Xi kultant Alla jippermetti din it-tip ta’ tbatija f’persuna biex johrog gid akbar fiha stess u f’dawk ta’ madwarha. Sahansitra anke xi qaddisin ghaddew minn din l-esperjenza ta’ tbatija.

Fuq liema livelli jista’ jahkem persuna?
Ix-Xitan jista’ jattakka lill-bniedem fuq livell psikologiku, psikiku u fiziku. Jista’ jattakka dawk il-bnadi tal-hajja tal-bniedem li huma l-aktar gheziez ghalih: ir-relazzjoni tal-bniedem ma’ Alla, ir-relazzjonijiet familjari, ir-relazzjonijiet ta’ mhabba, ecc.

Il-fatt li s-sens ta’ Alla naqas u qeghdin nghixu f’dinja li qieghda twarrab lil Alla, jista’ jaghti lok ghal aktar kazi ta’ possessjoni?
Iva. Anke jekk ix-Xitan “jippreferi” jattakka lil dawk li qeghdin jipprovaw jghixu tajjeb bhala dixxipli ta’ Gesù. Min iwarrab direttament lil Alla diga’ qed fl-ghalqa tieghu u ma tantx jehtieg sforz biex jahdem fuqu.

Il-persuna dejjem ghandha tort meta tkun ipposseduta? Bil-fors trid tkun hi li fethet il-bieb ghax-Xitan?
Le, mhux necessarjament, kif diga’ ghidt aktar qabel. Hemm kazi fejn donnu Alla jippermetti din it-tip ta’ tabtija biex johrog hid hafna akbar. Imbaghad halli nghiduha sewwa: il-possessjoni djabolika ma tbieghed lil hadd minn Alla u l-grazzja tieghu, jekk wiehed ma jkunx fetah hu l-bibien. Li jwegga’ lil qalb ta’ Alla mhux il-possessjoni djabolika izda d-dnub: meta jiena stess niddeciedi li bi mgiebti nehodha kontra Alla jew il-bnedmin, kontra r-rieda u l-pjan tieghu ghalija.

Xi hadd qal: “Il-qerq l-aktar fin tax-Xitan hu meta jwassal lill-bniedem biex ma jemminx fl-ezistenza tieghu”. Ikkummenta.
Iva, Charles Pierre Baudelaire kiteb hekk u hekk hu fil-fatt. Min ma jaghrafx lill-ghadu tieghu ma jkunx jista’ jiddefendi ruhu mill-attakki fini tieghu. B’dan il-mod il-bniedem iwarrab l-impenn li jhares lilu nnifsu mill-attività ordinarja tax-Xitan, it-tigrib u xi kultant ukoll mill-attivita’ straordinarja tieghu u x-Xitan hekk irid. Ix-Xitan joghgbu wkoll li jkun ikkonsidrat daqs li kieku kien xi alla. Hi n-natura tieghu, is-suppervja. Lil Gesù waqt li kien qed iharrbu jasal jghidlu: “Kollox naghtik jekk tinzel tadurani.” Gesu’ johrog rebbieh billi jintrabat bis-shih mar-rieda ta’ Alla Missieru: “Itlaq xitan. Hemm miktub: Lill-Mulej Alla tieghek ghandek tadura u lilu biss taqdi.” (Mattew 4,9-10)

Hemm xi età partikolari li fiha persuna tkun aktar vulnerabbli ghall-influwenza tax-Xitan?
Ma nahsibx li hija kwistjoni ta’ età. Il-vulnerabbiltà tigi meta ma nkunux fil-grazzja ta’ Alla, meta nghixu fid-dnub, meta nkunu mwegghhin hafna mill-ohrajn u meta nkunu dghajfin fl-interjorita’ taghna.

X’inhuma l-armi li ghandna f’idejna biex niddefendu ruhna kontra satana?
L-Iskrittura hija cara: l-armi taghna huma l-imhabba; l-imhabba lejn Alla u lejn il-bnedmin; l-ubbidjenza lejn il-pjan ta’ Alla; il-prattika tal-mahfra mill-qalb; it-talb; li noqorbu lejn l-Iskrittura u s-Sagramenti, specjalment il-Qrar u l-Ewkaristija; il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fina, l-Intercessjoni tal-Madonna u tal-qaddisin...
melvindelsol@hotmail.com

Nizvelaw is-sigrieti tal-ezorcizmu 2 (Intervista ma Patri Joe Borg)

Nizvelaw is-sigrieti tal-Ezorcismu.

Forsi tahsbu li dawn l-affarijiet narawhom l-aktar f’pajjizna u fejn hemm religjon Nisranija. Izda mhux hekk tafux u llum flimkien ma’ Patri Joe Borg se naraw permezz tad-diversi esperjenzi tieghu kif anke fl-Indja ltaqa’ ma’ diversi okkazjonijiet fejn kellu jamministra talb ta’ ‘deliverance’ biex certi persuni jinhelsu minn spirti hziena. Izda ejjew halli naraw x’ghandu xi jfehimna:

Kellimna ftit dwar l-esperjenzi tieghek li ltqajt maghhom fl-Indja.
Il-Gizwiti li jemmnu f’Sant Injazju jifirdu bejn spirtu hazin u dak tajjeb. Fil-fatt ghandhom zewg standardi; wiehed ta’ Gesù u l-iehor tax-Xitan. Iva proprju tax-Xitan. Hekk hu emmnut f’din l-ordni. L-istandard tax-Xitan ifisser meta jirnexxielu jsaltan fuq id-dinja. Fl-iskrittura hu msejjah il-princep tad-dinja.
Hija esperjenza sabiha meta tara n-nies jaqilbu ghar-religjon Nisranija izda mhux hekk biss. Tidher cara li wara certu zmien li jkunu saru Nsara x-Xiatn jipprova jdeffes denbu l-aktar bejn il-koppji.
Fost l-esperjenzi li ghaddejt minnhom hemmhekk insemmi darba mort inbierek f’dar minn ta’ dawn il-pagani. Dawn id-djar huma huts kbar u dawn in-nies kienu qeghdin fil-process li jsiru Nsara. Ifhimni ma thoss xejn partikolari izda niftakar f’dar wahda partikolari u f’kamra specifika ma hassjetnix komdu. Kif lestejna morna niehdu xi haga, hekk ftit tè u staqsejthom x’kien hemm f’dik il-kamra. Qaluli li f’dik id-dar kien joqghod il-qassis tar-religjon pagana u proprju f’dik il-kamra kien jaghti l-qima tieghu.
Kont qieghed nitkellem ma’ wiehed li qisu l-psikiku taghhom u qalli li kellu vizjoni matul il-lejl. Qalli rajtek tibni hajt u xi hadd iehor jipprova jhottulek. Meta n-nies jiddeciedu li jaqilbu ghar-religjon Nisranija fost l-ohrajn jaghmlu l-katekumenal. Dan isir b’mod karizmatiku u wahda mic-cerimonji hija proprju li nitolbu fuq xulxin. Mela jkun hemm ragel minnhom li waqt ic-cerimonja qisu ngibed lura bhal meta tiehu qatgha. Staqsejtu xi grali u qalli li kien ra serp gahddej. Din kienet l-esperjenza spiritwali tieghu u kien ra s-serp b’mod spiritwali.
Fix-xahar ta’ Settembru jkunu qeghdin jistennew ir-ross jikber. Allura ma jkollhomx hafna xoghol x’jaghmlu u jkollhom ic-cans jaghtu qima lill-istatwi taghhom. Huma jibdew jitolbu biex jigi l-ispirtu fihom kif fil-fatt jigri. Ezempju ta’ dan hija d-Durga.
Izda l-esperjenzi tieghi dwar dan komplew anke hawn Malta. Darba giet wahda biex nitlob maghha u din ukoll kienet tqim lill-ispirti. Miskina ghaddiet minn hafna f’hajjitha. Meta kellimt lil Patri Elija dwarha hu informani li kellha problemi mentali u nifhimha ghax vera ghaddiet minn hafna affarijiet. Hi qaltilna li ghaliha l-Gimgha l-Kbira tkun ‘evil week’ u hi tiehu sehem f’riti satanici. Fil-fatt kienet qaltilna li ssejjah lill-ispirti b’isimhom. Inkredibbli kienet l-esperjenza li meta nitlob maghha kienet tidher tinbidel.
Jekk nerga’ mmur lura ghall-esperjenzi fl-Indja niftakar li kien hemm familja Nisranija hafna u dawn izzewgu. Ir-ragel kien skrivan li huwa xoghol meqjus bhala wiehed relattivament tajjeb f’pajjiz fejn hafna min-nies huma bdiewa. Bhalma digà ghedt meta dawn in-nies jaqilbu ghar-religjon Nisranija wara xi zmien ikun hemm dizgwit bejn il-koppji. Huwa proprju l-koppji li jipprova jattakka. Il-mara giet ghandi biex nitolbu ghax hasset li ghandha xi haga hazina. Kif kienet qieghda tkellimni nnotajt li kellha xi haga mdendla ma’ ghonqha u staqsejtha x’kienet. Din irrakkontatli li kienet marret f’tempju u giet imbierka. Barra minn hekk, hija nghatat dan l-amulet. Meta stqasejtha x’tempju kien hi qaltli li kien it-tempju ta’ Hanuman, jigifieri ‘the monkey god’. Il-qassis li kien hemm mieghi qalli li sahansitra wicc il-mara kien ha bhal qisru bixra ta’ wicc Hanuman.
Imbaghad darb’ohra kien hemm wiehed Germaniz li kien qed jaghmel ricerka ghall-Università. Xi 30 kilometru ’l boghod kien hemm Hindu shrine u qatt ma mort. Staqsejtu jekk iridx immorru flimkien izda dan ma riedx. Qalli li kien digà mar xi darbtejn u hassu mqalleb wara. Dan l-effett minhabba li hu Nisrani u dahal f’tempju Hindu. Tant kemm ikun hemm qawwa spiritwali qawwija. Meta tkun hemm ir-realtà tibda tmissha b’idejk.
Ifhimni hawn Malta tiltaqa’ mal-istess. Allura meta l-Arcisqof iddecieda li jkun hawn l-ezorcisti f’Malta hu staqsieni u accettajt.
Il-kelma ezorcist hija wahda teknika. Fl-antik fil-knisja kien hemm ordni ta’ ezorcisti. Din kienet maqsuma f’zewg gruppi; dawk magguri u dawk minuri. Il-magguri huma d-djakni, is-subdjakni u l-qassis. Il-minuri huma s-sagristani, dawk li aqraw fil-quddies u l-ezorcisti. Li gara fil-Knisja kien li minhabba li kienu qeghdin isiru hafna abbuzi allura l-Isqof hadhom f’idejh. Inghata l-poter hu u hu biss seta’ jaghzel ohrajn biex jghinuh.
F’kaz ta’ ezorcizmu l-ewwel ma jsir huwa talb ta’ deliverance jew ta’ helsien. Ghalkemm mghammdin xorta wahda tista’ tistieden lix-Xitan allura jsir talb ta’ deliverance biex jinheles dak li jkun. Wara jsir l-ezorcizmu biex inkunu aktar certi. L-ezorcizmu hija talba ufficjali tal-Knisja li jkun jista’ jamministraha biss l-ezorcist. Però, hafna kazi kulma jkolhom bzonn hija talb ta’ helsien.
Mela jkun hemm tfajla u din xtaqet tmur ghand xi hadd li jaqralha x-xorti. S’hemmhekk tidher xi haga zghira. Wara li ghamlet dan beda jkollha bdil fil-personalità taghha u wara xahar giet ghandi ghax din kienet gejja minn familja tajba. Flimkien tlabna talb ta’ deliverance biex din tinheles. Diversi erperjenzi bhal meta xi hadd imur ghand min jaqra x-xorti kulma jkollhom bzonn huwa ta’ talb ta’ deliverance.

Tista’ l-forza negattiva tintiret fil-generazzjoni?
Ifhimni, kif tintiret barka tintiret ukoll sahta. Ezempju, immagina ghandek wiehed li jkun ihobb jilghab. Kelli kaz hekk. Giet tkellimni mara ta’ wiehed li kien ihobb jilghab u rajtha inkwetata. Staqsej-tha jekk ir-ragel regax laghab u tilef. Izda din qaltli li kienet inkwetata ghax issa anke t-tifel qabad dik it-triq. Qed tifhem qisu bhal ikun hemm pre-dispozizzjoni. Ifhimni ma tintiritx ezatt, jigi-fieri tarbija ma tkunx b’dan fiha minhabba li tigi mghammda. Però minhabba dan jie inhobb naghmel quddies ghall-arblu tar-razza halli jitnaddaf. Jekk niehdu ezempju f’pajjizna tal-mewt tal-pesta. Ara kemm mietu nies b’din il-marda u b’mod mill-aktar kiefer. Tinsiex li tispicca abbandunat u dan johloq niket u dwejjaq. Allura naghmel quddies halli dan jitnaddaf. Ezempju familja tkun toqghod fejn qabel kien hemm xi cimiterju abbandunat se jkun hemm xi dwejjaq allura nitlob fil-post halli jinhelsu.

Tista’ tispegalna xi tfisser il-kelma “poltergeist”? Hemm xi konnessjoni bejn “poltergeist” u x-Xitan?
Il-kelma “poltergeist” hija kelma Germaniza li tfisser ‘mischievous spirit’. Ezempju jkollok bibien jinghalqu wahedhom, caqliq. Izda dan ma jkunx ix-Xitan. Tkun tensjoni li teffettwalek il-hajja ta’ madwarek. Jinqata’ d-dawl jew tahbat bil-karozza izda dan ikun gej minn tensjoni li teffettwa l-ambjent naturali.
Izda serrah rasek m’ghandhiex konnessjoni diretta max-Xitan. Xi haga psikologika jew familjari. Allura titlob xorta izda mhuwiex kaz ta’ ezorcizmu. Li tkun trid huwa helsien minn din it-tensjoni li jkun hemm u mhux li titlob li jsirlek ezorcizmu. Poltergeist hija forza negattiva li tinholoq madwarek minn xi hadd jew xi haga li thalli tensjoni. Dan il-fenomenu normalment ma jaghmilx deni lill-persuni izda caqliq fl-ambjent. Kif tikkaguna ruhha emminni ma nafx izda din zgur li mhijiex sahta. Din tghaddi meta tissolva t-tensjoni li jkun hemm.

Jista’ imma l-ispirtu li jkun hemm ikun ix-Xitan?
Rari. L-aktar spirtu ta’ nies li jkunu mietu. Esperjenzi bhal meta naraw lil xi hadd li jkun miet fil-holm taghna. Dan jista’ jigri jekk f’post tkun grat esperjenza negattiva qawwija bhal nghidu ahna suwicidju. It-tensjoni li jkollok fik meta taghmel xi haga bhal din hija kbira u tista’ timmagina x’qawwa negattiva jkun hemm. U din tista’ tibqa’ fil-post. Li jista’ jidhol fiha x-Xitan hu li seta’ kkawza s-suwicidju izda mhux hu jkun qed jinhass fil-post.
Mela konna nghixu f’dar u din konna nisimghu certi hsejjes fiha u darba jien u missieri qomna niccekkjaw. Dan qeghdin nghidu qabel il-gwerra fl-1930. Wara l-gwerra bdilna d-dar u hadha haddiehor. Mela s-sid li haditu dan il-post giet tkellimni qaltli li ma kinux qeghdin ihossuhom komdi f’dik id-dar u li kellhom zewg kazi ta’ nirien fid-dar. Wara skoprew li f’dik id-dar kienu mietu z-zewgt itfal ta’ sid il-post li kien hemm qabel u t-tnejn li huma f’xi nirien li kien hemm f’dan il-post. F’kaz bhal dan tmur tqaddes fuq il-post halli ggi bil-paci. Ezempju jkun sar xi abort fil-post jew bniedem ikun miet mewta tragika jew qtil.

Spirti hemm hziena u tajbin?
Iva. Ezempju post fejn thossok aktar kalm u fil-paci aktar mis-soltu. Taf ikun post li jkun devot aktar mis-soltu. Però din hija xi haga aktar psikologika.

Jistghu dawn l-ispirti jahkmu lil xi persuna li tkun toqghod f’dik id-dar? Jistghu jaghmlulhom hsara?
Tensjoni ma tidholx fik, tinhass madwarek. Tinfluwenzak tista’. Ifhimni jekk f’dak il-post kien hemm xi hadd possedut u baqa’ hemm ix-Xitan jista’ jidhol fik. Fil-fatt hu jiehu gost. Imma normalment ma tigrix ghax la nkunu fil-paci ma’ Alla permezz tas-sagramenti ma jidholx. Dawn huma l-aqwa tarka kontra x-Xitan.
Ifhem jekk ikun hemm spirtu hazin kontra Alla ma jistax jagh-mel gid zgur. Jista’ wkoll jagh-mel hsara indirettament li tkun mohbija f’forma li int tahsibha xi haga tajba.
Ezempju immagina xi hadd li jitlob lill-ispirti biex ikun sinjur. Dan fil-fatt taf isir sinjur imbaghad ma jkunx jista’ jkollu t-tfal. Jigifieri jaghtik min-naha u jehodulek min-naha ohra.

L-ghajn tezisti? X’inhi?
L-Ghajn hija xi haga komuni hafna f’pajjizi fil-Mediterran specjalment f’pajjizi bhal Grecja u Sqallija. Hija forma ta’ maghmul izda li l-persuna mhux bilfors ikun konxju taghha.
Kultant meta tifrah l-ghajn taf tohloq forza negattiva. Jigru diversi esperjenzi tal-ghajn li m’hemmx spjegazzjoni dwarha. Xorta tista’ titlob halli dak li jkun jinheles imma mhux dejjem bniedem ikun konxju minnha.
Naghmlu differenza minn meta tishet lil xi hadd minn meta tghajjen. Ma nohduhiex daqshekk bis-serjetà izda nipprovaw li jekk xi hadd jaghmlilna xi haga ma nghidulux nirrak jigrilek hekk jew…
melvindelsol@hotmail.com

Nizvelaw is-sigrieti tal-ezorcizmu 1 (Intervista ma Patri Franco Fenech)

·      Kellimna ftit dwarek u dwar il-hajja tieghek bhala sacerdot u kif giet il-hajra li ssir ezorcist?

Jiena mill-Marsa u llum ghandi 43 sena. L-izghar minn 4 ahwa subjien li wiehed minnhom, ta’ qabli, il-Mulej sejjahlu ghal ghandu disa’ xhur biss wara li gejt ordnat sacerdot jien, propju 14-il sena ilu, meta kellu biss 30 sena. Fil-Marsa hemm zewg parrocci li huma mmexxija mill-Patrijiet Frangiskani Kapuccini u jiena trabbejt fil-Parrocca ta’ Marija Regina. Nistqarr li kont migbud hafna mill-ezempji sbieh u mix-xoghol li kienu jaghmlu l-patrijiet fil-parrocca hassejt lill-Mulej isejjahli biex ninghaqad maghhom u propju fl-1986 bdejt il-mixja tieghi ghall-hajja religjuza u sacerdotali fil-kunvent tal-Kalkara. Imbaghad ghamilt is-sena tan-Novizzjat fil-Kunvent taghna ta’ Ghajn Dwieli u wara bdejt l-istudji tieghi fl-Universita’ ta’ Malta imma komplejthom barra minn Malta geww Pesaro, l-Italja. Fit-3 ta’ Jannar 1990 ghamilt l-ewwel professjoni religjuza tieghi u f’Jannar tal-1993 ghamilt il-professjoni perpetwa. Fit-8 ta’ Lulju tal-1994 gejt ordnat sacerdot flimkien ma 10 ohra mill-ET Mons.Guzeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus gewwa l-Katidral ta’ San Gwann il-belt. L-ewwel hidma tieghi kienet fil-kunvent tal-Kalkara bhala vici direttur tal-postulanti, jigifieri dawk li jkunu bdew il-mixja ta’ formazzjoni ghall-hajja religjuza. Izda f’dicembru tal-istess sena, is-superjuri talbuni biex immur gewwa dar go San Martin limiti ta’ San Pawl il-Bahar li xtaqna naghmluha dar tat-talb fejn sacerdoti u religjuzi setghu jigu biex iqattghu granet ta’ rtir u mistrieh. Ghamilt hemmhekk 4 snin sakemm is-superjuri talbuni biex ninzel il-Furjana biex inkun direttur tal-istudenti taghna. F’dak iz-zmien ergajt inghatajt l-opportunita’ li naghmel kors ta’ psikologija u formazzjoni fl-Universita’ Gregorjana l-Italja. Meta gejt lura ergajt mort il-Kalkara bhala direttur tal-postulanti. Fis-sena 2004 is-superjuri talbuni biex immure naghti servizz fil-Parrocca ta’ San Gwann fejn kont niehu hsieb is-Santwarju tal-Mensija u wkoll naqdi fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin fejn diga kien hemm 2 patrijiet ohra, il-mibki P.Leopoldu Tabone u P.Victor Spiteri it-tnejn Fangiskani Kapuccini. Peres li bhalissa qieghed bhala full timer Chaplain fil-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin, kelli nitlaq mill-Parrocca ta’ San Gwann fejn ma stajtx naghti aktar is-servizz tieghi minhabba l-hinijiet twal li jirrikjedi dan ix-xoghol u ergajt qieghed fil-kunvent tal-Kalkara. Rigward il-ministeru bhala ezorcista nista’ nghidlek li fija qatt ma kien hemm xewqa li nsir ezorcista. Fil-fatt wiehed ma jsirx ezorcista ghax irid hu imma ghax il-Knisja titolbu biex jezercita dan il-ministeru. Nista’ nghid li kien xokk ghalija, meta ftit wara li gejt ordna Sacerdot, fl-1994, fil-pastorali tieghi, kelli nhabbat wicci ma persuni li kellhom bzonn ghajnuna minhabba li kienu missew mal-okkult jew satanizmu. Sibt ruhi diversi drabi, inressaq persuni ghand il-membri tal-Kummissjoni Djocesana dwar l-okkult u s-satanizmu li ghandna Malta, liema Kummissjoni giet imwaqqfa fl-1995 b’digriet mill-Kurja tal-Arcisqof. Kien forsi dan illi wassal li propju f’Dicembru tas-sena 2001, ircevejt nota minghand P.Elija Vella Ofm Conv, President tal-Kummissjoni fejn qalli li: ‘fl-ahhar laqgha li kellna tal-Kummisjoni, hsibna li nsiehbu xi sacerdoti maghna biex jaghtuna daqqa t’id f’dan il-ministeru hekk importanti imma wkoll difficli. Ismek issemma’ u nixtieq nistaqsik x’possibilita’ hemm li tikkopera ftit maghna.’ Din l-istedina wasslitni biex niehu l-pariri mehtiega u ftit granet wara naghti risposta posittiva ghal din l-istedina.

·         Xi jfisser meta nitkellmu mill-azzjoni ordinarja u l-azzjoni straordinarja tax-xitan?

Ix-xitan nistghu nghidu li jahdem b’zewg modi li nsejjhulhom: azzjoni ordinarja u azzjoni straordinarja tax-xitan. X’nifhmu meta nghidu”: Azzjoni Ordinarja tax-xitan?’. Azzjoni ordinarja hija t-tentazzjoni biex naghmlu l-hazen li bih ix-xitan johrogna mill-pjan u mir-rieda t’Alla. Ix-xitan l-hena tieghu hi li jipprova jgibna f’dizubbidjenza lejn Alla ghax dak huwa d-dnub principali tieghu li gabu fl-istat li hu. Ghalhekk hu jipprova jkabbar is-saltna tieghu permezz ta’ persuni li bhalu johorgu mir-rieda t’Alla. Din hija xi haga li kulhadd huwa mgarrab minnha. X’nifhmu meta nghidu: ‘Azzjoni Straordinarja tax-xitan?’. Nistghu nghidu li hemm azzjoni straordinarja tax-xitan meta jkun hemm intervent tax-xitan fuq il-materja: oggetti, persuni, annimali. Meta din l-azzjoni tax-xitan tkun fuq postijiet, djar, oggetti, tissejjah ‘infestazzjoni’. Izda meta l-azzjoni tax-xitan tkun fuq il-gisem jew fil-gisem ta’ persuni, allura din tissejjah jew ‘vessazzjoni’ jew ‘ossessjoni’ jew ‘possessjoni’. Meta nigu ghall-prattika, mhux dejjem hu facli li tiddefinixxi d-differenza bejn dawn ghax mhux dejjem tkun daqshekk cara u evidenti. Huwa possibbli li fil-persuna jkollok uhud minn dawn l-azzjonijiet tax-xitan imhalltin flimkien. Meta jkunu hekk, dawn jikkawzaw tbatija u tfixkil, kultant anki gravi, fil-persuna. L-azzjoni tax-xitan fuq il-materja mhix daqshekk komuni anzi hija pjuttost rari u propju ghalhekk li din tigi msejjha ‘straordinarja’. Imma ma nistghux nichdu li din l-azzjoni qeghda tizdied fi zmienna. Dan huwa dovut ghall-fatt li hafna aktar nies illum qed jigu f’kuntatt mad-dinja tal-okkult, spiritizmu u anki satanizmu. L-azzjoni straordinarja tax-xitan fuq il-persuni hija wahda mill-konsegwenzi li laqtu l-umanita’ wara d-dnub originali. Hija wahda mill-hafna poteri li x-xitan akkwista fuq id-dinja u fuq il-bniedem wara l-ewwel dnub.

·         Ma jistax Alla, ghax ihobb lil bniedem jeqred lix-xitan? Ghaliex Alla jippermetti l-hidma tax-xitan?

Bhal fi zmien Gesu’ ix-xjaten illum qeghdin ikomplu il-hidma u l-attivita’ taghhom. Alla, fl-gherf u t-tjieba tieghu, jippermetti din il-hidma tax-Xitan u l-‘angli’ tieghu ‘biex il-bniedem, permezz tat-taqbida kontra l-Hazin, jezercita ruhhu fl-ghemil it-tajjeb’ kif jghid San Tumas t’Aquino, u jkollu l-okkazjoni biex jippurifika ruhhu u jikber. Ghalhekk, ir-rejazzjoni taghna kontra l-azzjoni tax-Xitan, issir mezz li bih nikbru fir-relazzjoni taghna ma’ Alla u jekk nikbru fir-relazzjoni taghna ma’ Alla, aktar nobduh: ‘min ihobbni, ihares kelmti’ jghid Gesu’. B’hekk ix-xjaten, bla ma jridu, isiru, qaddejja ta’ Alla jew ahjar ilsiera tieghu: ‘huwa propju biex ikabbar il-merti taghna, jippurifika u jkabbar il-virtujiet taghna u jhaffef il-mixja taghna lejH li Alla jippermetti li ahna nigu ttentati mix-Xitan’ jghid S.Tumas t’Aquino f’kumment dwar l-ittra lil-Lhud. San Gwann Grisostmu fit-tielet ittra dwar ix-Xitan jghid: ‘jekk jistaqsukom ghaliex Alla ma qeridx lix-Xitan wara r-ribelljoni tieghu, ghidulhom: Alla halla fl-ezistenza lix-Xitan, ghaliex filwaqt li l-bniedem jishar kontra t-tentazzjoni u jitbieghed minnha, ix-Xitan stess ikun utli fil-mixja tieghu lejn Alla’. Ovvjament, mhux ghax hekk jixtieq, imma dan isir grazzi ghar-rezistena kuragguza ta’ dawk li jafu jisfruttaw il-hazen tieghu ghall-gid taghhom infushom’. Mela Alla, fl-imhabba tieghu lejna, kapaci jdawwar l-intenzjoni hazina tax-Xitan favur taghna! Alla jippermetti li kemm l-azzjoni ordinarja (tentazzjoni) u kemm l-azzjoni straordinarja tax-Xitan (infestazzjoni, possessjoni, ossessjoni jew vessazzjoni) jghinuna biex nintrabtu aktar mieghU permezz ta’ ghemejjel ta’ virtu’. ‘Alla kollox jibdel f’gid ta’ dawk li jhobbuh’ (Rm.8,28) u ‘ma jippermettx li niggarbu aktar milli nifilhu, imma, mat-tigrib jaghtina wkoll il-qawwa u l-ghajnuna biex inkunu nifilhu ghalih’ (1Kor.10,13). Ix-xjaten, ghax ghandhom rabja u mibeghda kbira lejna, juzaw l-opportunitajiet kollha biex lilna jsehbuna maghhom fir-ribelljoni kontra Alla, imma Alla juza dawn il-mument biex lilna jerfaghna lejh. Filwaqt li l-intenzjoni tax-Xitan hija li jkaxkarna mieghu go l-infern, l-intenzjoni ta’ Alla hija li jsehibna fil-glorja.

·         Ix-xitan jafu l-futur?

Uhud minn fostna, illum, dahlu f’uzanza hazina li jmorru ghand min jehber il-futur. Imma huwa Alla biss li jaf il-futur. Fil-fatt, Alla, mhux jipprevedi (pre-vede) il-futur, imma ghalih il-futur huwa prezenti. Il-passat, prezent u futur ghal Alla huma kollha prezent! Ghax Alla m’ghandux il-kuncett taz-zmien bhalma ghandna ahna l-bnedmin imma ‘elf sena huma ghalih bhal jum tal-bierah li ghadda’ kif jghid is-Salm. Izda x-Xitan jista’ jipprevedi, ibassar, dak li possibilment jista’ jigri fil-futur. U dan jaghmlu ghax hu jaf li kull azzjoni ghandha konsegwenza. Mela, perezempju, jekk jiena jirnexxieli ndahhal dubju f’mohh xi hadd dwar jekk martu thobbux jew le, naf li bhala konsegwenza, dan jista’ jwassal biex dik il-koppja tinfired. Mela x-Xitan jahdem illum u permezz tal-hidma tieghu, jista’ jipprevedi l-konsegwenzi ta’ dik l-azzjoni. Mela x-Xitan jista’ jbassar dak li jista’ jigri fil-futur billi jitlaq minn dak li qed jigri fil-mument prezenti. Il-futur ibassru bhala konsegwenza tal-prezent. Pero’ irridu nzommu f’mohhna li anki jekk dak li qed jigri illum jidher li ghandu effett ovvju fil-futur, jista’ minhabba xi raguni jew ohra, li ahna ma nkunux innutajna, jiehu direzzjoni differenti minn kif hsibna. Santu Wistin jikteb hekk: ‘meta l-ispirti demonijaci jhabbru l-futur, huma jaghmlu dan b’mod totalment differenti mill-Angli jew mill-Profeti ta’ Alla. Fil-fatt l-Angli jew il-Profeti qatt ma jihabbru xi haga jekk qabel ma jkunux semghuha minghand Alla u poggew lilhom infushom ghas-servizz ta’ Alla. B’hekk huma qatt ma jistghu jigu ngannati jew jingannaw lil haddiehor ghax Alla hu fidil lejn il-Kelma tieghu, iwettaq dak li jghid (ara Is.55,10-11). Ghalhekk dak li jhabbrulna l-Angli u l-Profeti jixraq li nisimghuh u nilqghuh b’konvinzjoni u certezza. Izda ix-Xitan mhux biss jigi ngannat imma jkaxkar lilna wkoll fl-ingann tieghu. Jigi ngannat, l-ewwelnett, ghax meta huwa jhabbar xi haga dwar il-futur ikun biss qed jassumi u bl-intervent ta’ Alla dak li jkun assuma hu jista’ jinbidel, ghax il-futur hu f’idejn Alla. Dan bhal meta naraw il-previzjoni tat-temp: minn dak li jidher bhalissa nistghu inbassru kif se jkun it-temp fi zmien 24 siegha ohra, imma dejjem jista’ jkun hemm varjazzjoni improvvisa li tibdel dak li f’ghajnejna kien jidher tant car!. Ezempju iehor jista’ jkun dak ta’ tabib li wara li jkun ghamel id-dijanjostika tieghu u ra l-possibilta’ cara li l-pazjent ifiq, f’daqqa wahda jarah imut quddiem ghajnejh minhabba kumplikazzjonijiet li nqalghu. Ezempju iehor jista’ jkun tal-bidwi li jipprevedi li r-raba’ tieghu se jaghtih abbundanza ta’ frott, imma li f’daqqa wahda, minhabba bidla fil-klima, jinxef kollox! . Hekk Alla, permezz tal-intervent tieghu jista’ jibdel il-konsegwenzi ta’ dak li persuna ghaddejja minnu llum.
Mela x-Xitan ma jafx il-futur, anki jekk jipprova jikkonvincina li jafu u li qieghed taht il-kontroll tieghu. Il-futur qieghed f’idejn Alla wahdu, li hu il-bidu u t-tmiem, l-alfa u l-omega. Mela ‘halli xortik f’idejn il-Mulej’ (Salm 55 v.23).

·         X’inhu l-ispiritizmu?

L-Ispiritizmu huwa kull tentattiv biex wiehed jikkomunika ma l-ispirti. Bl-ispiritizmu wiehed jippretendi li jsejjah l-erwieh tal-mejtin jew tal-ispirti bl-iskop li jaghmlilhom mistoqsijiet u jkollu twegiba. Huma diversi il-motivazzjonijiet li jwasslu lill-persuni biex ibabsu fil-kamp tal-ispiritizmu: il-kurzita’ biex wiehed jikkonferma jekk tezistix ‘dinja ohra’ jew le, ix-xewqa li wiehed jerga’ jidhol f’kuntatt ma’ l-erwieh li kienu hafna gheziez u mietu, ix-xewqa li wiehed ikun jaf grajjiet tal-futur marbuta mal-kamp tar-relazzjonijiet, ta’ l-istudju, tax-xoghol, tal-familja ecc. Hawn min jitlob ‘parir’ lill-ispirtu; u hawn min jidhol fil-kamp ta’ l-ispiritzmu biex jitlob protezzjoni jew biex jinqeda bihom skond ix-xewqa proprja. Il-Knisja tghallem li l-ispiritizmu hu fenomenu negattiv, li jmur kontra Alla, meta jsir permezz ta’ medium jew minghajr medium. Il-ktieb tad-Dewtoronomju jitkellem car fuq dan: ‘ min isejjah l-erwieh hu miskerrah quddiem il-Mulej..’.

·         Jista’ fil-verita’ xi hadd jikkomunika ma persuni (familjari jew hbieb)  li mietu?

Il-Kelma t’Alla hija cara: hajja wahda ghandna u l-mewt twassal lil kulhadd – lill-erwieh – ghal stat irriversibbli. L-ebda ‘kuntatt’ ma’ l-erwieh ma hu possibbli hlief dak li jsir permezz tat-talb f’Isem Kristu, l-uniku li ghamel l-esperjenza tal-mewt u tal-qawmien ghall-hajja. L-esperjenza tghallimna li fil-kaz ta’ l-ispiritizmu, anke meta apparentament verament jinholoq kuntatt ma’ ruh jew ma’ spirtu, din hija dejjem prezenza negattiva, anke jekk il-messagg jidher li hu pozittiv! Kif diga ghedt. Fil-Kelma t’Alla hemm kundanna cara hafna ghal min isejjah l-erwieh. Il-Mulej din il-haga ma jridhiex. Ghalhekk meta xi hadd jirrikorri ghall-ispiritizmu biex isejjah lir-ruh ta’ xi hadd ghaziz ghalih li miet, il-Mulej ma jippermettix lil dik ir-ruh tajba li qeghda tgawdih biex tigi tikkomunika ma dik il-persuna ghax ‘miskerrah quddiem il-Mulej min isejjah l-erwieh’. Mela filwaqt li l-persuna tahseb li qeghda tikkomunika mal-persuna mejta, li jkun qed jigri huwa li l-ispirtu negattiv (ix-xitan) ghax jara x-xewqa tal-persuna li tikkomunika mal-mejtin, jiehu l-okkazzjoni biex jikkomunika maghha hu u jiehu post il-persuna mejta. U ghalhekk huwa mal-ispirtu negattiv li tkun qed tikkomunika u mhux mal-persuna li tixtieq. U li tikkomunika max-xitan hija perikoluza hafna u jista’ jkollha konsegwenzi fit-tul.


·         Il-Ouija board hija komuni hafna fost iz-zghazagh.  Hija loghba?

Il-ouija board hija wkoll tentattiv biex wiehed jikkomunika mal-ispirti jew ma persuni mejtin. Anke jekk hafna qeghdin jipprezentawha bhala loghba imma fil-fatt mhi loghoba xejn. Hija prattika perikoluza ghax fil-fatt tista’ ggibek f’kuntatt dirett max-xitan li l-ewwel jipprezenta ruhu bhala ‘habib’ imma mbaghad ir-relazzjoni tizviluppa ghal wahda ta’ hakkiem. Fil-fatt, hafna zghazagh jigu biex nitolbu maghhom wara li jkunu prattikaw il-ouija board ghaliex huma stess jiddeskrivu lilhom infushom bhala skjavi ta’ xi hadd, neqsin mil-liberta’ taghhom u mill-kapacita’ li jizviluppaw il-personalita’ taghhom. Dik li qabel dehret ghalihom bhala avventura, issa tinbidel fi skjavitu’ u terrur.

·         Hemm xi perikli marbutin ma din il-prattika?

Hemm diversi perikli marbutin mal-prattika tal-oiuja board. Hemm il-periklu li ssir ‘addict’ ghaliha b’detriment ghall-izvilupp normali tal-persuna. Persuna li tipprattika l-ouija board tispicca mahkuma minn xewqa gewwinija qawwija biex tikkonsulta mal-ispirtu f’kull decizjoni li hemm bzonn li tiehu, f’kull cirkustanza li ssib ruhha fiha. Hekk issir ‘addict’ ghaliha u bil-mod il-mod il-ouija board issir parti vitali minn hajjitha ghaliex il-persuna tkun qeghda tpoggi hajjitha, il-futur, il-hajja relazzjonali, l-istudju, il-fiducja taghha fir-risposti li tikseb minn din il-prattika minghajr ma tinduna li qed tigi misruqa mill-aqwa tezor li ghandha bhala persuna: il-liberta’ li Alla zejjinna biha. U l-bniedem minghajr il-liberta’ huwa mnezzgha minn kollox. Fil-fatt il-bniedem minghajr liberta’ lanqas hu kapaci jhobb. Biex thobb trid tkun liberu. Dawk li huma mizzewgin jafu li s-sacerdot meta resqu fuq l-altar dak in-nhar tat-tieg taghhom, staqsihom domanda: ‘intom gejtu hawn minn rajkom? Ghax ridtu? Minghajr hadd ma geghlkom?’. U huma wegbuh ‘iva’. Ghax fil-fatt kieku dak li jkunu qed jaghmlu ma kienx hiereg mid-decizjoni libera taghhom ma kien ikun jiswa’ xejn. M’hemmx imhabba fejn m’hemmx liberta’. Ghalhekk l-appell tieghi biex toqoghdu attenti u araw il-konsegwenzi qabel ma tmissu affarijiet bhal dawn. Qabel u mhux wara ghax imbaghad jista’ jkun tard wisq. Alla lil bniedem halqu sabih u rridu napprezzaw is-sbuhija taghna billi nfittxu li nuzaw u nizviluppaw l-intelligenza taghna u mhux inhallu lil haddiehor jahkimna u jimmanipulana hu.

Monday, November 1, 2010

Opportunita` ghal min irid jinbidel

Il-bniedem fin-natura tieghu jaghmel hafna zbalji. Ta` min ikunu zbalji zaghar u jkunu jistghu jitrangaw facilment billi sempliciment tintalab mahfra filwaqt li ta` ohrajn ikun hemm bzonn gwida biex dak li jkun isewwi jpatti ghal dak li jkun ghamel. Minkejja l-izbalji li naghmlu m`hemm hadd li ghandu dritt jiggudikana sakemm mhux xi awtorità li b`certi provi konkreti tkun tista` taghtina l-linja gwida ma` xiex nimxu. certu nies jaghmlu zbalji li ghalihom ikollhom ipattu billi ghal xi zmien jinghalqu f`post maqtughin minn mal-kumplament tad-dinja. Dan biex jindunaw bl-izball li jkunu ghamlu u jitghallmu minnu. Fost dawn hemm il-habsin li jintbaghtu fil-facilitajiet korrettivi biex jirrangaw lilhom infushom.
Hawn Malta ghandna facilita` korrettiva wahda li tinsab f`Kordin. Hemm insibu mal-500 resident li b`xi mod jew iehor kollha zbaljaw u qeghdin ipattu ghal dan. Jinsabu hemm gew biex jinghataw l-ghajnuna halli jsiru nies ahjar. Huwa proprju ghalhekk li dawn in-nies m`ghandhomx ikunu ggudikati u mistmerrija mill-kumplament tas-socjeta` ghax mhux kull min qieghed hemm gew jista` jitqies bhala kriminal. Dan bl-ebda mod ma jfisser li fost dawn il-500 resident m`hemmx kriminalig anzi, l-maggoranza hekk huma izda qatt ma tista` tpoggi lil kulhadd fl-istess keffa. Hemm min qieghed hemm gew minhabba certi cirkostanzi li nqalghu bla ebda hsieb. Minbarra hekk, hemm nies li qeghdin juru b`kull mod possibbli li tghallmu l-lezzjoni u lesti li jaghmlu minn kollox biex jergghu lura ghall-hajja normali li xi darba kienu jghixu. Tawna ezempju car ta` dan il-prigunieri li volontarjament iddecidew li jghinu lill- Kunsill Lokali ta` Rahal il-gdid fi skema biex jirrangaw ir-rahal. Ovvjament, il-pjan kien tal-kunsill izda l-prigunieri accettaw li minflok joqoghdu gewwa jibnu l-pupi u jaqilghu xi haga tal-flus (li huma bizzejjed biex tal-inqas jixtru s-sigaretti) huma jaghtu l-ghajnuna taghhom b`xejn lill-kunsill.
Sirt naf b`dan il-progett ghax nhar il-hamis, 6 ta` Awwissu giet imnedija librerija pubblika fl-iskola primarja ta` Rahal il-gdid. Ix-xoghol sar kollu minn dawn il- prigunieri fiz-zmien qasir ta` xahar. B`hekk iddecidejt li naghmel appuntament mas-Segretarju tal-kunsill, Kevin Borg biex nitkellmu dwar ix-xoghol li sar. Dan min-naha tieghu laqqghani ma` dawk li taw sehemhom fil-progett u emmnu fil-prigunieri. Minbarra hekk, rajt ukoll lill-prigunieri jahdmu. Ovvjament, ma stajtx narahom jahdmu fil-librerija ghax dik issa lesta imma stajt nsegwihom fuq xoghol iehor.
Is-Sur Kevin Borg spjegalna li ma kinitx xi haga facli biex intaghlu proprju dawn detenuti. Fil-fatt spjegali “Kien difficli biex sibna n-nies addattati ghal din l-iskema, ghamilna hafna studji u fittixna dwar il-prigunieri. Rajna wkoll il-kawzi minhabba xiex qeghdin hemm gew. Minbarra hekk, fittixna dwar l-imgieba taghhom mal-kumplament tad-detenuti. Jekk ma jkunux jafu jgigu ruhhom sew bejniethom immagina barra. Dawn li ntaghzlu l-imgieba taghhom f`Kordin hija tajba.”
F`ghajnejn il-kunsill dawn il-prigunieri “qeghdin igorru bandiera ghal haddiehor. Jekk jirnexxu huma jkunu qeghdin jaghtu l-opportunita` lil ohrajn bhalhom. Dak il-prigunier li jixtieq jibdel hajtu issa ghandu mudell u jista` jitghallem bhalhom.”
Rigward ix-xoghol li sar, fil-bidu l-pjan kien li jitranga gnien kbir izda bdew jibzghu minhabba l-kobor. Ghalhekk intaghzlet il-librerija pubblika li tinsab fl-iskola primarja. Il-bicca tax-xoghol kienet li l-prigunieri bdew ix-xoghol waqt li kienet ghaddejja l-iskola bit-tfal kollha jduru maghhom. Ghalhekk kevin qalli li ghall-prigunieri dan kien “battesimo di fuoco” ghax bdew mill-ewwel bid-difficli.
Ghall-bidu ma kinitx facli li tafda dawn il-habsin mat-tfal tal-primarja. Kulhadd kien imbezza`, ibda mill-genituri u l-ghalliema u spicca fil-habsin innifishom. Kevin qalli “kif kienu se jibdew ix-xoghol ghidt lill-kap tal-iskola biex it-tfal ma jmorrux wahedhom fil-librerija u jittiehdu mill-ghalliema bhala klassi. Dan biex zgur inkunu certi li ma jinqala` xejn.”
F`qasir zmien kulhadd beda jidra l-prezenza ta` dawn il-habsin u shansitra n-nies bdew iqisuhom bhala parti mill-iskola. Is-Sur Borg qalilna “il-head teacher spiccat iggibilhom il-hobz u n-nies kienu jgibulhom l-ilma biex jixorbu.”
haddiem minn tal-kunsilll u li hadem maghhom f`din il-librerija qalli li ha gost jahdem maghhom ghax huma nies ubbidjenti hafna u dak li tghidilhom jaghmluh mal-ewwel. Fil-fatt, “hadt gost nahdem maghhom ghax jinsistu fix-xoghol u x-xoghol jaghmluh tajjeb u bis-sengha.” Dan nista` nikkonfermah jien stess ghax rajthom jahdmu u x-xoghol kien jidher li mhux maghmul bl-addocc.
Sirt naf ukoll li dawn il-prigunieri hadu gost jahdmu ghax nghataw ic-cans li jesprimu ruhhom u anke l-opinjoni taghhom giet milqugha. Huma hassew li vera kienu involuti fix-xoghol.
Kunsillier li kien prezenti qalilna li ghall-bidu kien xettiku dwar dan il-progett. Fil-fatt qalilna “li kieku kelli l-kumpanija tieghi u talbuni biex jahdmu ma kontx naccettahom imma issa li sirt nafhom naf x`inhuma u naf xi jsarrfu. Nammetti li kelli hsieb hazin. Illum nahdem ghal qalbi maghhom u nikkunsidrahom qishom tal-familja.”
Is-segretarju kompla ma` dan u qal “jien bzajt ukoll fil-bidu bhalma bezghu genituri ohrajn bhali li jiehdu lil uliedhom f`din l-iskola. It-tifel tieghi jattendi l-iskola primarja u ghalhekk ikollok naqra biza`. Maz-zmien mhux talli accettajthom talli t-tifel sar biex jidhol l-iskola l-ewwel irid imur isellmilhom.”
L-istess gralhom l-ghalliema li llum il-gurnata jitolbuhom jghinuhom u kulhadd jixtieq li jibqghu hemm. Kevin fil-fatt kompla “il-komunita` accettathom u dan jidher car. Sa mill-bidu, ghalkemm bzajna hadd qatt ma gerger kontrihom jew qal li ma mxewx tajjeb.”
Il-librara tal-iskola fahhret din l-esperjenza u qalet li anke hi bhal kulhadd kienet tibza` xi ftit. Fil-fatt stqarret “ma tafx int, fil-bidu tkun naqra pregudikat u tghid dawk habsin. Imma llum li sirt nafhom vera nista` nghid li ghogbitni din l-idea u ma nixtieqx li jitilqu. Imsieken bdew bi prova difficli mal-ewwel ghax jekk jinqala` xi haga fl-iskola jigu fl-inkwiet. Imma mxew tajjeb u kuntenti hafna bihom.”
Meta staqsejt lil Kevin u lill-kunsillier sabux ghajnuna, dawn wiegbu “ma sibniex bsaten fir-roti izda hadd qisu ma ried jidhol fiha. Sahansitra, wiehed mill-prigunieri beda jibza` johrog. Trid tqis li tkun ilek xi hames snin maghluq f`post, dan ikun sar qisu darek. Immagina taghmel hames snin tiekol bla furketta. Thossok stramb jekk imbaghad tigi biex terga` tuzaha. Inhoss li kienet decizjoni tajba u ntlaqghet mill-kunsilliera li wara l-laqghat kienu jinzlu jaraw x-xoghol li jkun sar. Wara dan ix-xoghol diga` ghandna progetti ohrajn fosthom il-latrini pubblici tal-pjazza. Dawn il-latrini bhalissa mhumiex accessibbli ghal persuni b`dizabilita`. B`hekk se ssir rampa u anke jitrangaw minn gewwa.”
Kien hawnhekk li l-kunsillier qalilna li “ta` kull gimgha nsibu vendikazzjonijiet u vandalizmu. Minn hawn nappella biex min qed jaghmel dawn l-atti juri naqra rispett lejn dawn in-nies li volontarjament qeghdin jaghmlu xoghol ghall-gid tal-komunita`.”
Kevin qalli li accetta din l-intervista ghax jixtieq li permezz taghha jitwassal messagg li “min zbalja ghandu jinghata c-cans li jitghallem mill-izbalji tieghu. Dawn il-habsin huma biss simbolu ghal kulhadd li min vera jrid jirriforma ruhu hemm ic-cans. Min ikun detenut irid johrog minn hemm bil-mentalita` li qatt ma jerga` jersaq `l hemm gew. Din hi opportunita` li l-prigunieri jergghu jintegraw ruhhom mas-socjeta`. Importanti nifhmu u maghmluha cara, ara ma tahsibx li jekk hemm 500 detenut hafna huma tajbin. Wara li fitixna fuq li fittixna, nista` nghidlek li m`hemmx hafna.”
Kompla l-messagg tieghu “kull min jidhol il-habs huwa prigunier imma mhux kulhadd huwa kriminal. Hemm min spicca hemm gew ghax ma setax jaghmel mod iehor. Int immagina tkun qed issuq u toghnos fuq l-isteering u ttajjar bniedem, ma jfissirx li mil-lejl ghan-nhar int sirt kriminal. Billi zbaljajt ma sirtx Al Capone. Importanti nifhmu, mhux id-Direttur tal-habs, lanqas il-ministru jew il-kunsill ma jiddeciedu li tohrog mill-habs. Int trid tkun bl-imgieba tieghek. gib ruhek sew u tinghata possibilita`. Li kieku dawn ma hadmux u ma gabux ruhhom sew fil-habs kieku ma nghatawx ic-cans.
“Meta fittixna sibna li dawn il-prigunieri kienu ksew id-division u rrangaw dwal u ilma. Allura dawn biss?! Ma ntaghzlux ghax jafu jaghmlu xoghol manwali ghax li kienu kien hemm xi hadd fosthom ma jafx jahdem dan it-tip ta` xoghol konna nqabbduh xoghol iehor jew fl-ufficcju jew cleaner. hawnhekk kollox nigu bzonn. Huma jridu jkunu!” Ta` min nispjegaw li dawn il-prigunieri ntbaghtu jahdmu mal-kunsill biex jghinu lill-komunita`, ghax li kieku kienu mqabbdin jaghmlu xoghol li l-komunita` ma kienet tiggwadanja xejn minnu kieku l-prigunieri kienu jittiehdu lura. Dan kien il-messagg li xtaq iwassal u jiccara maghna id-Direttur tal-Facilita` Korrettiva ta` Kordin.
Il-prigunieri rringrazzjaw lill-kunsill ta` din l-opportunita` u tal-fiducja li wrew fihom. Skont ma sirt naf, dawn qatt ma basru li se jkunu accettati hekk. hasbu li n-nies se jistmerruhom izda ma kienx minnu. Minflok sabu hafna ghajnuna u b`hekk bdew ihossu li xi darba la johorgu se jkunu accettati.
Kevin qalilna li sahansitra ulied il-prigunieri hadu gost li missirijiethom bdew jahdmu u marru quddiem shabhom u qalulhom li missirijiethom qeghdin jahdmu mal-kunsill. Mhux hekk biss, “jigu hafna nies isaqsuhom jekk jahdmux mal-kunsill u huma jibqghu siktin u ma jkunux jafu x`se jaqbdu jghidu. Imbaghad naqbzu ahna u nghidulhom li IVA jahdmu maghna.”
Skoprejna wkoll li kieku ma kienx ghal dawn il-volontiera kieku hafna progetti ma kinux isiru. Fil-fatt certi progetti applikaw ghalihom biex jinghataw il-fondi mill-Unjoni Ewropea izda qatt ma waslu. Skont Kevin “sa mnalla kienu huma ghax kieku hafna xoghol qatt ma kien isir. U dan b`riskju ghalihom ghax jekk meta johorgu jkollu jinqal` xi haga, dan jeffettwa ir-riammissjoni taghhom. Kollox jafu jaghmlu u bejniethom jahdmu tajjeb bhala tim.” Biex jiccajta qalilna “jekk iridu la johorgu jistghu jixtru vann u jifthu ghal rashom.”
Imma apparti c-cajt “minnhom jiddependi kemm lesti jbaxxu rashom u jkunu lesti li jirrangaw hajjithom.”
Rigward il-librerija, din sarilha xoghol ta` tikhil u tibjid, xkaffar u anke giet mghammra b`kompjuter. Saret ukoll rampa biex tkun accessibbli ghall-persuni b`dizabilita` u fejn qabel bil-kemm kont tinduna li hemm librerija, issa saret librerija li tilqak.
l-ahhar messagg tas-segretarju kien li “minkejja li l-kunsill huwa b`maggoranza Laburista, l-ministru xtaq li jkun prezenti ghall-ftuh tal-librerija. Kien ghalhekk li l-ftuh gie pospost minhabba li meta kienet se tinfetah issejhet laqgha urgenti tal-kabinett. F`dawn l-affarijiet hdimna vera tajjeb bejnietna u mal-ministru u mal-ewwel kien hemm qbil unanimu ghal dan il-progett. Il-ministru ghogbitu hafna din l-inizjattiva u ried ikun prezenti ghac-cerimonja tal-ftuh. Jien kuntent li hekk tajt prova li din tista` tirnexxi. Mhux mis-socjeta` trid tigi. L-ewwel mill-prigunieri nnifishom irid jigi. Kemm ikunu lesti huma jghodd. Is-socjeta` min-naha l-ohra trid taccetta li bniedem jista` jizbalja u jitghallem mill-izbalji tieghu. Imma ma tbiddilx fehmtha dwar dak li jkun zbalja ghax ikun sebbah ir-rahal, izda ghax vera temmen fihom.”

melvindelsol@hotmail.com

Intervista ma` Ali Campbell minn UB40

L-industrija tal-muzika dejjem kontinwa u ma tieqaf tistenna lil hadd. Matul is-snin johorgu hafna diski, li hafna minnhom ikunu biss xi haga kummercjali tal-mument li jsiru bl-intenzjoni li l-artisti jaghmlu l-flus minnhom.
Izda mbaghad hemm diski ohrajn li tismaghhom kemm tismaghhom jibqghu jigbduk. Maz-zmien tinduna li dawn id-diski jkunu saru leggenda fl-istorja tal-muzika.
hafna gruppi kbar kitbu diski li huma tal-widna tant li kif tiftah ir-radju u tismaghhom, mill-ewwel taghrafhom u nghid ghalija mhux l-ewwel darba li anke nkanta maghhom.
Illum kelli c-cans li niltaqa` ma` wiehed minn dawn l-artisti l-kbarg Ali Campbell. Forsi aktar tafu l-isem tal-grupp li kien jifforma parti minnu u sahansitra kien anke l-fundatur tieghu. Qieghed nirreferi ghall-grupp famuz UB40. Campbell flimkien mal-grupp UB40 tawna successi kbar li zgur ma jintesew qatt. Fosthom ta` min insemmu d-diska “Red Red Wine” li ghal hafna zghazagh din hija diska mill-akbar. Din id-diska flimkien ma` ohrajn li kitbu Campbell u l-grupp tieghu zgur ma jmutu qatt. Ovvjament, mhux din id-diska biss kienet success ghal dan l-artist, hekk kif illum jinsab idur id-dinja mal-band il-gdida tieghu, liema band iggib l-isem ta` Dep Band. Huwa ghalhekk li Campbell se jkun maghna hawn Malta fil-15 ta` Awwissu, biex jaghtina kuncert mill-aqwa li se jsir fl-inhawi ta` Fra Ben f`Bugibba. Dan il-kuncert huwa parti mit-tour dinji tieghu flimkien mad-Dep Band, hekk kif qieghed jippromwovi l-album li ghadu kemm hareg bl-iem ta` “Flying High”.

Success ma` UB40

Meta staqsejt lil Campbell minn fejn gie l-isem UB40, dan qalli “huwa l-isem tal-formola tal-beneficcji li jinghataw lil kull min huwa bla xoghol fl-Ingilterra. Dak iz-zmien ahna konna kollha bla xoghol u minn hekk allura hrigna l-isem.”
Il-grupp UB40 beda bejn hbieb li kienu jafu lil xulxin fl-iskejjel ta` madwar Birmingham. Qabel ma` xi hadd mill-muzicisti seta` jdoqq, Ali Campbell u siehbu Brian Travers daru madwar Birmingham biex jippromwovu l-grupp taghhom. Sahansitra, anke bdew iwahhlu posters ta` UB40. Il-band bdiet tixtri l-ewwel strumenti hekk kif Campbell inghata kumpens ta` #4,000 wara glieda f`bar li sehhet proprju f`gheluq is-17-il sena tieghu.
L-ewwel esibizzjoni ta` UB40 kienet fid-9 ta` Frar tal-1979 meta daqqew fil-pub “The Hare and Hound” f`Birmingham, hekk kif kienu mistednin ghall-festa ta` gheluq snin habib taghhom.
Il-grupp ha svolta, hekk kif Chrissie Hynde semghathom idoqqu f`pub u taghthom l-opportunita` li jdoqqu bhala supporting act mal-nad taghha “The Pretenders”.
L-ewwel single ta` UB40, “King”c “Food for Thought” harget fuq Graduate Records li hija label ta` Birmingham stess. Din is-single lehqet in-numru erbgha fil-UK Singles Chart u kienet l-ewwel single li dahlet fl-aqwa ghaxar diski minghajr ma kellha xi label importanti.
L-ewwel album kien jismu “Signing Off” minhabba li issa l-band kellhom xoghol u ffirmaw biex iwaqqfu l-beneficcji tal-qghad. Dan l-album hareg fis-6 ta` Settembru tal-1980 u dahal fil-UK Album Chart fil-21 ta` Ottubru tal-istess sena. Kien success kbir, hekk kif lahaq sat-tieni post fl-Ingilterra u ghamel b`kollox 72 gimgha fic-charts. Illum il-gurnata Signing Off huwa labum tal-Platinu.
UB40 kisbu success fl-Istati Uniti hekk kif hargu l-album Labour of Love fl-1983. Dan kiseb l-ewwel post fil-UK Albums Chart u t-tmien post fil-Billboard Top 200 fl-Istati Uniti. Fost l-ohrajn, f`dan l-album insibu “Red Red Wine”, li hija cover version ta` diska ta` Neil Diamond.
L-aktar single li kisbet success kienet il-cover tad-diska ta` Elvis Presley “(I can`t help) Falling In Love With You” li saret biex tkun id-diska principali tal-film Sliver li hadmet fih Sharon Stone. Din id-diska kienet ohram inn dawk li lehqu l-quccata madwar l-Ewropa u l-Istati Uniti.
UB40 bieghu aktar minn 70 miljun diska madwar id-dinja. Campbell dar maghhom madwar il-globu u kien il-mohh ta` erba` singles li lahqu l-quccata tal-klassifici. Minbarra dan, kiteb diski li fosthom aktar minn 40 dahlu fit-Top 40 tas-singles Inglizi. Izda s-successi ma jieqfux hemm. Flimkien ma` UB40 hareg 18-il album u rcieva wkoll l-Ivor Novello Award for International Achievement.
Fl-2007, UB40 gew innominati ghall-aqwa album fil-muzika reggae. F`din is-sena wkoll, UB40 daru l-Afrika t`Isfel u kienu l-grupp li mexxa l-Live Earth Cocert fi Cradle of Humankind, qrib ta` Johannesburg. Hemmhekk taw wahda mill-itwal esibizzjonijiet li qatt saru fl-istorja ta` dan l-avveniment hekk kif danu jdoqqu ghal madwar 54 minuta.

Bidu gdid wara 30 sena

Fl-24 ta` Jannar tal-2008 gie rrapportat li Campbell kien halla l-grupp tieghu UB40. Dan wara li kien ilu maghhom kwazi 30 sena. Skont Campbell hu halla l-grupp minhabba diffikultajiet fl-immaniggjar tal-band. Stqarr ukoll li d-dizgwit kien ilu ghaddej u kien qed ihossu mdejjaq b`hafna decizjonijiet u anke minhabba certi membri tal-grupp bhal Brian Travers.
:ietni ghalhekk awtomatika li nistaqsih x`hass meta telaq minn ma` UB40, wara li kien hu li beda l-band u hadem daqstant snin biex din tikseb success. Campbell rrisponda “kburi ta` dak kollu li UB40 irnexxielhom jiksbu izda issa ghadda dak iz-zmien u wasal zmien ghal xi haga ohra gdida. Ali Campbell u d-Dep Band”.
Campbell wera d-dispjacir tieghu fil-konfornt tal-fans li dejjem baqghu jaghtuhom l-appogg taghhom f`kull zmien. Biss xorta jhoss li illum il-gurnata xorta qeghdin jappoggjawh ghalkemm qieghed ma` band ohra. Fil-fatt qalli “il-band tieghi u jien ghadna kemm temmejna tour fl-Ingilterra, l-Awstralja u New Zealand. Minbarra hekk, qeghdin induru hafna pajjizi ohrajn madwar id-dinja. Ninsab herqan biex inlaqqa` lid-Dep Band mad-dinja kollha. Huma l-aqwa band reggae li hemm fis-suq”.
Izda jien xtaqt inkun naf jekk il-muzika tieghu u l-istil ta` hajja li jghix indibilx minhabba li issa qieghed f`band ohra. Campbell ihoss li “bqajt nghix l-istess stil ta` hajja, forsi naqra aktar b`sahhti. Bhala muzika, Mickey Virtue li qabel kien il-keyboardist ta` UB40 illum il-gurnata ssieheb mal-band il-gdida tieghi u qeghdin naghmlu tours bl-addocc”.

Ali Campbell u l-muzika tieghu

Ali Campbell huwa kkunsidrat bhala wiehed mill-ikoni fil-generu muhikali tar-reggae. Ghalhekk staqsejtu x`inhu dak li jhoss ghal din it-tip ta` muzika u xi tfisser ghalih.
“Ir-reggae huwa l-uniku tip ta` muzika li tferrahni u li tqawwili l-ispirtu. Bil-lingwa Jamaicana hemm il-kelma ‘Irie’. Din tfisser li thossok tajjeb. M`hemm l-ebda tip ta` muzika ohra li ggaghlni nhossni hekk”, tenna Campbell.
Imma l-muzika ta` Campbell minn fejn bdiet?
“Jien gej minn familja ta` muzicisti. Missieri kien il-kantant folkloristiku famuz Ian Campbell, u jien kbirt f`Balsall Heath f`Birmingham. Hemmhekk hemm dominazzjoni kbira ta` Indjani tal-Punent u Azjatici. Il-muzika reggae hija l-muzika tat-toroq fejn kbirt jien”.
Campbell ilu jikteb hafna diski matul dawn l-ahhar 30 sena u hekk kif staqsejtu x`inhu dak li baqa` jispirah fil-kitbiet tieghu u x`messagg hu li jrid iwassal, qalli li “l-hajja u l-emozzjonijiet li ggib maghha huam l-ahjar ispirazzjoni u fihom infushom huma l-messagg li jien dejjem xtaqt inwassal”.
B`hekk issuggerixxa lill-qarrejja taghna biex “ghixu l-hajja li thobbu u hobbu l-hajja lit ghixu. Minbarra hekk, izfnu mal-muzika reggae u thossukom ahjar.”
Rigward l-album il-gdidg “Flying High”, li minnu zgur se nisimghu xi siltiet fil-kuncert ta` hawn Malta, Campbell ikkummenta “l-album dahal fic-charts Inglizi fit-13-il post. Minbarra hekk, sejjer tajjeb hafna ukoll madwar id-dinja u ninsab ferhan hafna bis-success li qieghed jikseb.”
Izda Campbell mhuwiex bi hsiebu jieqaf hemm u skont ma` qalli “qieghed nipprepara hafna diski ohrajn li se jiksbu success kbir. Diga` qieghed nahdem fuq l-album li se johrog wara Flying High”.
Fl-ahharnett, bhala Malti u li niehu gost hafna meta xi artist famuz izur pajjizna u japprezza s-sbuhija tieghu staqsejt lil Ali Campbell x}jidhirlu minn pajjizna u jekk qattx kien gie hawn qabel fuq xi btala. Campbell fahhar hafna lil Malta, hekk kif qal “naf hafna dwar Malta ghlkemm qatt ma kelli c-cans li nzurha qabel. Ghalija Malta hija pajjiz tal-genn u bi storja kbira hafna. herqan hafna biex indoqq quddiem il-Maltin u igri jasal”.

Welcome!

I will be putting on this blog all the articles that I publish. I hope that you find them interesting and maybe even comment about anyhting that you wish. Well see you then!!!